+59. Fejn ikun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu tal - inqas: a. jagħti pariri u jappoġġa …
|
59. Fejn ikun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu tal - inqas: a. jagħti pariri u jappoġġa …
Fejn ikun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu tal - inqas: - a. jagħti pariri u jappoġġa lill - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu fir -rigward tal- istrateġija tar -riskju u tal- predispożizzjoni għar -riskju attwali u futuri tad-ditta tal-investiment b’mod ġenerali, filwaqt li jassisti lill - korp maniġerjali biex jissorvelja l - implimentazzjoni ta’ dik l- istrateġija, sabiex jiġi żgurat li huma konformi mal -objettivi kummerċjali, mal-kultura u mal-valuri korporattivi tad-ditta tal-investiment;
- b. jassisti lill- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu fis -sorveljanza tal-implimentazzjoni tal- istrateġija tar -riskju tad-ditta tal-investiment u l-istabbiliment tal-limiti korrispondenti;
- c. jissorvelja l-implimentazzjoni tal- istrateġiji għall - ġestjoni tal -kapital u tal-likwidità kif ukoll għar -riskji rilevanti l- oħra kollha ta’ ditta tal - investiment, bħal riskji għall -klijenti, riskji għas - suq, riskji għad -ditti, riskji operattivi (i nklużi riskji legali u tal - IT) u riskji għar - reputazzjoni sabiex tiġi vvalutata l - adegwatezza tagħhom meta mqabbla mal - istrateġija tar -riskju u l- predispożizzjoni għar -riskju approvati;
- d. jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill- korp maniġerjali fil -funzjoni supe rviżorja tiegħu dwar aġġustamenti meħtieġa fl - istrateġija tar - riskju bħala riżultat ta’, fost l - oħrajn, tibdil fil- mudell kummerċjali tad -ditta tal- investiment, żviluppi fis - suq jew rakkomandazzjonijiet magħmula mill -funzjoni tal- ġestjoni tar -riskju;
- e. jipprovdi pariri dwar il- ħatra ta’ konsulenti esterni li l - funzjoni superviżorja tista’ tiddeċiedi li tqabbad għal pariri jew appoġġ;
- f. jirrieżamina għadd ta’ xenarji possibbli, inkluż xenarji ta’ kriżi, sabiex jiġi vvalutat kif il - profil tar-riskju tad-ditta tal- investiment jirreaġixxi għal avvenimenti esterni u interni;
- g. jissorvelja l-allinjament bejn l-istrumenti u s-servizzi finanzjarji materjali kollha offruti lill-klijenti kif ukoll il- mudell kummerċjali u l - istrateġija tar -riskju tad-ditta tal-investiment. Il-kumitat tar- riskju, fejn stabbilit, għandu jivvaluta r - riskji assoċjati mal - istrumenti u mas- servizzi finanzjarji offruti u jqis l -allinjament bejn il-prezzijiet assenjati u l-profitti miksuba minn dawk il-prodotti u servizzi; u
- h. jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet ta’ awdituri interni jew esterni u jsegwi l-implimentazzjoni xierqa tal - miżuri meħuda.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|