|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.Meta l-programmi ta' miżuri speċifikati fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara ikunu qed isiru operazzjonali:
(a)
għall-ilma tal-wiċċ
(i)
L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu deterjorazzjoni tal-istat ta' kull korp tal-ilma tal-wiċċ, soġġett għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 sa 7b u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8;
(ii)
L-Istati Membri għandhom jipproteġu, isaħħu u jirrestawraw il-korpi kollha tal-ilma tal-wiċċ, soġġett għall-applikazzjoni tal-punti (iii) ta’ dan il-paragrafu għal korpi tal-ilma artifiċjali u modifikati ħafna, bil-għan li jinkiseb stat tajjeb tal-ilma tal-wiċċ mhux aktar tard minn 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, f'konformità mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, soġġett għall-applikazzjoni ta' estensjonijiet determinati skont il-paragrafu 4 u għall-applikazzjoni tal-paragrafi 5 sa 7b mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8;
(iii)
L-Istati Membri għandhom jipproteġu u jsaħħu l-korpi tal-ilma kollha artifiċjali u modifikati ħafna, bil-għan li jinkiseb potenzjal ekoloġiku tajjeb u stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ mhux aktar tard minn 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, f'konformità mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, soġġett għall-applikazzjoni ta' estensjonijiet determinati skont il-paragrafu 4 u għall-applikazzjoni tal-paragrafi 5 sa 7b mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8;
(iv)
L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 16(1) u (8), bil-mira li progressivament jitnaqqas it-tniġġiż minn sustanzi prioritarji u jitwaqqfu jew jitwaqqfu f'fażijiet emmissjonijiet, ħruġ u telf ta' sustanzi prijoritajri perikolużi; mingħajr preġudizzju għall-ftehim internazzjonali relevanti imsemmija fl-Artikolu 1 għall-partijiet konċernati;
(b)
għall-ilma ta' taħt l-art
(i)
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu jew jillimitaw id-dħul tal-kontaminanti fl-ilma ta' taħt l-art u biex jipprevjenu id-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi kollha tal-ilma ta' taħt l-art, soġġett għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 sa 7b ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 tiegħu u soġġett għall-applikazzjoni tal-Artikolu11(3)(j);
(ii)
L-Istati Membri għandhom jipproteġu, jsaħħu u jirrestawraw il-korpi kollha tal-ilma ta' taħt l-art u jiżguraw bilanċ bejn estrazzjoni u r-recharge tal-ilma ta' taħt l-art, bil-għan li jinkiseb stat tajjeb tal-ilma ta' taħt l-art mhux aktar tard minn 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, f'konformità mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, soġġett għall-applikazzjoni ta' estensjonijiet determinati skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u għall-applikazzjoni tal-paragrafi 5 sa 7b tiegħu mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu u soġġett għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(j);
(iii)
L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex terġa tinġieb lura kif kienet kull trend fiż-żieda sinifikanti u sostnuta fil-konċentrazzjoni ta' kull kontaminant li jirriżulta mill-impatt ta' attività umana sabiex progressivament jitnaqqas it-tniġġiż ta' l-ilma ta' taħt l-art. Il-miżuri sabiex jinkiseb treġġigħ lura tat-tendenzi għandhom jiġu implimentati f'konformità mal-Artikolu 17(2) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 5 u l-Anness IV tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), soġġetti għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 sa 7b ta' dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 tiegħu.
(ċ)
għal żoni protetti L-Istati Membri jridu jikkonformaw ma' kull standard u ma' l-għanijiet mhux aktar tard minn 15 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, sakemm ma' jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja taħt liema, l-oqsma protetti individwali jkunu twaqqfu.
Fir-rigward tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Majott”), il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punti (a)(ii), (a)(iii), (b)(ii) u (c) għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|