|
+Artikolu 76 6. |
Artikolu 76 6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet ta’ kontroll intern ikollhom aċċess dirett għall-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu u jkunu jistgħu jirrappurtaw direttament lilu. Għal dak il-għan, il-funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom ikunu indipendenti mill-membri tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu u ta’ maniġment superjuri, u b’mod partikolari għandhom ikunu jistgħu juru tħassib u jwissu lill-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu, fejn xieraq jew meta żviluppi speċifiċi tar-riskju jaffettwaw jew ikunu jistgħu jaffettwaw lill-istituzzjoni, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-korp ta’ ġestjoni skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom ikunu maniġers superjuri indipendenti b’responsabbiltà distinta għall-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskji, tal-konformità u tal-awditjar intern. Meta n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni ma jiġġustifikawx il-ħatra ta’ persuna speċifika għall-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji jew il-funzjoni tal-konformità, persuna superjuri oħra li twettaq kompiti oħra fl-istituzzjoni tista’ tissodisfa r-responsabbiltajiet għall-funzjonijiet tal-konformità u tal-ġestjoni tar-riskji, dment li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess u li l-persuna responsabbli għall-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji u l-funzjoni tal-konformità:
(a)
tissodisfa il-kriterji ta’ adattabilità u r-rekwiżiti ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza neċessarji għall-oqsma differenti kkonċernati; u
(b)
jkollha żmiensuffiċjenti biex twettaq iż-żewġ funzjonijiet ta’ kontroll b’mod korrett. Il-funzjoni tal-awditjar intern ma għandhiex tiġi kkombinata ma’ xi linja operatorja jew funzjoni ta’ kontroll oħra tal-istituzzjoni. Il-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern ma għandhomx jitneħħew mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|