+Artikolu 5 Ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni tar-rekwiżiti kwalitattivi
---+Artikolu 5 (a)
---+Artikolu 5 (b)
---+Artikolu 5 (c)
---+Artikolu 5 (d)
---+Artikolu 5 (e)
---+Artikolu 5 (f)
---+Artikolu 5 (g)
---+Artikolu 5 (h)
---+Artikolu 5 (i)
---+Artikolu 5 (j)
---+Artikolu 5 (k)
---+Artikolu 5 (l)
---+Artikolu 5 (m)
---+Artikolu 5 2

Artikolu 5 Ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni tar-rekwiżiti kwalitattivi

Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti kwalitattivi stabbiliti fl-Artikolu 325bi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 (a)

jivverifikaw jekk l-istituzzjoni għandhiex struttura organizzazzjonali ċara għall-governanza u għall-maniġjar tal-mudell tar-riskju tas-suq, inklużi linji ta’ responsabbiltà definiti sew, trasparenti u xierqa;

Artikolu 5 (b)

jivverifikaw jekk il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni rigward l-aspetti kollha tal-mudelli interni tar-riskju tas-suq ikunx stabbilit b’mod ċar fid-dokumentazzjoni interna tal-istituzzjoni;

Artikolu 5 (c)

jivverifikaw, f’konformità mal-Artikolu 6:

(i)

l-adegwatezza tal-kompożizzjoni tal-maniġment superjuri u tal-korp maniġerjali;

(ii)

ir-rwol tal-maniġment superjuri u tal-korp maniġerjali;

Artikolu 5 (d)

jivverifikaw, f’konformità mal-Artikolu 7, jekk l-istabbiliment tal-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun fil-proċess li tingħata l-approvazzjoni, jew li tkun diġà kisbet l-approvazzjoni, ikunx adegwat;

Artikolu 5 (e)

jivvalutaw, f’konformità mal-Artikolu 8, il-governanza interna u s-sorveljanza tal-istituzzjoni fir-rigward tal-unità ta’ kontroll tar-riskji;

Artikolu 5 (f)

jivvalutaw, f’konformità mal-Artikolu 9, jekk il-politika interna tkunx adegwata għall-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda;

Artikolu 5 (g)

jivverifikaw, f’konformità mal-Artikolu 10, jekk il-mudell intern ikunx irrieżaminat b’mod indipendenti;

Artikolu 5 (h)

jivvalutaw:

(i)

f’konformità mal-Artikolu 11, l-adegwatezza tal-proċess ta’ validazzjoni interna u tal-eżitu tiegħu;

(ii)

f’konformità mal-Artikolu 12, l-ambitu tal-validazzjoni u l-kompletezza tagħha;

Artikolu 5 (i)

jivvalutaw, f’konformità mal-Artikolu 13, l-adegwatezza tar-rapportar regolari intern;

Artikolu 5 (j)

jivvalutaw:

(i)

f’konformità mal-Artikolu 14, l-adegwatezza tal-limiti tal-pożizzjoni;

(ii)

f’konformità mal-Artikolu 15, l-adegwatezza tal-proċess sabiex jiġu aġġornati dawk il-limiti;

(iii)

f’konformità mal-Artikolu 16, l-adegwatezza tal-proċess segwit meta jinkisru dawk il-limiti;

Artikolu 5 (k)

jivvalutaw:

(i)

f’konformità mal-Artikolu 17, l-adegwatezza tal-programm ta’ ttestjar tal-istress;

(ii)

f’konformità mal-Artikolu 18, l-adegwatezza ta’ xenarji ta’ testijiet inversi tal-istress (reverse stress tests) u xenarji ad hoc ta’ ttestjar tal-istress;

Artikolu 5 (l)

jivvalutaw, f’konformità mal-Artikolu 19, l-adegwatezza tas-sistemi tal-IT;

Artikolu 5 (m)

jivverifikaw, f’konformità mal-Artikolu 20, jekk il-mudell intern tal-kejl tar-riskji, inkluż kwalunkwe mudell ta’ pprezzar, għandux rekord ipprovat li huwa akkurat b’mod raġonevoli fil-kejl tar-riskji, u li ma jvarjax b’mod sinifikanti mill-mudelli li l-istituzzjoni tuża għall-maniġġjar tar-riskji intern tagħha.

Artikolu 5 2

Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu n-natura u d-daqs tal-istituzzjoni, u l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.