|
Ir-rekwiżit tal-fondi proprji tal-eċċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja: fejn: OFRE = rekwiżit kapitali għall-eċċess; OFR = rekwiżit tal-fondi proprji ta’ skoperturi għal klijent individwali jew gruppi ta’ klijenti konnessi, ikkalkulat billi jingħaddu flimkien ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-iskoperturi għall-klijenti individwali fi ħdan il-grupp, li għandu jiġi ttrattat bħala skopertura waħda; EV = il-valur tal-iskopertura kkalkulat skont il-mod stipulat fl-Artikolu 36; EVE = l-eċċess tal-valur tal-iskopertura kkalkulat skont il-mod stipulat fl-Artikolu 37(2). Għall-fini tal-kalkolu tal-K-CON, ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-iskoperturi li jirriżultaw mill-eċċess pożittiv tal-pożizzjonijiet twal ta’ ditta tal-investiment fuq il-pożizzjonijiet qosra tagħha fl-istrumenti finanzjarji kollha tal-portafoll tan-negozjar maħruġa mill-klijent inkwistjoni, il-pożizzjoni netta ta’ kull strument ikkalkulata skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-puni (a), (b) u (c) tal-Artikolu 22 għandhom jinkludu biss rekwiżiti għar-riskju. Ditta tal-investiment li, għall-finijiet tar-rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtM tikkalkula r-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar skont l-approċċ speċifikat fl-Artikolu 23 għandha tikkalkula r-rekwiżit tal-fondi proprji tal-iskopertura għall-iskopijiet tar-riskju ta’ konċentrazzjoni ta’ dawk il-pożizzjonijiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 22.
Tabella 6
|
Kolonna 1:
Eċċess tal-valur tal-iskopertura bħala persentaġġ ta' fondi proprji
|
Kolonna 2:
Fatturi
|
|
Sa 40 %
|
200 %
|
|
Minn 40 % sa 60 %
|
300 %
|
|
Minn 60 % sa 80 %
|
400 %
|
|
Minn 80 % sa 100 %
|
500 %
|
|
Minn 100 % sa 250 %
|
600 %
|
|
Aktar minn 250 %
|
900 %
|
|