+Artikolu 19 Setgħat investigattivi

Artikolu 19 Setgħat investigattivi

Artikolu 19

Setgħat investigattivi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha ta' ġbir ta' informazzjoni u ta' investigazzjoni kollha meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, inkluż:

(a) 

is-setgħa li jesiġu li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin jipprovdu informazzjoni:

(i) 

ditti tal-investiment stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(ii) 

kumpaniji holding ta' investiment stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(iii) 

kumpaniji holding finanzjarji mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(iv) 

kumpaniji holding ta' attività mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(v) 

persuni li jappartjenu għall-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv);

(vi) 

partijiet terzi li l-entitajiet msemmija fil-punti (i) sa (iv) ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali;

(b) 

is-setgħa li jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji kollha ta' kwalunkwe persuna li ssir referenza għaliha fil-punt (a) li tkun stabbilita jew lokalizzata fl-Istat Membru kkonċernat, inkluż id-dritt:

(i) 

li tintalab is-sottomissjoni ta' dokumenti mill-persuni msemmija fil-punt (a);

(ii) 

li jiġu eżaminati l-kotba u r-reġistri tal-persuni msemmija fil-punt (a) u li jsiru kopji jew jittieħdu siltiet mit-tali kotba u reġistri;

(iii) 

li jinkisbu spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm mingħand il-persuni msemmija fil-punt (a) jew mingħand ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom;

(iv) 

li tiġi intervistata kull persuna rilevanti oħra għall-finijiet tal-ġbir ta' informazzjoni fuq is-suġġett ta' investigazzjoni;

(c) 

is-setgħa li jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji kollha fil-bini tan-negozju tal-persuni ġuridiċi msemmija fil-punt (a) u kwalunkwe impriża oħra inkluża fis-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp, fejn l-awtorità kompetenti tkun is-superviżur tal-grupp, dment li jiġu nnotifikati minn qabel l-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.