+Artikolu 3 Tifsira ta' kumpanija, kumpanija assoċjata u stabbiliment permanenti

Artikolu 3 Tifsira ta' kumpanija, kumpanija assoċjata u stabbiliment permanenti

Artikolu 3

Tifsira ta' kumpanija, kumpanija assoċjata u stabbiliment permanenti

Għall-għanijiet ta' din id d-Direttiva:

(a) it-terminu “kumpanija ta' Stat Membru” ifisser kull kumpanija:

(i) li tieħu waħda mill-forom imsemmija fl-Anness hawnhekk; u

(ii) li skond il-liġijiet tat-taxxa ta' Stat Membru hija kkonsidrata residenti f'dak l-Istat Membru u m'hix, skond it-tifsira ta' xi Konvenzjoni dwar it-Taxxa Doppja fuq l-Dħul li ntlaħqet ma' xi Stat terz, kkonsidrata residenti għall-għanijiet tat-taxxa barra l-Komunità; u

(iii) li hija suġġetta għal xi waħda mit-taxxi li ġejjin mingħajr ma' hija eżenti, jew għal xi taxxa li hija identika jew simili ħafna u li hija imposta wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva flimkien ma', jew minflok, dawk it-taxxi eżistenti:

— impôt des sociétés/vennootschapsbelasting fil-Bejġju,

— selskabsskat fid-Danimarka,

— Körperschaftsteuer fil-Ġermanja,

— Φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων fil-Greċja,

— impuesto sobre sociedades fl-Ispanja,

— impôt sur les sociétés fi Franza,

▼M4

— “porez na dobit” fil-Kroazja,

▼B

— corporation tax fl-Irlanda,

— imposta sul reddito delle persone giuridiche fl-Italja,

— impôt sur le revenu des collectivités fil-Lussemburgu,

— vennootschapsbelasting fl-Olanda,

— Körperschaftsteuer fl-Awstrija,

— imposto sobre o rendimento da pessoas colectivas fil-Portugall,

— yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund fil-Finlandja,

— statlig inkomstskatt fl-Isvezja,

— corporation tax fir-Renju Unit,

▼M2

— Daň z příjmů právnických osob in the Czech Republic,

— Tulumaks in Estonia,

— φόρος εισοδήματος in Cyprus,

— Uzņēmumu ienākuma nodoklis in Latvia,

— Pelno mokestis in Lithuania,

— Társasági adó in Hungary,

— Taxxa fuq id-dħul f'Malta,

— Podatek dochodowy od osób prawnych in Poland,

— Davek od dobička pravnih oseb in Slovenia,

— Daň z príjmov právnických osôb in Slovakia,

▼M3

— корпоративен данък fil-Bulgarija,

— impozit pe profit, impozitul pe veniturile obținute din România de nerezidenți fir-Rumanija

▼B

(b) kumpanija hija “kumpanija assoċjata” ta' kumpanija oħra jekk, għall-inqas:

(i) L-ewwel kumpanija għandha holding dirett minimu ta' 25 % fil-kapital tat-tieni kumpanija, jew

(ii) It-tieni kumpanija għandha holding dirett minimu ta' 25 % fil-kapital ta' l-ewwel kumpanija, jew

(iii) Kumpanija terza għandha holding dirett minimu ta' 25 % kemm fil-kapital ta' l-ewwel kumpanija kif ukoll fil-kapital tat-tieni kumpanija.

Il-Holdings għandhom jinvolvu biss kumpaniji residenti fit-territorju ta' Komunità.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jibdlu il-kriterju ta' holding minimu fil-kapital b'dak ta' holding minimu fil-jeddijiet tal-vot;

(ċ) it-terminu “stabbiliment permanenti” iffisser post tan-negozju fiss sitwat fi Stat Membru li minnu jitwettaq il-kummerċ kollu jew parti minnu ta' kumpanija ta' Stat Membru ieħor.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.07.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0049
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.