|
+L-ANNESS II KRITERJI U PROĊEDURI TA' ILQUGĦ TA' SKART |
L-ANNESS II KRITERJI U PROĊEDURI TA' ILQUGĦ TA' SKART
L-ANNESS II KRITERJI U PROĊEDURI TA' ILQUGĦ TA' SKART 1. Introduzzjoni Dan l-Anness jispjega:
—
prinċipji ġenerali għall-ilqugħ ta' skart fil-varji klassijiet ta'
►C1
landfill ◄ . Il-proċedura tal-klassifikazzjoni ta' l-iskart tal-futur trid tkun bażata fuq dawn il-prinċipji,
—
linji ta' gwida li jiddelinejaw l-proċeduri ta' l-ilqugħ ta' skart preliminarju li jridu jiġu segwiti sakemm klassifikazzjoni ta' skart unifomi u proċedura ta' l-ilqugħ tkun żviluppata. Din il-proċedura, flimkien mal-proċeduri ta' teħid ta' kampjuni rilevanti, jiġu żviluppati mill-Kumitat tekniku imsemmi fl-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva. Il-Kumitat tekniku jrid jiżviluppa kriterji li trid tiġi sodisfatta għal ċerta skart perikoluż li jrid jiġi aċċettat
►C1
fil-landfill ◄ għal skart perikoluż. Dawn il-kriterji, partikolament, iridu jikkunsidraw it-terminu qasir, medju u twil ta' mġieba lissija ta' ċerta skart. Dawn il-kriterji jridu jiġu żviluppati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kumitat tekniku jrid ukoll jiżviluppa kriterji li trid tiġi sodisfatta għall-iskart li jrid jiġi aċċettat fil-ħażna ta' taħt l-art. Dawn il-kriterji jridu jikkunsidraw, partikolarment, li l-iskart mhux se jkun mistenni li jirreaġixxi ma' skart ieħor u mal-blat.
Dan ix-xogħol mil-Kumitat tekniku, bl-eċċezzjoni ta' proposti għall-istandardizzazzjoni ta' metodi ta' kontroll, teħid ta' kampjuni u analiżi f'relazzjoni ma' l-Annessi ta' din id-Direttiva li jridu jiġu adottati fi żmien sentejn minn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jrid jiġi mitmum fi żmien tlett snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u jrid isir b'kunsiderazzjoni ta' l-għanijiet magħmula qabel fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva. 2. Prinċipji ġenerali ►C1 Il-kompożizzjoni, lissija, imġieba f'tul taż-żmien u kwalitajiet ġenerali ta' skart li jrid jintrema f'landfill irid isir magħruf b'mod kemm jista' jkun preċiż. ◄ Ilqugh ta' skart ►C1 fil-landfill ◄ jista' jkun bażat jew fuq il-listi ta' skart aċċettat jew rifjutat, definit min-natura ta' oriġini, u fuq metodi ta' analiżi ta' l-iskart u valuri limiti għal kwalitajiet ta' l-iskart li jrid jiġi aċċettat. Il-proċeduri ta' ilqugħ ta' skart tal-futur spjegati f'din id-Direttiva għandhom ikunu kemm jista' jkun possibbli bażati fuq metodi ta' analiżi ta' skart standardizzati u valuri limiti għall-kwalitajiet ta' skart li jrid jiġi aċċettat. Qabel id-definizzjoni ta' ċerti metodi ta' analiżi u valuri limiti, l-Istati Membri jridu għall-inqas jagħmlu listi nazzjonali ta' skart li jrid jiġi aċċettat jew rifjutat f'kull klassi ta' ►C1 landfill ◄ , jew jiddefinixxu l-kriterji meħtieġa li trid tkun fuq il-listi. Sabiex jiġi aċċettat fi klassi partikolari ta' ►C1 landfill ◄ , tip ta' skart irid ikun fuq il-lista nazzjonali rilevanti jew ikun konformi ma' kriterji simili għal dawk meħtieġa li jkunu fuq il-lista. Dawn il-listi, jew il-kriterji ekwivalenti, u l-metodi ta' analiżi u valuri limiti jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur tat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva jew kull meta jiġu adottati f'livell nazzjonali. Dawn il-listi jew kriterji ta' lqugħ iridu jintużaw biex jistabbilixxu listi ta' siti speċifiċi, per eżempju il-lista ta' skart aċċettat speċifikat fil-permess bi qbil ma' l-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva. Il-kriterji għall-ilqugħ ta' skart fuq il-lista referenzjali jew fi klassi ta' ►C1 landfill ◄ tista' tkun bażata fuq leġiżlazzjoni oħra u/jew fuq kwalitajiet ta' skart. Kriterji għall-ilqugħ fi klassi speċifika ta' ►C1 landfill ◄ trid tiddaħħal minn kunsiderazzjonijiet li jappartjenu għal:
—
protezzjoni ta' l-ambjent ta' madwaru (partikolarment l-ilma tal-qiegħ u tal-wiċċ),
—
protezzjoni għas-sistemi ta' protezzjoni ambjentali (per eżempju sistemi ta' trattament ta' lissija u linjar),
—
protezzjoni tal-mixtieqa proċessi ta' stabilizzazzjoni ta' skart fi ħdan
►C1
il-landfill ◄ ,
—
protezzjoni kontra perikli tas-saħħa tal-bniedem.
Eżempji ta' kriterji bażati fuq propjetá ta' skart huma:
—
ħtiġijiet fuq tagħrif ta' kompożizzjoni totali,
—
limitazzjonijiet fuq l-ammont ta' materja organika fl-iskart,
—
ħtiġijiet jew limitazzjonijiet fuq il-bijodegradabilitá ta' komponenti ta' skart organiku,
—
limitazzjonijiet ta' l-ammont speċifikat, komponenti potenzjalment ta' ħsara/perikolużi (f'relazzjoni mal-kriterji ta' protezzjoni imsemmija fuq),
—
limitazzjonijiet fuq il-lissija potenzjali u mistennija, ta' komponenti speċifikati, potenzjalment ta' ħsara/perikolużi (f'relazzjoni mal-kriterja ta' protezzjoni imsemmija fuq),
—
kwalitajiet ekotossikoloġiċi ta' skart u l-lissija li jirriżultaw.
Il-kriterji bażati fuq propjetaá għall-ilqugħ ta' skart iridu ġeneralment ikunu l-aktar estensivi għal ►C1 landfill ◄ ta' skart inerti u tista' tkun inqas estensiva għal ►C1 landfill ◄ ta' skart perikoluż u inqas estensiva għal ►C1 landfill ◄ ta' skart perikoluż li huma soġġetti għal livell aktar għoli ta' protezzjoni ambjentali tat-tnejn imsemmija l-aħħar. 3. Proċeduri ġenerali għal eżami u aċċettazzjoni ta' skart Il-karatterizzazzjoni ġenerali u eżami ta' skart iridu jkunu bażati fuq il-gerarkija ta' tlett livelli li jmiss:
Tip partikolari ta' skart irid normalment ikun karatterizzat f'livell 1 u jilħaq l-kriterji xierqa sabiex jiġi aċċettat fuq lista ta' riferenza. Sabiex jibqa fuq lista ta' sit speċifiku, tip ta' skart partikolari irid f'intervalli regolari (per eżempju ta' kull sena) jiġi eżaminat f'livell 2 u jilħaq l-kriterji xierqa. Kull tagħbija ta' skart li tasal fejn il-grada ►C1 tal-landfill ◄ trid tkun soġġetta għal verifika ta' livell 3. Ċerti tipi ta' skart jistgħu jkunu eżenti permanentement għal temporanjament minn eżami fl-livell 1. Dan jista' jkun minħabba imprattikabilitá għal eżami, minħabba nuqqas ta' disponibbilità ta' proċeduri ta' eżami xierqa u kriterji ta' aċċettazzjoni jew minħabba leġiżlazzjoni li tħassar ta' qabilha. 4. Linji ta' gwida għal proċeduri preliminarji ta' aċċettazzjoni ta' skart Sakemm dan l-Anness ikun mitmum kompletament l-eżami għall-Livell 3 biss huwa mandatorju u l-Livell 1 u l-Livell 2 jiġi applikat kemm possibbli. F'dan l-istadju preliminarju skart li jrid jiġi milqugħ fi klassi partikolari ta' ►C1 landfill ◄ irid jew ikun fuq lista ta' sit speċifiku jew restrittiva nazzjonali jew lista ta' sit speċifiku għal dik il-klassi ta' ►C1 landfill ◄ jew ikun konformi ma' kriterji simili għal dawk meħtieġa li jidħlu fil-lista. Il-linji ta' gwida ġenerali li ġejjin jistgħu jintużaw biex jissetjaw kriterji preliminarji għall-aċċettazzjoni ta' skart fit-tlett klassijiet maġġuri ta' ►C1 landfill ◄ jew il-lista korrespondenti. ►C1 Landfill ◄ ta' skart mhux perikoluż : skart inerti biss kif definit fl-Artikolu 2(e) jista’ jiġi aċċettat fil-lista. ►C1 Landfill ◄ ta' skart mhux perikoluż : Sabiex jiġi aċċettat fuq il-lista tip ta' skart ma jridx ikun kopert mid-Direttiva 91/689/KEE. ►C1 Landfill ◄ ta' skart mhux perikoluż : lista mhux preċiża ►C1 għal-landfill ◄ ta' skart perikoluż tikkonsisti biss ta' dawk it-tipi ta' skart koperti mid-Direttiva 91/689/KEE biss. Ċerti tipi ta' skart, madankollu mhux aċċettati fuq il-lista mingħajr trattament ta' qabel jekk juru kontenuti totali jew lissija ta' komponenti potenzjalment perikolużi li huma għolja biżżejjed li jkunu ta' riskju għall-impjegati jew ambjentali fi żmien qasir jew għal prevenzjoni ta' stabilizzazzjoni ta' skart suffiċenti matul il-ħajja proġettata ►C1 tal-landfill ◄ . ▼M4 ————— 6. Rekwiżiti speċifiċi għall-merkurju metalliku Għall-finijiet ta’ ħżin temporanju ta’ merkurju metalliku għal aktar minn sena, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
A.
Kompożizzjoni tal-merkurju Il-merkurju metalliku għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
—
kontenut ta’ merkurju ogħla minn 99,9 % skont il-piż;
—
mingħajr impuritajiet li jistgħu jikkorrodu l-karbonju jew l-azzar li ma jissaddadx (eż. soluzzjoni ta’ aċidu nitriku, soluzzjonijiet ta’ mlieħ tal-klorur).
B.
Żamma Il-kontenituri li jintużaw għall-ħżin tal-merkurju metalliku għandhom ikunu reżistenti għall-korrużjoni u għandhom ikunu reżistenti għax-xokkijiet. Għalhekk, is-saldaturi għandhom jiġu evitati. B’mod partikolari, il-kontenituri għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
—
materjal tal-kontenitur: azzar bil-karbonju (minimu ASTM A36) jew azzar li ma jissaddadx (AISI 304, 316L);
—
il-kontenituri għandhom ikunu tat-tip li minnhom la joħorġu gassijiet u lanqas likwidi;
—
in-naħa ta’ barra tal-kontenitur għandha tkun reżistenti għall-kondizzjonijiet tal-ħżin;
—
it-tip tad-disinn tal-kontenitur għandu jgħaddi b’suċċess mit-test tat-twaqqigħ (drop test) u mit-test li jikkonferma nuqqas ta’ tnixxija (leakproofness test) kif deskritti fil-Kapitoli 6.1.5.3 u 6.1.5.4 tar-Rakkomandazzjonijiet tan-NU dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi, il-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji.
Il-proporzjon massimu tal-mili tal-kontenitur għandu jkun ta’ 80 % skont il-volum biex jiġi żgurat li jkun hemm spazju vojt biżżejjed biex la jkun hemm tnixxija u lanqas tgħawwiġ permanenti tal-kontenitur bħala riżultat tal-espansjoni tal-likwidu minħabba temperatura għolja.
C.
Proċeduri ta’ aċċettazzjoni Għandhom jiġu aċċettati biss kontenituri b’ċertifikat konformi mar-rekwiżiti mniżżlin f’din it-taqsima. Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dan li ġej:
—
jiġi aċċettat biss merkurju metalliku li jissodisfa l-kriterji minimi ta’ aċċettazzjoni stabbiliti hawn fuq;
—
il-kontenituri għandhom jiġu spezzjonati viżwalment qabel il-ħżin. Kontenituri li jkollhom ħsara, li jnixxu jew li għandhom korrużjoni ma għandhomx jiġu aċċettati;
—
il-kontenituri għandu jkollhom fuqhom timbru li jservi għal ħafna żmien (magħmul b’sistema ta’ ppanċjar) li juri n-numru ta’ identifikazzjoni tal-kontenitur, il-materjal tal-kostruzzjoni, il-piż tiegħu vojt, ir-referenza tal-manifattur u d-data tal-kostruzzjoni;
—
il-kontenituri għandu jkollhom mwaħħla magħhom b’mod permanenti pjanċa li turi n-numru ta’ identifikazzjoni taċ-ċertifikat.
D.
Ċertifikat Iċ-ċertifikat indikat fis-subtaqsima C għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
—
l-isem u l-indirizz tal-produttur tal-iskart;
—
l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli għall-mili;
—
il-post fejn seħħ il-mili, u d-data meta seħħ;
—
il-kwantità tal-merkurju;
—
il-purità tal-merkurju u, jekk rilevanti, deskrizzjoni tal-impuritajiet, inkluż ir-rapport analitiku;
—
konferma li l-kontenituri ntużaw esklussivament għat-trasport/il-ħżin tal-merkurju;
—
in-numri ta’ identifikazzjoni tal-kontenituri;
—
kwalunkwe kumment speċifiku.
Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-produttur tal-iskart jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-persuna responsabbli għall-ġestjoni tiegħu.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|