+KAPITOLU IV DOKUMENTAZZJONI, SISTEMI U KONTROLLI
---+Artikolu 18 Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni
------+Article 18 1.
------+Article 18 2.
------+Article 18 3.
---+Artikolu 19 Sistemi u rekwiżiti ta' kontroll
------+Article 19 1.
------+Article 19 2.
------+Article 19 3.
|
KAPITOLU IV DOKUMENTAZZJONI, SISTEMI U KONTROLLI
KAPITOLU IV DOKUMENTAZZJONI, SISTEMI U KONTROLLI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni
|
Artikolu 18 Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni 1. L-istituzzjonijietjiddokumentaw b'mod xieraq il-metodoloġija prudenti ta' valutazzjoni. Din id-dokumentazzjoni tinkludi politiki interni li jipprovdu gwida dwar il-punti kollha li ġejjin:
(a)
il-firxa tal-metodoloġiji tal-kwantifikazzjoni tal-AVA għal kull pożizzjoni tal-valutazzjoni;
(b)
il-ġerarkija tal-metodoloġiji għal kull klassi ta' assi, prodott, jew il-pożizzjoni tal-valutazzjoni;
(c)
il-ġerarkija ta' sorsi tad-dejta tas-suq użati fil-metodoloġija tal-AVA;
(d)
il-karatteristiċi meħtieġa ta' dejta tas-suq biex tiġġustifika l-AVA żero għal kull klassi ta' assi, prodott, jew il-pożizzjoni ta' valutazzjoni;
(e)
il-metodoloġija applikata meta approċċ ibbażat fuq għarfien espert jiġi użat biex tkun iddeterminata l-AVA;
(f)
il-metodoloġija biex jiġi determinat jekk pożizzjoni tal-valutazzjoni teħtiġx pożizzjoni kkonċentrata tal-AVA;
(g)
il-medda tal-ħruġ preżunta għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-AVA għall-pożizzjonijiet konċentrati, fejn rilevanti;
(h)
l-assi u l-obbligazzjonijiet valutati bil-valur ġust li għalihom bidla fil-valutazzjoni tal-kontabilità għandha impatt parzjali jew l-ebda impatt fuq il-kapital CET1 skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 8(1).
2. L-istituzzjonijiet iżommu wkoll reġistri li jippermettu l-kalkolu tal-AVA f'livell ta' espożizzjoni tal-valutazzjoni biex jiġu analizzati, u l-informazzjoni dwar il-proċess tal-kalkolu tal-AVA jiġi provdut lit-tmexxija anzjana biex wieħed jifhem il-livell ta' inċertezza tal-valutazzjoni tal-portafoll ta' tal-istituzzjoni tal-pożizzjonijiet b'valur ġust. 3. Id-dokumentazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 tiġi riveduta mill-inqas kull sena u approvata mill-maniġment anzjan.
|
|
Artikolu 19 Sistemi u rekwiżiti ta' kontroll
|
Artikolu 19 Sistemi u rekwiżiti ta' kontroll 1. L-AVA l-ewwel ikunu awtorizzati u sussegwentement immonitorjata, minn unità ta' kontroll indipendenti. 2. L-istituzzjonijiet ikollhom kontrolli effettivi relatati mal-governanza tal-pożizzjonijiet kollha b'valur ġust, u riżorsi adegwati biex jimplimentaw dawn il-kontrolli u jiżguraw proċessi ta' valutazzjoni robusti anki matul perjodu ta' stress. Dawn jinkludu dawn kollha li ġejjin:
(a)
mill-inqas analiżi annwali tal-prestazzjoni tal-mudell ta' valwazzjoni;
(b)
approvazzjoni mill-maniġers tal-bidliet kollha sinifikanti fil-politiki tal-valwazzjoni;
(c)
dikjarazzjoni ċara dwar l-attitudni tal-istituzzjoni lejn ir-riskji ta' esponiment għal pożizzjonijiet soġġetti għal valutazzjoni tal-inċertezza li hija mmonitorjata f'livell aggregat mal-istituzzjoni kollha;
(d)
indipendenza fil-proċess tal-valutazzjoni bejn it-teħid ta' riskju u unitajiet ta' kontroll;
(e)
proċess ta' verifika interna komprensiv dwar il-proċessi tal-istimi u l-kontrolli.
3. l-istituzzjonijiet jiżguraw li jkun hemm kontrolli effettivi u li jiġu applikati b'mod konsistenti relatati mal-proċess ta' valutazzjoni għal pożizzjonijiet b'valur ġust. Dawn il-kontrolli jkunu soġġetti għal rieżami tal-awditjar intern regolari. Dawn il-kontrolli jinkludu kull waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
inventarju tal-prodotti mal-istituzzjoni kollha definiti b'mod preċiż, filwaqt li jkun żgurat li kull pożizzjoni ta' valutazzjoni hija unikament abbinata ma' definizzjoni ta' prodott;
(b)
metodoloġiji ta' valutazzjoni, għal kull prodott fl-inventarju li jkopru l-għażla u l-kalibrazzjoni tal-mudell, l-aġġustamenti ta' valur ġust, AVA, metodoloġiji ta' verifika indipendenti tal-prezzijiet applikabbli għall-prodott, u l-kejl ta' inċertezza tal-valutazzjoni;
(c)
proċess ta' validazzjoni li jiżgura li, għal kull prodott, kemm it-teħid tar-riskju kif ukoll id-dipartimenti rilevanti ta' kontroll japprovaw il-metodoloġiji deskritti fil-punt (b) u jiċċertifikaw li dawn jirriflettu l-prattika attwali għal kull pożizzjoni ta' valutazzjoni mmappjata skont il-prodott;
(d)
limiti definiti bbażati fuq dejta tas-suq osservata biex jiġi ddeterminat meta l-mudelli ta' valutazzjoni ma għadhomx aktar robusti biżżejjed;
(e)
proċess IPV formali bbażat fuq prezzijiet indipendenti mill-post tan-negozjar rilevanti;
(f)
proċessi ta' approvazzjoni ta' prodott ġdid li jirreferu għall-inventarju tal-prodotti u li jinvolvu lill-partijiet interessati interni kollha rilevanti għall-kejl tar-riskju, il-kontroll tar-riskju, ir-rappurtar finanzjarju u l-assenjazzjoni u l-verifika tal-valutazzjonijiet ta' strumenti finanzjarji;
(g)
proċess ta' patt ġdid ta' eżami mill-ġdid biex ikun żgurat li d-dejta minn negozji ġodda tintuża biex jiġi valutat jekk il-valutazzjonijiet ta' skoperturi ta' valutazzjoni simili jibqgħux prudenti kif xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0101
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|