+ANNESS VI

ANNESS VI

ANNESS VI

Struzzjonijiet għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar il- kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas regolatorju

Mudell EU LI1 - Differenzi bejn l-ambitu kontabilistiku u l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali u tal-immappjar tal-kategoriji tar-rapporti finanzjarji mal-kategoriji tar-riskju regolatorju. Format flessibbli.

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 436 tar-Regolament (UE) 575/2013 ( 7 ) (“CRR”) billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew il-Mudell EU LI1 li huwa ppreżentat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament ta Implimentazzjoni.


Referenzi legali u struzzjonijiet

Numru tar-ringiela

Spjegazzjoni

minn 1 sa XXX

Assi Totali

L-istruttura tar-ringiela għandha tkun l-istess bħall-istruttura tar-ringiela tal-karta bilanċjali użata fl-aħħar rapportar finanzjarju disponibbli tal-istituzzjoni.

“Rapportar finanzjarju” jirreferi għar-rapporti finanzjarji individwali jew konsolidati annwali ddefiniti fl-Artikoli 4 u 24 tad-Direttiva (UE) 2013/34 (1), kif ukoll (meta applikabbli) għar-rapporti finanzjarji fis-sens tal-istandards internazzjonali tal-kontabilità kif approvati fl-UE b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) 1606/2002 (2).

minn 1 sa XXX

Obbligazzjonijiet Totali

L-istruttura tar-ringiela għandha tkun l-istess bħall-istruttura tar-ringiela tal-karta bilanċjali użata fl-aħħar rapportar finanzjarju disponibbli tal-istituzzjoni.

“Rapportar finanzjarju” jirreferi għar-rapporti finanzjarji individwali jew konsolidati annwali ddefiniti fl-Artikoli 4 u 24 tad-Direttiva (UE) 2013/34/UE, kif ukoll (meta applikabbli) għar-rapporti finanzjarji fis-sens tal-istandards internazzjonali tal-kontabilità kif approvati fl-UE b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) 1606/2002.

(1)   

Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(2)   

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1606/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).


Referenzi legali u struzzjonijiet

Referenza tal-kolonna

Spjegazzjoni

a

Valuri kontabilistiċi kif irrapportati fir-rapporti finanzjarji ppubblikati

L-ammont irrapportat fuq in-naħa tal-assi u fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta bilanċjali stabbilit wara r-rekwiżiti ta’ konsolidament fil-qafas kontabilistiku applikabbli, inklużi oqfsa bbażati fuq id-Direttiva (UE) 2013/34/UE u fuq id-Direttiva (KEE) 86/635 (1), jew fuq l-istandards internazzjonali tal-kontabilità kif approvati fl-UE

b

Valuri kontabilistiċi fl-ambitu tal-konsolidament prudenzjali

L-ammont irrapportat fuq in-naħa tal-assi u fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta bilanċjali stabbilit skont ir-rekwiżiti ta’ konsolidament regolatorju fit-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tas-CRR

Jekk l-ambitu tal-konsolidament kontabilistiku u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidament prudenzjali jkunu eżattament l-istess, il-kolonni (a) u (b) ta’ dan il-mudell għandhom jingħaqdu flimkien.

c

Valuri kontabilistiċi ta’ entrati soġġetti għal qafas ta’ riskju ta’ kreditu

L-ammonti riportati taħt l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali tal-entrati (minbarra l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali) li għalihom japplikaw il-Kapitoli 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR

d

Valuri kontabilistiċi ta’ entrati soġġetti għal qafas ta’ riskju ta’ kreditu tal-kontroparti

L-ammonti riportati taħt l-ambitu ta’ konsolidament prudenzjali tal-entrati (minbarra l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali) li għalihom japplika l-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR

e

Valuri kontabilistiċi ta’ entrati soġġetti għall-qafas ta’ titolizzazzjoni

L-ammonti riportati taħt l-ambitu ta’ konsolidament prudenzjali tal-entrati (minbarra l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali) mill-portafoll mhux tan-negozjar li għalihom japplika l-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR

f

Valuri kontabilistiċi ta’ entrati soġġetti għal qafas ta’ riskju tas-suq

L-ammonti riportati taħt l-ambitu ta’ konsolidament prudenzjali tal-entrati (minbarra l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali) li għalihom japplika t-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR. L-entrati li jikkorrispondu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-portafoll tan-negozjar -li għalihom ir-rekwiżiti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR għandhom jiġu inklużi f’din il-kolonna.

g

Valuri kontabilistiċi ta’ entrati mhux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji jew soġġetti għal tnaqqis mill-fondi proprji

L-ammonti riportati taħt l-ambitu ta’ konsolidament prudenzjali tal-entrati (minbarra l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali) mhux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mas-CRR; l-ammonti riportati taħt l-ambitu ta’ konsolidament prudenzjali tal-entrati (minbarra l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali) li huma soġġetti għal tnaqqis mill-fondi proprji f’konformità mal-Parti Tnejn tas-CRR

L-entrati mnaqqsa jistgħu jinkludu, pereżempju, l-entrati elenkati fl-Artikoli 37, 38, 39, u 41 CRR.

L-ammonti għall-assi għandhom ikunu l-ammonti attwalment imnaqqsa mill-fondi proprji, filwaqt li jitqies kwalunkwe netting mal-obbligazzjonijiet permessi minn (u kwalunkwe limitu għal) tnaqqis applikabbli skont l-Artikoli rilevanti fil-Parti Tnejn tas-CRR.

Meta l-entrati elenkati fil-punt (k) tal-Artikolu 36(1) u fl-Artikolu 48 CRR ikunu mwieżna b’1 250  % għar-riskju minflok ma jitnaqqsu, dawn ma għandhomx jiġu ddikjarati fil-kolonna (g) ta’ dan il-mudell iżda fil-kolonni l-oħra xierqa tal-Mudell EU LI1. Dan japplika wkoll għal kwalunkwe entrata oħra li hija ponderata b’1 250  % għar-riskju f’konformità mar-rekwiżiti fis-CRR.

L-ammonti għall-obbligazzjonijiet għandhom ikunu l-ammont ta’ obbligazzjonijiet li jridu jitqiesu għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ assi li jrid jitnaqqas mill-fondi proprji skont l-Artikoli rilevanti fil-Parti Tnejn tas-CRR. Barra minn hekk, l-obbligazzjonijiet kollha minbarra dawk li (i) huma rilevanti għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR, jew (ii) li huma rilevanti għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR u fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR għandhom jiġu ddikjarati f’din il-kolonna.

kollha

Meta entrata waħda tattira rekwiżiti kapitali f’konformità ma’ aktar minn qafas ta’ riskju wieħed, il-valuri għandhom jiġu ddikjarati fil-kolonni kollha li jikkorrispondu għar-rekwiżiti kapitali li huma relatati magħhom. Bħala konsegwenza, is-somma tal-ammonti fil-kolonni minn (c) sa (g) ta’ dan il-mudell tista’ tkun akbar mill-ammont fil-kolonna (b) ta’ dan il-mudell. L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet kwalitattivi dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet li huma soġġetti għal rekwiżiti kapitali għal aktar minn qafas ta’ riskju wieħed elenkat fil-Parti Tlieta tas-CRR.

(1)   

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

Mudell EU-LI2 - Sorsi ewlenin ta’ differenzi bejn l-ammonti ta’ skoperturi regolatorji u l-valuri kontabilistiċi fir-rapporti finanzjarji. Format fiss.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 436 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew il-Mudell EU LI2 li huwa ppreżentat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.


Referenzi legali u struzzjonijiet

Numru tar-ringiela

Spjegazzjoni

1

Ammont tal-valur riportat tal-assi taħt l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali

L-ammonti fil-kolonni minn (b) sa (e) ta’ dan il-mudell għandhom ikunu l-istess bħall-ammonti fil-kolonni minn (c) sa (f) tal-Mudell EU LI1.

2

Ammont tal-valur riportat tal-assi taħt l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali

L-ammonti fil-kolonni minn (b) sa (e) ta’ dan il-mudell għandhom ikunu l-istess bħall-ammonti fil-kolonni minn (c) sa (f) tal-Mudell EU LI1.

3

Ammont nett totali taħt l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali

L-ammont wara n-netting fil-karta bilanċjali bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet taħt l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali, irrispettivament mill-eliġibbiltà ta’ dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet tar-regoli ta’ netting speċifiċi b’applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR u tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR

L-ammont f’din ir-ringiela għandu jkun ugwali għall-valur fir-ringiela 1 imnaqqas mill-valur fir-ringiela 2 ta’ dan il-mudell.

4

Ammonti li ma jidhrux fil-karta bilanċjali

Jinkludu skoperturi oriġinali li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, qabel l-użu ta’ fattur ta’ konverżjoni, fejn rilevanti, mid-dikjarazzjoni stabbilita li ma tidhirx fil-karta bilanċjali, skont l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali fil-kolonna minn (a) sa (d) ta’ dan il-mudell.

5

Differenzi fil-valwazzjonijiet

L-impatt tal-ammont riportat tal-aġġustamenti fil-valur f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu I tal-Parti Tnejn tas-CRR u mal-Artikolu 105 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu I tal-Parti Tlieta tas-CRR dwar skoperturi tal-portafoll tan-negozjar u tal-portafoll mhux tan-negozjar imkejla fuq il-bażi tal-valur ġust f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli

Dan l-ammont għandu jkun konsistenti mal-ammont fir-ringiela 7 tal-Mudell EU CC1 kif ukoll mal-ammont fir-ringiela 12 kolonna (f) tal-Mudell EU-PV1.

6

Differenzi minħabba regoli ta’ netting differenti, għajr dawk diġà inklużi fir-ringiela 2 ta’ dan il-mudell

Din l-entrata tirreferi għall-ammonti netti tal-iskopertura fil-karta bilanċjali u li ma jidhrux fil-karta bilanċjali wara l-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi ta’ netting fil-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR u fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR. L-impatt tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ netting jista’ jkun negattiv (f’każ li jridu jiġu nnettjati aktar skoperturi mill-użu ta’ netting fil-karta bilanċjali fir-ringiela 2 ta’ dan il-mudell) jew pożittiv (fil-każ tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ netting fis-CRR li jwassal sabiex jiġi nnettjat ammont aktar baxx min-netting fil-karta bilanċjali fir-ringiela 2 ta’ dan il-mudell).

7

Differenzi minħabba l-kunsiderazzjoni tal-provvedimenti

Integrazzjoni mill-ġdid fil-valur tal-iskopertura ta’ aġġustamenti speċifiċi u ġenerali għar-riskju ta’ kreditu (kif definiti fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 183/2014 (1)) li tnaqqsu f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli mill-ammont riportat ta’ skoperturi skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR għal finijiet ta’ ponderazzjoni tar-riskju. Fir-rigward tal-iskoperturi ponderati għar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR, meta l-ammont riportat fir-rapporti finanzjarji taħt l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali jkun tnaqqas minn elementi li jikkwalifikaw bħala aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont ir-regolament ta’ delega imsemmi hawn fuq, dawn l-elementi għandhom jiġu integrati mill-ġdid fil-valur tal-iskopertura.

8

Differenzi minħabba l-użu ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu

L-impatt fuq il-valur tal-iskopertura taħt l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali tal-applikazzjoni tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu kif definiti fis-CRR.

9

Differenzi minħabba fatturi ta’ konverżjoni tal-kreditu

L-impatt fuq il-valur tal-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali taħt l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali tal-applikazzjoni tal-fatturi ta’ konverżjoni rilevanti f’konformità mas-CRR

Il-fattur ta’ konverżjoni għall-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali li għandhom jiġu ponderati għar-riskju b’applikazzjoni tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Artikoli 111, 166, 167 u 182 (kif applikabbli għar-riskju ta’ kreditu), u fl-Artikolu 246 CRR (kif applikabbli għar-riskju ta’ titolizzazzjoni).

10

Differenzi minħabba Titolizzazzjoni bi trasferiment tar-riskju

L-impatt fuq il-valur tal-iskoperturi titolizzati tal-użu ta’ tranżazzjonijiet titolizzati għat-trasferiment tar-riskju ta’ kreditu lil terzi persuni f’konformità mas-CRR

11

Differenzi oħra (jekk rilevanti)

Fatturi ewlenin sinifikanti oħrajn li jwasslu għal differenzi bejn il-valuri kontabilistiċi tar-rapporti finanzjarji skont l-ambitu regolatorju u l-ammonti tal-iskopertura kkunsidrati għal finijiet regolatorji

L-istituzzjonijiet għandhom jikkomplementaw id-divulgazzjonijiet kwantitattivi inklużi f’din ir-ringiela bi spjegazzjonijiet kwalitattivi fuq il-fatturi ewlenin ta’ dawn id-differenzi fit-Tabella EU LIA.

12

Ammonti ta’ skoperturi kkunsidrati għal finijiet regolatorji

Ammont aggregat meqjus bħala punt tat-tluq tal-kalkolu tal-RWEA wara l-applikazzjoni tal-metodi CRM għajr in-netting fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR u wara l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ netting fil-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR u fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR tal-istess regolament għal kull waħda mill-kategoriji ta’ riskju

F’każ li jiġi applikat l-Approċċ Standardizzat (Standardised Approach, SA), dan huwa l-valur wara aġġustamenti speċifiċi ta’ kreditu, aġġustamenti addizzjonali tal-valur f’konformità mal-Artikoli 34 u 110 CRR u tnaqqis ieħor fil-fondi proprji relatat mal-element ta’ assi. Għal entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-valur tal-iskopertura għandu jkun il-valur nominali wara t-tnaqqis tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu, immoltiplikat bil-perċentwal applikabbli msemmi fil-punti (a) u (d) tal-Artikolu 111(1) CRR.

Għall-approċċ IRB, il-valur dikjarat għandu jkun il-valur tal-iskopertura fis-sens tal-Artikoli 166, 167 u 168 CRR.

Għalhekk, il-valuri kontabilistiċi kif irrapportati fir-rapporti finanzjarji skont l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali għandhom jiġu ddikjarati fir-ringieli minn 1 sa 3 korrispondenti ta’ dan il-mudell, filwaqt li l-iskoperturi oriġinali li ma jidhrux fil-karta bilanċjali għandhom jiġu ddikjarati fir-ringiela 4 ta’ dan il-mudell. Kull żieda jew tnaqqis regolatorju speċifiku li jikkonċerna dawn l-ammonti għandu jiġi inkluż fir-ringieli minn 5 sa 11 ta’ dan il-mudell sabiex jiġi spjegat kif dawn l-ammonti jistgħu jiġu rrikonċiljati mal-ammont tal-iskopertura għall-punt tat-tluq regolatorju tal-kalkolu tal-RWEA f’konformità ma’ kull wieħed mill-oqfsa msemmija fil-kolonni minn (b) sa (e) ta’ dan il-mudell. Dan ifisser li b’mod partikolari għar-riskju ta’ kreditu, l-ammonti tal-iskopertura kkunsidrati għal finijiet regolatorji li għandhom jiġu ddikjarati fir-ringiela 12 ta’ dan il-mudell se jkunu differenti mill-valuri kontabilistiċi kif irrapportati fir-rapporti finanzjarji skont l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali, minħabba t-trattament regolatorju partikolari tal-provvedimenti kontabilistiċi għall-kalkolu tal-RWEAs.

(1)   

IR-REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 183/2014 tal-20 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat il-kalkolu tal-aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu speċifiċi u ġenerali (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 3).


Referenzi legali u struzzjonijiet

Referenza tal-kolonna

Spjegazzjoni

a

Total

Total fil-Kolonna (a) tal-Mudell EU L2 = Ammonti fil-Kolonna (b) tal-Mudell EU LI1 – Ammonti fil-Kolonna (g) tal-Mudell EU LI1.

 

Id-diżaggregazzjoni tal-kolonni fil-kategoriji tar-riskju regolatorju minn (b) sa (e) tikkorrispondi għad-diżaggregazzjoni elenkata fil-Parti Tlieta tas-CRR:

b

Qafas tar-riskju ta’ kreditu

Skoperturi fit-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR

L-iskoperturi taħt il-qafas tar-riskju ta’ kreditu għandhom jikkorrispondu jew għall-ammont tal-iskopertura applikat fl-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu (ara l-Artikolu 111 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR) jew għall-iskoperturi f’inadempjenza (EAD) fir-riskju ta’ kreditu – approċċ IRB (ara l-Artikoli 166, 167 u 168 fil-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR).

c

Qafas ta’ titolizzazzjoni

Skoperturi mill-portafoll mhux tan-negozjar mogħtija fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR

L-iskoperturi ta’ titolizzazzjoni għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 246 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR.

d

Qafas tar-Riskju ta’ Kreditu tal-Kontroparti (CCR)

Skoperturi kkunsidrati fil-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR

e

Qafas tar-riskju tas-suq

Skoperturi għar-riskju tas-suq li jikkorrispondu għal pożizzjonijiet soġġetti għall-qafas tar-riskju tas-suq fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR

Ir-ringieli minn 1 sa 3 u 12 biss ta’ dan il-mudell għandhom jiġu ddikjarat fir-rigward ta’ din il-kolonna.

kollha

Meta entrata waħda tkun soġġetta għal rekwiżiti kapitali f’konformità ma’ aktar minn qafas ta’ riskju wieħed, din għandha tiġi ddikjarata fil-kolonni rilevanti kollha li jikkorrispondu għar-rekwiżiti kapitali. Bħala konsegwenza, is-somma tal-ammonti fil-kolonni minn (b) sa (e) ta’ dan il-mudell tista’ tkun akbar mill-ammont fil-kolonna (a) ta’ dan il-mudell. L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet kwalitattivi dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet li huma soġġetti għal rekwiżiti kapitali għal aktar minn qafas ta’ riskju wieħed elenkat fil-Parti Tlieta tas-CRR.

Mudell EU LI3 - Spjegazzjoni tad-differenzi fil-kampijiet ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament (skont kull entità)

3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 436 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew il-Mudell EU LI3 li huwa ppreżentat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.


Referenzi legali u struzzjonijiet

Numru tar-ringiela

Spjegazzjoni

 

Ir-ringieli huma flessibbli. Id-divulgazzjonijiet għandhom jiġu pprovduti għall-entitajiet inklużi fil-kampijiet ta’ applikazzjoni kontabilistiċi u regolatorji tal-konsolidament kif iddefiniti f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli u mat-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tas-CRR, li għalihom il-metodu tal-konsolidament kontabilistiku jkun differenti mill-metodu tal-konsolidament regolatorju. Ringiela waħda għal kull entità.


Referenzi legali u struzzjonijiet

Referenza tal-kolonna

Spjegazzjoni

a

Isem l-entità

Isem kummerċjali ta’ kwalunkwe entità inkluża jew imnaqqsa mill-kamp ta’ applikazzjoni regolatorju u kontabilistiku tal-konsolidament ta’ istituzzjoni

b

Metodu ta’ konsolidament kontabilistiku

Il-metodu ta’ konsolidament użat f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli

minn c sa g

Metodu ta’ konsolidament regolatorju

Il-metodu ta’ konsolidament implimentat għall-finijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tas-CRR

Tal-anqas, il-metodi elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 436 CRR għandhom jiġu ddikjarati.

L-istituzzjonijiet għandhom jimmarkaw il-kolonni applikabbli sabiex jidentifikaw il-metodu ta’ konsolidament ta’ kull entità skont il-qafas kontabilistiku u jekk, skont l-ambitu tal-konsolidament prudenzjali, kull entità tkunx (i) kompletament konsolidata; (ii) proporzjonalment konsolidata; (iii) rikonoxxuta skont il-metodu tal-ekwità; (iv) la konsolidata u lanqas imnaqqsa jew; (v) imnaqqsa.

h

Deskrizzjoni tal-entità

Deskrizzjoni qasira tal-entità, bid-divulgazzjoni (bħala minimu) tas-settur tal-attività tagħha

Tabella EU LIA - Spjegazzjonijiet tad-differenzi bejn l-ammonti kontabilistiċi u regolatorji u tal-iskopertura. Kaxxi tat-test b’format liberu għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kwalitattiva

4. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 436 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew it-Tabella EU LIA li hija ppreżentata fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.


Referenzi legali u struzzjonijiet

Numru tar-ringiela

Spjegazzjoni

(a)

L-istituzzjonijiet għandhom jispjegaw u jikkwantifikaw l-oriġini ta’ kwalunkwe differenza sinifikanti bejn l-ammonti fil-kolonni (a) u (b) fil-Mudell EU LI1, irrispettivament minn jekk id-differenzi jipproċedux minn regoli ta’ konsolidament differenti jew mill-użu ta’ standards tal-kontabilità differenti bejn il-konsolidament kontabilistiku u dak regolatorju.

(b)

L-istituzzjonijiet għandhom jispjegaw l-oriġini tad-differenzi bejn il-valuri kontabilistiċi skont l-ambitu ta’ konsolidament prudenzjali u l-ammonti kkunsidrati għal finijiet regolatorji murija fil-Mudell EU LI2.

Tabella EU LIB – Informazzjoni kwalitattiva oħra dwar il-kamp ta’ applikazzjoni. Kaxxi tat-test b’format liberu għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kwalitattiva

5. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punti (f), (g) u (h) tal-Artikolu 436 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew it-Tabella EU LIB li hija ppreżentata fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.


Referenzi legali u struzzjonijiet

Numru tar-ringiela

Spjegazzjoni

(a)

L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw kwalunkwe xkiel prattiku jew legali materjali kurrenti jew mistenni għat-trasferiment fil-pront ta’ fondi proprji jew għar-ripagament tal-obbligazzjonijiet bejn il-kumpanija omm u s-sussidjarji tagħha.

(b)

Fejn applikabbli, l-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-isem jew l-ismijiet tas-sussidjarji li mhumiex inklużi fil-konsolidament.

(c)

Fejn applikabbli, l-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw iċ-ċirkostanzi li fihom isir użu mid-deroga msemmija fl-Artikolu 7 CRR jew mill-metodu ta’ konsolidament individwali stabbilit fl-Artikolu 9 CRR.

(d)

Fejn applikabbli, l-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw ammont aggregat li bih il-fondi proprji attwali jkunu anqas milli meħtieġa fis-sussidjarji kollha li mhumiex inklużi fil-konsolidament, u l-isem jew l-ismijiet ta’ dawk is-sussidjarji.

Mudell EU PV1 – Aġġustamenti prudenti tal-valwazzjoni (Prudent valuation adjustments, PVA): Format fiss

6. L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ewlieni għad-determinazzjoni tal-aġġustament tal-valwazzjoni addizzjonali għal valwazzjoni prudenti f’konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 ( 8 ) għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 436 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’ dan l-Anness sabiex jimlew il-Mudell EU PV1 li huwa ppreżentat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.


Referenzi legali u struzzjonijiet

Numru tar-ringiela

Spjegazzjoni

Ringieli minn 1 sa 10

AVA tal-livell tal-kategorija

L-AVAs tal-livell tal-kategorija għall-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq, għall-ispejjeż tal-għeluq, għar-riskju tal-mudell, għall-pożizzjonijiet konċentrati, għall-ispejjeż amministrattivi futuri, għat-terminazzjoni bikrija u għar-riskju operazzjonali għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-Artikoli minn 9 sa 11 u minn 14 sa 17 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 rispettivament.

Għall-kategoriji tal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq, tal-ispiża tal-għeluq u tar-riskju tal-mudell, li huma soġġetti għall-benefiċċju ta’ diversifikazzjoni kif stabbilit skont l-Artikoli 9(6), 10(7) u 11(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/101 rispettivament, l-AVAs tal-livell tal-kategorija għandhom jiġu ddikjarati fil-kolonni minn a sa EU-e2 ta’ dan il-mudell bħala s-somma diretta tal-AVAs individwali qabel il-benefiċċju ta’ diversifikazzjoni. Il-benefiċċji ta’ diversifikazzjoni f’konformità mal-Artikoli 9(6), 10(7) u 11(7) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 għandhom jiġu inklużi fil-kolonna (f) ta’ dan il-mudell.

1

Inċertezza tal-prezzijiet tas-suq

L-Artikolu 105(10) CRR

L-AVAs tal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101.

2

Mhux applikabbli

3

Spejjeż tal-għeluq

L-Artikolu 105(10) CRR

L-AVAs tal-ispejjeż tal-għeluq għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101

4

Pożizzjonijiet konċentrati

L-Artikolu 105(11) CRR

L-AVAs tal-pożizzjonijiet konċentrati għandhom jiġu kkalkolati skont l-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101.

5

Terminazzjoni bikrija

L-Artikolu 105(10) CRR

L-AVAs tat-terminazzjoni bikrija għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101.

6

Riskju tal-mudell

L-Artikolu 105(10) CRR

L-AVAs tar-riskju tal-mudell għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101.

7

Riskju operazzjonali

L-Artikolu 105(10) CRR

L-AVAs tar-riskju operazzjonali għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101.

8

Mhux applikabbli

9

Mhux applikabbli

10

Spejjeż amministrattivi futuri

L-Artikolu 105(10) CRR

L-AVAs tal-ispejjeż amministrattivi għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101.

11

Mhux applikabbli

12

Aġġustamenti addizzjonali totali fil-valwazzjoni

L-AVA totali li għandu jitnaqqas mill-fondi proprji skont l-Artikoli 34 u 105 CRR għandu jiġi ddikjarat fir-ringiela 12, il-kolonna (f) ta’ dan il-mudell. Dan l-ammont għandu jkun konsistenti mal-ammont fir-ringiela 7 tal-Mudell EU CC1 kif ukoll mal-ammont fir-ringiela 5 kolonna (a) tal-Mudell EU LI2.

Għal portafolli soġġetti għall-Approċċ ewlieni kif stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament Delegat (UE) 2016/101 dwar valwazzjoni prudenti, l-AVA totali għandu jkun is-somma tal-ammonti fir-ringieli minn 1 sa 10 ta’ dan il-mudell, u l-ammonti kkalkolati f’konformità mas-subparagrafi minn (i) sa (iii) tal-punt (b) tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/101, għal portafolli soġġetti għall-Approċċ ta’ riżerva, jekk ikun hemm.

Għal portafolli soġġetti għall-approċċ issimplifikat kif stabbilit fil-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/101 dwar valwazzjoni prudenti, l-AVA totali inklużi fil-kolonna (f) ta’ dan il-mudell għandu jkun l-ammont ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan il-Kapitolu.

Ittra ta’ kolonna

Spjegazzjoni

a-e

Diżaggregazzjoni skont il-KATEGORIJA TAR-RISKJU

L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-assi u l-obbligazzjonijiet b’valur ġust tagħhom inklużi fil-komputazzjoni tal-limitu f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 (portafoll tan-negozjar u portafoll mhux tan-negozjar) f’konformità mal-kategoriji tar-riskju li ġejjin: rati tal-imgħax, kambju, kreditu, ekwitajiet, komoditajiet.

Id-diżaggregazzjoni f’dawn il-kolonni teskludi l-AVAs ikkalkolati f’konformità mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 li huma ddikjarati fil-kolonni EU-e1 u EU-e2 ta’ dan il-mudell.

EU e1

AVA tal-livell tal-kategorija - Inċertezza tal-valwazzjoni: Ava tal-firxiet tal-kreditu mhux gwadanjati

L-Artikolu 105(10) CRR, l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101

L-AVA totali għall-firxiet tal-kreditu mhux gwadanjati (“AVA fuq CVA”) u l-allokazzjoni tiegħu bejn l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq, il-ispiża tal-għeluq jew l-AVAs tar-riskju tal-mudell għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101.

EU e2

AVA tal-livell tal-kategorija - AVA tal-ispejjeż ta’ investiment u għall-finanzjament

L-Artikolu 105(10) CRR, l-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101

L-AVA totali għall-ispejjeż ta’ investiment u għall-finanzjament u l-allokazzjoni tiegħu bejn l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq, il-ispiża tal-għeluq jew l-AVAs tar-riskju tal-mudell għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101.

f

Livell totali tal-kategorija wara d-diversifikazzjoni

Għal portafolli soġġetti għall-Approċċ ewlieni kif stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101, il-livell totali tal-kategorija wara d-diversifikazzjoni għandu jinkludi l-AVAs totali kkalkolati f’konformità mal-Approċċ ewlieni għall-assi u għall-obbligazzjonijiet b’valur ġust inklużi fil-komputazzjoni tal-livell limitu f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101. Dan jinkludi l-benefiċċji ta’ diversifikazzjoni ddefiniti f’konformità mal-Artikoli 9(6), 10(7) u 11(7) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101.

L-AVA totali fir-ringiela 12, il-kolonna (f) ta’ dan il-mudell, għandu jinkludi l-ammonti kkalkolati f’konformità mas-subparagrafi minn (i) sa (iii) tal-punt (b) tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/101, għal portafolli soġġetti għall-Approċċ ta’ riżerva, jekk ikun hemm.

Għal portafolli soġġetti għall-approċċ issimplifikat kif stabbilit fil-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/101 dwar valwazzjoni prudenti, l-AVA totali inklużi fir-ringiela (12) ta’ dan il-mudell għandu jkun l-ammont ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan il-Kapitolu.

g

Li minnhom: approċċ ewlieni totali fil-portafoll tan-negozjar

Għal kull kategorija rilevanti ta’ AVAs, għal portafolli soġġetti għall-Approċċ ewlieni kif stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101, is-sehem tal-AVAs li jirriżultaw minn pożizzjonijiet miżmuma fil-“portafoll tan-negozjar”: il-pożizzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji u fil-komoditajiet miżmuma minn istituzzjoni b’intenzjoni ta’ negozjar jew għall-pożizzjonijiet ta’ hedging miżmuma b’intenzjoni ta’ negozjar f’konformità mal-Artikolu 104 CRR.

Il-valur dikjarat għandu jinkludi l-benefiċċji ta’ diversifikazzjoni ddefiniti f’konformità mal-Artikoli 9(6), 10(7) u 11(7) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101.

h

Li minnhom: approċċ ewlieni totali fil-portafoll bankarju

Għal kull kategorija rilevanti ta’ AVAs, għal portafolli soġġetti għall-Approċċ ewlieni kif stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101, is-sehem tal-AVAs li jirriżultaw minn pożizzjonijiet b’valur ġust fi strumenti finanzjarji u f’komoditajiet mhux miżmuma fil-portafoll tan-negozjar

Il-valur dikjarat għandu jinkludi l-benefiċċji ta’ diversifikazzjoni ddeterminati f’konformità mal-Artikoli 9(6), 10(7) u 11(7) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0637
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.