+Artikolu 4 Miri klimatiċi tal-Unjoni intermedji
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.
|
Artikolu 4 Miri klimatiċi tal-Unjoni intermedji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Sabiex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1), il-mira klimatika vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 għandha tkun tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti tal-gassijiet b’effett ta’ serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Meta jkunu qegħdin jimplimentaw il-mira msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lit-tnaqqis tal-emissjonijiet rapidu u prevedibbli u, fl-istess ħin, isaħħu l-assorbimenti minn bjar naturali. Sabiex jiġi żgurat li jsiru biżżejjed sforzi ta’ mitigazzjoni sal-2030, għall-fini ta’ dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għar-rieżami tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-kontribut tal-assorbimenti netti għall-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 għandu jkun limitat għal 225 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2. Sabiex ittejjeb il-bir tal-karbonju tal-Unjoni skont l-objettiv li tinkiseb newtralità klimatika sal-2050, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tikseb volum ogħla tal-bir tal-karbonju nett fl-2030.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Sat-30 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni biex tippermetti l-kisba tal-mira stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) u tikkunsidra li tieħu l-miżuri meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta’ proposti leġiżlattivi, f’konformità mat-Trattati. Fil-qafas tar-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu u dawk futuri, il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari d-disponibbiltà skont il-liġi tal-Unjoni ta’ strumenti u inċentivi adegwati sabiex timmobilizza l-investimenti meħtieġa, u tipproponi miżuri kif meħtieġ. Mill-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi mill-Kummissjoni, hija għandha timmonitorja l-proċeduri leġiżlattivi għall-proposti differenti u tista’ tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk l-eżitu previst ta’ dawk il-proċeduri leġiżlattivi, ikkunsidrati flimkien, jilħaqx il-mira stabbilita fil-paragrafu 1. Jekk l-eżitu previst ma jkunx jagħti riżultat f’konformità mal-mira stabbilita fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri meħtieġa, inkluża l-adozzjoni ta’ proposti leġislattivi, f’konformità mat-Trattati.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Sabiex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1), il-mira klimatika vinkolanti tal-Unjoni għall-2040 għandha tkun tnaqqis tal-emissjonijiet netti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b’90 % sal-2040 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Bi tħejjija għall-perjodu wara l-2030, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni sabiex tippermetti l-ilħuq tal-mira stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u tal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) u tqis li tieħu l-miżuri meħtieġa kif xieraq u abbażi ta’ valutazzjonijiet tal-impatt dettaljati, f’konformità mat-Trattati. Il-Kummissjoni għandha tkompli ssaħħaħ l-inizjattivi li jikkonċernaw il-qafas ta’ abilitazzjoni u għandu jkollha l-għan li taċċellera l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom biex tiżgura li jkun hemm fis-seħħ kundizzjonijiet li jappoġġaw lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi milquta, bħall-industrija u ċ-ċittadini Ewropej, matul it-tranżizzjoni, lejn il-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) u ekonomija newtrali għall-klima.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Fil-qafas tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-mira stabbilita fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-elementi li ġejjin ikunu riflessi kif xieraq fil-proposti leġiżlattivi:
(a)
mill-2036, kontribut adegwat lejn il-mira klimatika għall-2040 minn krediti internazzjonali ta’ kwalità għolja skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Pariġi sa 5 % tal-emissjonijiet netti tal-Unjoni għall-1990, li jikkorrispondu għal tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’85 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 sal-2040, b’mod li jkun kemm ambizzjuż u kosteffiċjenti, filwaqt li jingħata appoġġ lill-Unjoni u lil pajjiżi terzi fl-ilħuq ta’ trajettorji ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra kompatibbli mal-objettiv tal-Ftehim ta’ Pariġi biex iż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm sew taħt 2 oC, u jsiru sforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 oC iżjed mil-livelli preindustrijali, b’tali mod li tiġi żgurata l-integrità ambjentali ta’ dawk il-krediti, filwaqt li tiġi promossa t-tmexxija teknoloġika tal-Unjoni; jista’ jiġi kkunsidrat perjodu pilota mill-2031 sal-2035 biex jinbeda suq tal-kreditu internazzjonali ta’ kwalità għolja u ta’ integrità għolja; l-oriġini, il-kriterji ta’ kwalità u kundizzjonijiet oħrajn li jikkonċernaw l-akkwist u l-użu ta’ kwalunkwe kreditu bħal dan għandhom ikunu rregolati fil-liġi tal-Unjoni biex jiġi żgurat li jkunu bbażati fuq attivitajiet kredibbli u trasformattivi f’pajjiżi sħab bl-għan li jintlaħqu l-miri u l-politiki klimatiċi kompatibbli mal-għan fit-tul dwar it-temperatura stabbilit fil-Ftehim ta’ Pariġi, li jkunu soġġetti għal salvagwardji robusti, inklużi l-iżgurar tal-integrità, l-evitar tal-għadd doppju, l-addizzjonalità, il-permanenza, il-governanza trasparenti, metodoloġiji b’saħħithom ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika, li jiżguraw kobenefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali u salvagwardji tad-drittijiet tal-bniedem, u li jkollhom ambizzjoni għolja għall-kondiviżjoni tar-rikavati għall-adattament u l-kondiviżjoni tal-benefiċċji ta’ mitigazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati; meta tistabbilixxi l-kriterji ta’ kwalità, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, meta jkun xieraq, li tikkomplementa l-kriterji stabbiliti skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim ta’ Pariġi biex tiżgura r-rispett ta’ dawk is-salvagwardji u l-ogħla kwalità ta’ krediti internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-permanenza u d-drittijiet tal-bniedem;
(b)
ir-rwol tal-assorbimenti permanenti domestiċi taħt is-sistema stabbilita mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
) għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (l-“EU ETS”) biex jiġu kkumpensati għall-emissjonijiet residwi li diffiċli jitnaqqsu;
(c)
flessibbiltà akbar fis-setturi u l-istrumenti kollha u fi ħdanhom, biex jiġi appoġġat l-ilħuq tal-miri b’mod sempliċi u kosteffettiv;
(d)
il-kontribut realistiku tal-assorbimenti tal-karbonju għall-isforz ġenerali favur it-tnaqqis tal-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-inċertezzi tal-assorbimenti naturali u jiġi żgurat li n-nuqqasijiet possibbli ma jkunux għad-detriment ta’ setturi ekonomiċi oħra, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jużaw assorbimenti naturali żejda biex jikkumpensaw għall-emissjonijiet tagħhom f’setturi oħra;
(e)
il-ħtieġa li jinżammu, jiġu ġestiti u msaħħa, kif xieraq, il-bjar naturali fit-tul u li tiġi protetta u rrestawrata l-bijodiversità, li tiġi promossa l-bijoekonomija sostenibbli u ċirkolari, u li jitqiesu l-effetti tad-differenzi fl-istruttura ta’ maturazzjoni tal-foresti, l-inċertezzi u l-varjabbiltà naturali, speċjalment dawk marbuta mal-impatti tat-tibdil fil-klima u d-disturbi naturali fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija;
(f)
Il-miri u l-isforzi tal-Istati Membri għal wara l-2030 għandhom jirriflettu l-kosteffiċjenza u s-solidarjetà, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali differenti, inklużi dawk tal-gżejjer u tar-reġjuni ultraperiferiċi;
(g)
l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u dik l-aktar reċenti, inklużi l-aħħar rapporti tal-IPCC u tal-Bord Konsultattiv;
(h)
l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali madwar l-Istati Membri, inkluż fir-rigward tal-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni u tal-kompetittività għall-industrija Ewropea;
(i)
il-kostijiet tan-nuqqas ta’ azzjoni u l-benefiċċji ta’ azzjoni fuq il-perjodu ta’ żmien medju sa twil;
(j)
il-ħtieġa li tiġi żgurata u appoġġata tranżizzjoni ekwa u ġusta, kosteffettiva u soċjalment ibbilanċjata għal kulħadd, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti u filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-impatti fuq il-prezzijiet għall-konsumatur, il-faqar enerġetiku u dak tat-trasport u lir-reġjuni u s-setturi, inkluża l-kapaċità ta’ investiment tagħhom, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), il-bdiewa u l-unitajiet domestiċi vulnerabbli milquta mit-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika;
(k)
is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv, in-newtralità teknoloġika, il-kosteffettività, l-effiċjenza ekonomika u s-sigurtà ekonomika;
(l)
l-azzjoni klimatika bħala mutur għall-investiment, għall-innovazzjoni u għaż-żieda fil-kompetittività;
(m)
il-ħtieġa li jissaħħu r-reżiljenza u l-kompetittività globali tal-ekonomija tal-Unjoni u jitnaqqas ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, b’mod partikolari għall-SMEs u s-setturi industrijali li huma l-aktar esposti għal rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, inkluż fir-rigward tal-esportazzjonijiet, sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta;
(n)
l-aqwa teknoloġiji kosteffettivi, sikuri u skalabbli disponibbli;
(o)
l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-enerġija, is-sigurtà tal-provvista, is-sigurtà u l-effiċjenza enerġetika, inkluż il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, kif ukoll it-tisħiħ tal-grilji u tal-interkonnessjonijiet tal-elettriku bil-ħsieb li tinbena Unjoni tal-Enerġija ġenwina u tiġi promossa l-enerġija prodotta domestikament;
(p)
ir-rwol tal-fjuwils b’livell żero, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u tal-fjuwils rinnovabbli fid-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, inkluż it-trasport bit-triq lil hinn mill-2030 u miżuri konkreti biex jgħinu lill-manifatturi tal-vetturi tqal jilħqu l-miri tagħhom, filwaqt li jitqies il-kontenut Ewropew;
(q)
l-ekwità u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom;
(r)
il-ħtieġa li jiġu żgurati l-effettività ambjentali u l-progress maż-żmien, filwaqt li tiġi ssalvagwardjata wkoll il-koeżjoni soċjali u li jiġu żgurati s-sigurtà tal-ikel u tranżizzjoni ġusta;
(s)
il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet b’rabta mal-investiment, inkluż l-aċċess għall-finanzi pubbliċi u privati kif ukoll l-appoġġ għall-innovazzjoni u l-aċċess għal teknoloġiji innovattivi fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jitqies il-bilanċ ġeografiku;
(t)
l-iżviluppi u l-isforzi li jkunu saru fil-livell internazzjonali biex jintlaħqu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-objettiv aħħari tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), kif ukoll l-appoġġ tal-Unjoni lis-sħab tagħha fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Fi żmien sitt xhur mit-tieni rendikont globali msemmi fl-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li l-mira klimatika tal-Unjoni għall-2040 tiġi riveduta skont l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 4 7.
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jinżammu taħt rieżami fid-dawl tal-iżviluppi u l-isforzi li jkunu saru fil-livell internazzjonali biex jintlaħqu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi, inkluż fir-rigward tal-eżiti tad-diskussjonijiet internazzjonali dwar skedi ta’ żmien komuni għal kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali.
|
|
Artikolu 4 8.
|
Mis-6 ta’ Marzu 2027 u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-miri intermedji u t-trajettorji tad-dekarbonizzazzjoni stipulati f’dan ir-Regolament, filwaqt li tqis l-aħħar evidenza xjentifika, l-avvanzi teknoloġiċi u l-isfidi li qed jevolvu u l-opportunitajiet għall-kompetittività dinjija tal-Unjoni. Dik il-valutazzjoni tista’ tkun akkumpanjata, meta dan ikun xieraq, minn proposti leġiżlattivi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1119
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|