|
+Artikolu 74 1. |
Artikolu 74 1.►M4 L-ESMA, f'kooperazzjoni mal-EBA u mal-awtoritajiet kompetenti u mal-awtoritajiet rilevanti, għandha tippreżenta rapporti lill-Kummissjoni li jipprovdu valutazzjonijiet tax-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet, u fejn meħtieġ, rakkomandazzjonijiet għal azzjoni preventiva u ta' rimedju fis-swieq tas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu valutazzjoni ta' li ġej: ◄
(a)
l-effiċjenza tas-saldu għal operazzjonijiet domestiċi u transkonfinali għal kull Stat Membru, b'kont meħud ta' mill-inqas dan li ġej:
(i)
l-għadd u l-volum tan-nuqqas ta' saldu u l-evoluzzjoni tagħhom;
(ii)
l-impatt tal-penali fi flus kontanti fuq nuqqas ta' saldu fl-istrumenti kollha;
(iii)
it-tul ta' żmien u l-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta' saldu;
(iv)
il-kategoriji ta' strumenti finanzjarji u swieq fejn jiġu osservati l-ogħla rati ta' nuqqas ta' saldu;
(v)
tqabbil internazzjonali tar-rati tan-nuqqas ta' saldu;
(vi)
l-ammont ta' penali fi flus kontanti msemmija fl-Artikolu 7;
(vii)
fejn applikabbli, l-għadd u l-volumi tax-xiri sfurzat obbligatorju msemmi fl-Artikolu 7a;
(viii)
kwalunkwe miżura meħuda mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn l-effiċjenza tas-saldu ta' CSD fuq perjodu ta' sitt xhur tkun ferm aktar baxxa mil-livelli medji ta' effiċjenza tas-saldu rreġistrati fis-suq tal-Unjoni;
(aa)
il-livelli ta' effiċjenza tas-saldu meta mqabbla mas-sitwazzjoni fi swieq kapitali ewlenin ta' pajjiżi terzi kif ukoll f'termini ta' strumenti nnegozjati u tipi ta' tranżazzjonijiet eżegwiti f'tali swieq;
(b)
l-adegwatezza tal-penali fi flus kontanti għal nuqqas ta' saldu, b'mod partikolari l-ħtieġa għal aktar flessibbiltà b’rabta ma dawk il-penali għal nuqqas ta' saldu b'rabta mal-istrumenti finanzjarji illikwidi;
(c)
l-għadd u l-volum ta' tranżazzjonijiet li jiġu saldati barra mis-sistemi ta' saldu tat-titoli operati mis-CSDs u l-evoluzzjoni tagħhom maż-żmien, inkluż tqabbil mal-għadd u l-volum tat-tranżazzjonijiet li jiġu saldati fis-sistemi ta' saldu tat-titoli operati mis-CSDs, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 9 u skont kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, kif ukoll l-impatt ta' dik l-evoluzzjoni fuq il-kompetizzjoni fis-suq tas-saldu u kwalunkwe riskju potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja minn saldu internalizzat;
(d)
il-forniment ta’ servizzi transkonfinali koperti minn dan ir-Regolament abbażi tal-għadd u t-tip ta’ konnessjonijiet tas-CSDs, l-għadd ta’ parteċipanti barranin fis-sistemi tas-saldu tat-titoli mħaddma mis-CSDs, l-għadd u l-volum tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu tali parteċipanti, l-għadd ta’ emittenti barranin li jirreġistraw it-titoli tagħhom f’CSD skont l-Artikolu 49 u kwalunkwe kriterju rilevanti ieħor;
(e)
it-trattament tat-talbiet għal aċċess fl-Artikoli 49, 52 u 53 biex tidentifika r-raġunijiet għaċ-ċaħda tat-talbiet għal aċċess minn CSDs, CCPs u ċentri ta’ negozjar, ix-xejriet jekk ikun hemm ta’ dawk iċ-ċaħdiet u l-modi kif ir-riskji identifikati jistgħu jittaffew fil-ġejjieni sabiex l-aċċess ikun jista’ jingħata, u kwalunkwe ostaklu materjali ieħor għall-kompetizzjoni f’servizzi finanzjarji ta’ wara n-negozjar;
(f)
it-trattament tal-applikazzjonijiet ippreżentati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 23(3) sa (7) u l-Artikolu 25(4) sa (10);
(g)
fejn japplika, is-sejbiet tal-proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari għas-superviżjoni transkonfinali fl-Artikolu 24(6) u jekk il-frekwenza ta’ dawk l-evalwazzjonijiet tistax titnaqqas fil-ġejjieni, inkluż indikazzjoni ta’ jekk dawk is-sejbiet jindikawx il-ħtieġa għal kulleġġi ta’ superviżuri aktar formali;
(h)
l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ responsabbiltà ċivili tal-Istati Membri b’rabta mat-telf attribwibbli lis-CSDs;
(i)
il-proċeduri u l-kondizzjonijiet marbuta mal-awtorizzazzjoni sabiex is-CSDs jinnominaw istituzzjonijiet ta’ kreditu jew jipprovdu lilhom infushom servizzi anċillari ta’ tip bankarju skont l-Artikoli 54 u 55, inkluż valutazzjoni tal-effetti li dak il-provvediment jista’ jkollu fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-kompetizzjoni għas-saldu u s-servizzi anċillari ta’ tip bankarju fl-Unjoni;
(j)
l-applikazzjoni tar-regoli msemmija fl-Artikolu 38 dwar il-protezzjoni tat-titoli tal-parteċipanti u dawk tal-klijenti tagħhom, b’mod partikolari dawk fl-Artikolu 38(5);
(k)
l-applikazzjoni tal-penali u b’mod partikolari l-ħtieġa għal aktar armonizzazzjoni tal-penali amministrattivi stabbiliti għall-ksur tar-rekwiżiti stipulati f’ dan ir-Regolament;
(l)
it-trattament tan-notifiki ppreżentati f'konformità mal-Artikolu 25(2a); 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|