|
+Artikolu 17 4. |
Artikolu 17 4.L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha, wara li tikkunsidra kif xieraq l-opinjonijiet tal-AETS u tal-kulleġġ previsti fil-paragrafi 3 u 3a ta’ dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni fihom, tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14 u l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, biss meta tkun kompletament sodisfatta li s-CCP applikanti:
(a)
tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, inkluż, fejn applikabbli, għall-forniment ta’ servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar għal strumenti mhux finanzjarji; u
(b)
tiġi nnotifikata bħala sistema skont id-Direttiva 98/26/KE. Meta CCP tapplika għal estensjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti skont l-Artikolu 15, l-AETS, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 u l-awtorità kompetenti tas-CCP jistgħu jiddependu fuq parti mill-valutazzjoni li tkun saret qabel skont dan l-Artikolu sal-punt li l-applikazzjoni għal estensjoni ma tirriżultax f’bidla jew b’xi mod ieħor taffettwa l-valutazzjoni preċedenti għal dik il-parti. Is-CCP għandha tikkonferma lill-awtorità kompetenti tas-CCP li ma hemm l-ebda bidla fil-fatti sottostanti ta’ dik il-parti tal-valutazzjoni. IS-CCP applikanti ma għandhiex tiġi awtorizzata meta:
(a)
l-awtorità kompetenti tas-CCP tkun iddeċidiet li ma tagħtix l-awtorizzazzjoni; jew
(b)
il-membri kollha tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP applikanti, jaslu għal opinjoni konġunta bi ftehim reċiproku, skont l-Artikolu 19(1), li s-CCP applikanti m’għandhiex tkun awtorizzata. L-opinjoni konġunta msemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għaliex il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 iqis li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew fi dritt ieħor tal-Unjoni ma ġewx issodisfati. Meta tali opinjoni konġunta ma tkunx intlaħqet bi ftehim reċiproku u maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 ikunu esprimew opinjoni negattiva, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, abbażi ta’ dik il-maġġoranza, tista’, fi żmien 30 jum kalendarju mill-adozzjoni ta’ dik l-opinjoni negattiva, tirreferi l-kwistjoni lill-AETS f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Id-deċiżjoni li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-AETS għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għaliex il-membri rilevanti tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 iqisu li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew f’partijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni ma ġewx issodisfati. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar l-awtorizzazzjoni u tistenna kwalunkwe deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni li l-AETS tista’ tieħu f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mad-deċiżjoni tal-AETS. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-AETS wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fil-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Meta l-membri kollha tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP applikanti, jaslu għal opinjoni konġunta bi ftehim reċiproku, skont l-Artikolu 19(1), li s-CCP applikanti ma għandhiex tkun awtorizzata, l-awtorità kompetenti tas-CCP tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-CCP għandha tibgħat id-deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħrajn. L-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tieħu deċiżjoni dwar jekk tagħtix jew tirrifjutax awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 3c, tinforma lis-CCP applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni tagħha permezz tal-bażi tad-data ċentrali, flimkien ma’ spjegazzjoni motivata bis-sħiħ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|