+Artikolu 48 Esklużjoni ta' ċerti termini kuntrattwali
---+Artikolu 48 1
---+Artikolu 48 2
---+Artikolu 48 3
---+Artikolu 48 4
---+Artikolu 48 5
---+Artikolu 48 6

Artikolu 48 Esklużjoni ta' ċerti termini kuntrattwali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48 1

1.   Miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet jew miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet meħuda fir-rigward ta' entità, inkluż l-okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta' tali miżura, ma għandhomx jitqiesu, minnhom infushom, taħt kuntratt konkluż mill-entità kkonċernata, bħala avvenimenti ta' infurzar skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/47/KE jew proċedimenti ta' insolvenza skont it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE, dment li l-obbligi sostantivi skont dak il-kuntratt, inkluż l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja u l-forniment ta' kollateral, ikomplu jitwettqu.

Barra minn hekk, miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet jew miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet ma għandhomx, minnhom infushom jitqiesu bħala avvenimenti ta' infurzar skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/47/KE jew proċedimenti ta' insolvenza skont it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE skont kuntratt konkluż minn:

(a)

impriża sussidjarja, fejn l-impriża prinċipali jew kwalunkwe entità fi grupp tiggarantixxi jew inkella tappoġġa l-obbligi skont dak il-kuntratt; jew

(b)

kwalunkwe entità fi grupp, meta l-kuntratt ikun fih dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza.

Artikolu 48 2

2.   Meta l-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz jiġu rrikonoxxuti skont l-Artikolu 76, jew, fin-nuqqas ta' tali rikonoxximent, meta awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi hekk, il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz għandhom jikkostitwixxu miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 48 3

3.   Dment li l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt, inkluż l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja, u l-forniment ta' kollateral, ikomplu jitwettqu, miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet, jew miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet, inkluż kwalunkwe avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta' tali miżura, ma għandhiex, fiha nnifisha, tagħmilha possibbli għal kwalunkwe persuna li:

(a)

teżerċita xi dritt tat-terminazzjoni, ta' sospensjoni, ta' modifika, ta' netting jew ta' tpaċija, inkluż fir-rigward ta' kuntratt konkluż minn:

(i)

impriża sussidjarja, meta l-obbligi skont il-kuntratt ikunu ggarantiti jew appoġġati mod ieħor minn entità fi grupp;

(ii)

kwalunkwe entità fi grupp, meta l-kuntratt ikun fih dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza;

(b)

tikseb pussess, teżerċita kontroll jew tinforza kwalunkwe garanzija fuq kwalunkwe proprjetà ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ikkonċernata jew kwalunkwe entità fi grupp fir-rigward ta' kuntratt li jkun fih dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza;

(c)

taffettwa kwalunkwe dritt kuntrattwali ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ikkonċernati jew ta' kwalunkwe entità fi grupp fir-rigward ta' kuntratt li jkun fih dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza.

Artikolu 48 4

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jaffettwaw id-dritt ta' persuna li tieħu azzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-punt (a), (b) jew (c), meta dak id-dritt jirriżulta minħabba avveniment għajr il-miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet, il-miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet, jew bis-saħħa ta' kwalunkwe avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta' miżura bħal din.

Artikolu 48 5

5.   Sospensjoni jew restrizzjoni skont l-Artikolu 49 jew 50 ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta' obbligu kuntrattwali għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 51(1).

Artikolu 48 6

6.   Id-dispożizzjonijiet li jinsabu f'dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala dispożizzjonijiet obbligatorji li jieħdu preċedenza fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.