+Artikolu 37 Setgħat u riżorsi tas-superviżuri nazzjonali
---+Artikolu 37 1
---+Artikolu 37 2
---+Artikolu 37 3
---+Artikolu 37 4
---+Artikolu 37 5
---+Artikolu 37 6
---+Artikolu 37 7
|
Artikolu 37 Setgħat u riżorsi tas-superviżuri nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1
|
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-entitajiet kollha marbutin b'obbligu stabbiliti fit-territorju tiegħu, ħlief għaċ-ċirkostanzi koperti fl-Artikolu 38, ikunu soġġetti għal superviżjoni adegwata u effettiva. Għal dak l-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar superviżur wieħed jew aktar biex jimmonitorja b'mod effettiv, u biex jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura il-konformità tal-entitajiet marbutin b'obbligu mar- Regolamenti (UE) 2024/1624 u (UE) 2023/1113.
Meta, għal raġunijiet ta' interess ġenerali prevalenti, l-Istati Membri jkunu introduċew rekwiżiti speċifiċi ta' awtorizzazzjonijiet għall-entitajiet marbutin b'obbligu biex joperaw fit-territorju tagħhom bil-libertà li jipprovdu servizzi, huma għandhom jiżguraw li l-attivitajiet li jitwettqu mill-entitajiet marbutin b’obbligu skont dawk l-awtorizzajonijiet speċifiċi jkunu soġġetti għal superviżjoni mis-superviżuri nazzjonali tagħhom, irrispettivament minn jekk l-attivitajiet awtorizzati jitwettqux permezz ta' infrastruttura fit-territorju tagħhom jew mill-bogħod. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li s-superviżjoni skont dan is-subparagrafu tiġi nnotifikata lis-superviżuri tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tal-entità marbuta b'obbligu.
Dan il-paragrafu ma għandhomx japplika meta l-AMLA taġixxi bħala superviżur
+
.
|
|
Artikolu 37 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri għandhom riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom kif elenkati fil-paragrafu 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta' dawk l-awtoritajiet huma ta' integrità għolja u li għandhom ħiliet xierqa, u jżommu standards professjonali għoljin, inkluż standards ta' kunfidenzjalità, ta' protezzjoni tad-data u standards li jindirizzaw il-kunflitti ta' interess.
|
|
Artikolu 37 3
|
3. Fil-każ tal-entitajiet marbutin b'obbligu msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (3)(a) u (b), tar-Regolament (UE) 2024/1624, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-funzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu titwettaq minn korpi ta' awtoregolamentazzjoni, dment li dawk il-korpi ta' awtoregolamentazzjoni jkollhom is-setgħat imsemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u jkollhom ir-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta' dawk il-korpi huma ta' integrità għolja u li għandhom ħiliet adegwati, u jżommu standards professjonali għoljin, inkluż standards ta' kunfidenzjalità, ta' protezzjoni tad-data u standards li jindirizzaw il-kunflitti ta' interess.
|
|
Artikolu 37 4
|
4. Meta Stat Membru jkun inkariga s-superviżjoni ta' kategorija ta' entitajiet marbutin b'obbligu lil aktar minn superviżur wieħed, huwa għandu jiżgura li dawk is-superviżuri jissorveljaw l-entitajiet marbuta b’obbligu b'mod konsistenti u effiċjenti fis-settur kollu. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jaħtar superviżur ewlieni jew jistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni fost dawk is-superviżuri.
Meta lStat Membru jkun inkariga s-superviżjoni tal-entitajiet kollha marbutin b'obbligu lil aktar minn superviżur wieħed, hu għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni bejn dawk is-superviżuri biex tiġi żgurata li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu sorveljati b’mod effettiv bl-ogħla standards. Tali mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jinkludi s-superviżuri kollha, ħlief fejn:
|
(a)
|
is-superviżjoni tiġi fdata lil korp ta' awtoregolamentazzjoni, f'liema każ l-awtorità pubblika msemmija fl-Artikolu 52 għandha tipparteċipa fil-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni;
|
|
(b)
|
is-superviżjoni ta' kategorija ta' entitajiet marbutin b'obbligu tiġi fdata lil diversi superviżuri, f'liema każ is-superviżur ewlieni għandu jipparteċipa fil-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni; fejn ma jkun inħatar l-ebda superviżur ewlieni, is-superviżuri għandhom jaħtru rappreżentant fosthom.
|
|
|
Artikolu 37 5
|
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri nazzjonali jwettqu l-kompiti li ġejjin:
|
(a)
|
jaqsmu l-informazzjoni rilevanti mal-entitajiet marbutin b'obbligu skont l-Artikolu 39;
|
|
(b)
|
jiddeċiedu fuq dawk il-każijiet fejn ir-riskji speċifiċi inerenti f'settur huma ċari u jinftiehmu u l-valutazzjonijiet tar-riskju individwali ddokumentati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2024/1624 ma humiex meħtieġa;
|
|
(c)
|
jivverifikaw l-adegwatezza u l-implimentazzjoni tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tal-entitajiet marbutin b'obbligu skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2024/1624 u tar-riżorsi umani allokati għat-twettiq tal-kompiti meħtieġa skont dak ir-Regolament, kif ukoll, għas-superviżuri ta' intrapriżi ta' investiment kollettiv, jiddeċiedu dwar dawk il-każijiet fejn l-intrapriża ta' investiment kollettiv tista' testernalizza r-rappurtar ta' attivitajiet suspettużi skont l-Artikolu 18(7), tar-Regolament (UE) 2024/1624 lil fornitur ta' servizz;
|
|
(d)
|
jivvalutaw u jimmonitorjaw b'mod regolari r-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll ir-riskji ta’ nonimplimentazzjoni u ta' evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati li l-entitajiet marbutin b'obbligu huma esposti għalihom;
|
|
(e)
|
jimmonitorjaw il-konformità tal-entitajiet marbutin b'obbligu mal-obbligi tagħhom fir-rigward ta' sanzjonijiet finanzjarji mmirati;
|
|
(f)
|
iwettqu l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa mhux fuq il-post, spezzjonijiet fuq il-post kif ukoll tematiċi u kwalunkwe investigazzjoni, valutazzjoni u analiżi oħra meħtieġa biex jivverifikaw li l-entitajiet marbutin b'obbligu jirrispettaw ir-Regolament (UE) 2024/1624, u kwalunkwe miżura amministrattiva li tittieħed skont l-Artikolu 56;
|
|
(g)
|
jieħdu miżuri superviżorji xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe ksur tar-rekwiżiti applikabbli mill-entitajiet marbutin b'obbligu identifikati fil-proċess tal-valutazzjonijiet superviżorji u jsegwu l-implimentazzjoni ta' tali miżuri.
|
|
|
Artikolu 37 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri għandhom setgħat adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom kif previst fil-paragrafu 5, fosthom is-setgħa li:
|
(a)
|
jobbligaw il-produzzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni mill-entitajiet marbutin b'obbligu li tkun rilevanti għall-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità mar- Regolament (UE) 2024/1624 jew ir-Regolament (UE) 2023/1113 u jwettqu kontrolli, inkluż mill-fornituri tas-servizzi li lilhom l-entità marbuta b'obbligu tkun esternalizzat parti mill-kompiti tagħha biex tissodisfa r-rekwiżiti ta' dawk ir-Regolamenti;
|
|
(b)
|
japplikaw miżuri amministrattivi xierqa u proporzjonati biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni f'każ ta' ksur, inkluż permezz tal-impożizzjoni ta' sanzjonijiet pekunarji f'konformità mat-Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu.
|
|
|
Artikolu 37 7
|
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri finanzjarji u s-superviżuri responsabbli għall-fornituri tas-servizzi tal-logħob tal-azzard għandhom setgħat addizzjonali għal dawk imsemmija fil-paragrafu 6, inkluż is-setgħa li jispezjonaw il-bini tan-negozju tal-entità marbuta b'obbligu mingħajr preavviż meta t-twettiq korrett u l-effiċjenza ta’ ispezzjoni jeżiġu dan, u li għandhom il-mezzi kollha meħtieġa biex iwettqu tali spezzjoni.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, is-superviżuri għandhom tal-anqas ikunu jistgħu:
|
(a)
|
jeżaminaw il-kotba u r-reġistri tal-entità marbuta b'obbligu u jagħmlu kopji jew jieħdu estrazzjonijiet minn dawn il-kotba u r-reġistri;
|
|
(b)
|
jiksbu aċċess għal kwalunkwe software, bażi tad-data, strument tal-IT jew mezz elettroniku ieħor għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni użata mill-entità marbuta b'obbligu;
|
|
(c)
|
jiksbu informazzjoni bil-miktub jew orali minn kwalunkwe persuna responsabbli għall-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni fil-qasam tal-AML/CFT jew mir-rappreżentanti jew mill-persunal tagħhom, kif ukoll minn kwalunkwe rappreżentant jew persunal ta' entitajiet li lilhom l-entità marbuta b'obbligu tkun esternalizzat il-kompiti skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/1624, u jintervistaw lil kwalunkwe persuna oħra li taċċetta li tiġi intervistata għall-fini tal-ġbir ta' informazzjoni relatata mal-kwistjoni ta' investigazzjoni.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|