1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs jingħataw is-setgħa li jieħdu, direttament jew indirettament, azzjoni urġenti meta jkun hemm suspett li tranżazzjoni tkun relatata mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu, li jissospendu jew jirrifjutaw il-kunsens għal dik it-tranżazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-ħtieġa li jiġi sospiż jew irrifjutat il-kunsens għal tranżazzjoni tiġi stabbilita abbażi ta' suspett irrapportat skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2024/1624, is-sospensjoni jew ir-rifjut tal-kunsens jiġi impost fuq l-entità marbuta b'obbligu fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 71 ta' dak ir-Regolament. Meta l-ħtieġa li tiġi sospiża tranżazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħidma analitika tal-FIU, irrispettivament minn jekk ikunx ġie ppreżentat rapport minn qabel mill-entità marbuta b'obbligu, is-sospensjoni għandha tiġi imposta mill-aktar fis possibbli mill-FIU.
Is-sospensjoni jew ir-rifjut tal-kunsens għat-tranżazzjoni għandha tiġi imposta mill-FIU sabiex tippreserva l-fondi, twettaq l-analiżijiet tagħha, inkluż l-analiżi tat-tranżazzjoni, tivvaluta jekk is-suspett huwiex ikkonfermat u jekk iva, taqsam ir-riżultati tal-analiżijiet lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex tippermetti l-adozzjoni ta' miżuri xierqa.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perjodu ta' sospensjoni jew rifjut tal-kunsens applikabbli għall-ħidma analitika tal-FIUs li ma għandux jaqbeż l-għaxart ijiem tax-xogħol. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal fejn, skont id-dritt nazzjonali, l-FIUs iwettqu l-funzjoni ta' traċċar, sekwestrar, iffriżar jew konfiska ta' assi kriminali. Meta jiġi stabbilit perjodu itwal ta' sospensjoni jew rifjut tal-kunsens, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs jeżerċitaw il-funzjoni tagħhom soġġett għal salvagwardji nazzjonali xierqa bħall-possibbiltà li l-persuna li t-tranżazzjoni tagħha tkun ġiet sospiża tikkontesta dik is-sospensjoni quddiem qorti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs ikollhom is-setgħa li jneħħu s-sospensjoni jew li jirrifjutaw il-kunsens fi kwalunkwe ħin meta humajikkonkludu li s-sospensjoni jew ir-rifjut tal-kunsens ma jkunx għadu neċessarju biex jiġu ssodifati l-objettiviv stabbiliti fit-tielet subparagrafu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li FIUs ikollhom is-setgħa li jissospendu FIUjew jirrifjutaw il-kunsens kif imsemmi f’dan il-paragrafu fuq talba ta' FIU minn Stat Membru ieħor.