+Artikolu 9 Valutazzjoni tal-politika dwar prodotti ġodda
---+Artikolu 9 (a)
---+Artikolu 9 (b)
---+Artikolu 9 (c)
---+Artikolu 9 (d)
---+Artikolu 9 (e)
---+Artikolu 9 (f)
---+Artikolu 9 (g)
---+Artikolu 9 (h)
---+Artikolu 9 (i)

Artikolu 9 Valutazzjoni tal-politika dwar prodotti ġodda

Meta jivvalutaw jekk il-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 humiex adegwati għall-introduzzjoni ta’ kwalunkwe prodott ġdid, li jinkludi strumenti finanzjarji, attivitajiet, swieq, postijiet ta’ reġistrazzjoni jew linji operatorji ġodda, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 (a)

l-unità ta’ kontroll tar-riskji jkollhiex iddokumentata politika dwar prodotti ġodda u l-korp maniġerjali jkunx approva dik il-politika, inkluża definizzjoni ta’ “prodott ġdid”;

Artikolu 9 (b)

l-istruttura tal-kumitat intern ikollhiex kumitat (“kumitat tal-prodotti ġodda”) li jivvaluta, jikkontrolla u jimmonitorja l-kwistjonijiet kollha li jirriżultaw mill-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda, inklużi, meta rilevanti:

(i)

il-valutazzjoni tal-konformità regolatorja;

(ii)

ir-rieżami ta’ kwalunkwe mudell ta’ pprezzar użat għall-finijiet ta’ riskju;

(iii)

l-ispeċifikazzjoni tal-parametri tas-suq li għandhom jintużaw għal finijiet ta’ kalibrar, il-mod kif għandu jsir il-kalibrar, u l-frekwenza tal-aġġornament tal-kalibrar;

(iv)

l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe metodoloġija ġdida għall-valutazzjoni tar-riskju tas-suq;

(v)

il-valutazzjoni tal-impatti fuq il-livell aċċettabbli ta’ riskju, l-adegwatezza kapitali, u l-profittabilità;

(vi)

l-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ riżorsi tal-uffiċċju tan-negozjar, tal-back office u tal-middle office u għodod u għarfien espert interni li jippermettu l-fehim u l-monitoraġġ ta’ kwalunkwe riskju ġdid assoċjat;

(vii)

l-ispeċifikazzjoni u l-proposta lill-korp maniġerjali tar-restrizzjonijiet f’termini ta’ maturitajiet, ta’ sottostanti, ta’ kontropartijiet, u ta’ limiti interni għal tali prodott ġdid;

(viii)

il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-iskemi kontabilistiċi u l-iżgurar li r-rapportar intern jirrifletti b’mod xieraq ir-riskji sottostanti;

Artikolu 9 (c)

il-korp maniġerjali, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni mill-kumitat tal-prodotti ġodda, jawtorizzax in-negozjar ta’ prodotti ġodda;

Artikolu 9 (d)

meta l-korp maniġerjali jiddelega l-kompitu ta’ awtorizzazzjoni lill-kumitat tal-prodotti ġodda:

(i)

il-volum permess għall-prodott ġdid ikunx restrittiv biżżejjed sabiex jipprevjeni kwalunkwe telf materjali li jirriżulta minn tali prodotti ġodda, inklużi, meta xieraq, perjodi iqsar ta’ prova għall-prodotti msemmijin fl-Artikolu 2, il-punt (c);

(ii)

l-awtorizzazzjoni tiġix iddelegata separatament għal kull tip ta’ prodott ġdid u dejjem għal perjodu ta’ żmien limitat, b’massimu ta’ 6 xhur;

(iii)

l-awtorizzazzjoni, jekk tiġġedded, tiġġeddidx darba biss mill-korp maniġerjali;

(iv)

wara perjodu ta’ sena, jiġux indirizzati l-kwistjonijiet rilevanti kollha msemmijin fil-punt (b), jew ma jkun permess l-ebda negozjar addizzjonali f’dak il-prodott ġdid;

Artikolu 9 (e)

mingħajr l-approvazzjoni speċifika mill-kumitat tal-prodotti ġodda, l-oqsma tan-negozju ma jkunux awtorizzati jinnegozjaw prodotti ġodda qabel ma jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imsemmijin fil-punt (b);

Artikolu 9 (f)

fil-każijiet speċifiċi li fihom in-negozjanti jitħallew jinnegozjaw prodotti ġodda li ma jikkonformawx mal-punt (b), il-kumitat tal-prodotti ġodda japprovax it-tranżazzjonijiet fuq bażi individwali u fil-limiti msemmijin fil-punt (d)(i);

Artikolu 9 (g)

il-kumitat tal-prodotti ġodda jiltaqax ta’ spiss biżżejjed sabiex jevalwa u japprova kwalunkwe tranżazzjoni ta’ prodott ġdid u sabiex jimmonitorja l-kwistjonijiet kollha msemmijin fil-punt (b) li dawk it-tranżazzjonijiet jistgħu joħolqu;

Artikolu 9 (h)

it-tranżazzjonijiet jiġux immonitorjati individwalment sakemm il-kwistjonijiet kollha msemmijin fil-punt (b) ikunu ġew indirizzati bis-sħiħ u, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni mill-kumitat tal-prodotti ġodda, il-korp maniġerjali jikkonferma li t-tranżazzjonijiet ikunu inkorporati bis-sħiħ fis-sistemi tal-IT rilevanti kollha u kkontrollati permezz tas-sistema regolari ta’ maniġjar tar-riskji;

Artikolu 9 (i)

il-prodotti l-ġodda kollha, irrispettivament mill-grad ta’ inkorporazzjoni tagħhom fis-sistemi tal-IT, jiġux ikkalkolati kemm fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji kif ukoll fil-bidliet ta’ kuljum fil-valur tal-portafoll użat għall-finijiet tal-ittestjar retrospettiv u tat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.