+Artikolu 11 2.

Artikolu 11 2.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jittrażmettu lill-Awtorità tal-anqas l-informazzjoni li ġejja, inkluża d-data relatata ma’ entitajiet marbuta b’obbligu individwali, sabiex l-Awtorità ddaħħal dik l-informazzjoni fil-bażi tad-data:

(a) 

lista tal-awtoritajiet superviżorji u tal-korpi awtoregolatorji kollha fl-Istati Membri tagħhom fdati bis-superviżjoni tal-entitajiet marbuta b’obbligu, inkluża informazzjoni dwar il-mandat, il-kompiti u s-setgħat tagħhom u, fejn applikabbli, l-identifikazzjoni tas-superviżur ewlieni jew il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni;

(b) 

informazzjoni statistika dwar il-kategoriji u l-għadd ta’ entitajiet marbuta b’obbligu għal kull kategorija fl-Istat Membru tagħhom u informazzjoni bażika dwar il-profil tar-riskju ta’ dawk l-entitajiet;

(c) 

il-miżuri amministrattivi applikati u s-sanzjonijiet pekunarji imposti matul is-superviżjoni tal-entitajiet marbuta b’obbligu individwali b’reazzjoni għall-ksur tar-rekwiżiti tal-AML/CFT, akkumpanjati minn:

(i) 

ir-raġunijiet biex tiġi applikata l-miżura amministrattiva jew tiġi imposta s-sanzjoni pekunarja, bħan-natura tal-ksur;

(ii) 

informazzjoni relatata dwar l-attivitajiet u l-eżiti superviżorji li wasslu biex tiġi applikata l-miżura amministrattiva jew tiġi imposta s-sanzjoni pekunarja;

(d) 

kwalunkwe parir jew opinjoni relatati mar-riskji tal-ML/TF mogħtija lil awtoritajiet oħra fir-rigward tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, il-proċeduri tal-irtirar ta’ awtorizzazzjoni, u valutazzjonijiet “idonei u xierqa” tal-azzjonisti jew tal-membri tal-korp maniġerjali ta’ entitajiet marbuta b’obbligu individwali;

(e) 

l-eżiti tal-valutazzjonijiet tagħhom tal-profili tar-riskju inerenti u residwu tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1);

(f) 

l-eżiti u r-rapporti ta’ rieżamijiet tematiċi u azzjonijiet superviżorji orizzontali oħra fir-rigward ta’ oqsma jew attivitajiet ta’ riskju għoli;

(g) 

informazzjoni dwar l-attivitajiet superviżorji li wettqu matul l-aħħar sena kalendarja, miġbura skont l-Artikolu 40(5) tad-Direttiva (UE) 2024/1640;

(h) 

informazzjoni statistika dwar il-persunal u riżorsi oħra tas-superviżuri u tal-awtoritajiet superviżorji.

L-informazzjoni pprovduta skont l-ewwel subparagrafu ma għandhiex tinkludi referenzi għal suspetti speċifiċi rrappurtati skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (EU) 2024/1624.

L-Awtorità għandha ddaħħal ukoll fil-bażi tad-data l-informazzjoni li tirriżulta mill-attivitajiet tagħha fil-qasam tas-superviżjoni diretta li tikkorrispondi għall-kategoriji ta’ informazzjoni elenkati fl-ewwel subparagrafu, kif ukoll ir-riżultati tal-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettaq mill-Awtorità skont l-Artikolu 12.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.