+ANNESS I STANDARDS TA' KWALITÀ (QS) GĦALL-KONTAMINANTI TAL-ILMA TA' TAĦT L-ART U L-INDIKATURI TAT-TNIĠĠIS
|
ANNESS I STANDARDS TA' KWALITÀ (QS) GĦALL-KONTAMINANTI TAL-ILMA TA' TAĦT L-ART U L-INDIKATURI TAT-TNIĠĠIS
ANNESS I
STANDARDS TA' KWALITÀ (QS) GĦALL-KONTAMINANTI TAL-ILMA TA' TAĦT L-ART U L-INDIKATURI TAT-TNIĠĠIS
Meta għal korp determinat ta' ilma ta' taħt l-art, ikun kkunsidrat li l-istandards ta' kwalità tal-ilma ta' taħt l-art jistgħu jwasslu għan-nuqqas ta' kisba tal-objettivi ambjentali speċifikati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE għall-korpi ta' ilma tal-wiċċ assoċjati, jew iwasslu għal kwalunkwe deterjorament sinifikanti tal-kwalità ekoloġika jew kimika ta' tali kopri, jew kwalunkwe ħsara sinifikanti għall-ekosistemi terrestri li jiddependu direttament minn dik il-massa ta' ilma ta' taħt l-art, valuri iżjed stretti ta' limitu għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 3 u l-Anness II tad-Direttiva. Sakemm tkun disponibbli metodoloġija affidabbli għall-valutazzjoni tal-preżenza tal-ekosistemi tal-ilma ta' taħt l-art, għandhom jiġu stabbiliti wkoll standards ta' kwalità aktar stretti għall-korpi tal-ilma ta' taħt l-art fejn tali ekosistemi jkunu preżenti, sakemm l-istandards ta' kwalità tal-ilma ta' taħt l-art ma jkunux ġew stabbiliti biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u jkunu diġà stretti biżżejjed biex jipproteġu dawk l-ekosistemi.
|
(1)
|
(2)
|
(3)
|
(4)
|
(5)
|
(6)
|
|
Nru tal-entrata
|
Isem tas-sustanza
|
Kategorija ta' sustanzi
|
Numru CAS (1)
|
Numru tal-UE (2)
|
Standard tal-kwalità (3) [μg/l sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]
|
|
1
|
Nitrati
|
Nutrijenti
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
50 mg/l
|
|
2
|
Sustanzi attivi fil-pestiċidi, inkluż il-metaboliti, il-prodotti ta' degradazzjoni u l-prodotti ta' reazzjoni rilevanti tagħhom (4)
|
Pestiċidi
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
0,1 (individwali)
|
|
0,5 (total) (5)
|
|
3
|
PFAS
|
|
|
|
|
|
3.1
|
Għadd totali ta' PFAS
|
Sustanzi industrijali
|
Ara n-nota tat-tabella 6
|
Ara n-nota tat-tabella 6
|
Il-valur parametriku kif definit fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2020/2184 (6)
|
|
3.2
|
Total ta' 4 PFAS (7)
|
Sustanzi industrijali
|
Ara n-nota tat-tabella 7
|
Ara n-nota tat-tabella 7
|
0,0044 (7)
|
|
4
|
Karbamażepina
|
Farmaċewtiċi
|
298-46-4
|
mhux applikabbli
|
2,5 (12)
|
|
5
|
Sulfametossażol
|
Farmaċewtiċi
|
723-46-6
|
mhux applikabbli
|
0,1 (12)
|
|
6
|
Primidon
|
Farmaċewtiċi
|
125-33-7
|
|
2,5 (12)
|
|
7
|
Metaboliti mhux rilevanti ta' pestiċidi (nrMs) (4)
|
Pestiċidi
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
1 jew sa 5 (8) (individwali)
|
|
5 (9) jew 12,5 (10) (total) (11)
|
|
8
|
Trikloroetilene u Tetrakloroetilene (total tat-tnejn)
|
Sustanzi industrijali
|
79-01-6 u 127-18-4
|
201-167-4 u 204-825-9
|
10 (total) (13)
|
(1)
CAS: Servizz tal-Astratti tal-Kimiċi.
(2)
Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta' Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).
(3)
Dan il-parametru huwa l-QS espress bħala valur medju annwali. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi u l-isomeri kollha.
(4)
“Pestiċidi” tfisser prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u prodotti bijoċidali kif imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 rispettivament.
Għal dak il-parametru, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw is-sustanzi attivi preżenti fi prodotti pestiċida użati attwalment jew qabel fit-territorju tagħhom u kwalunkwe sejba li tkun preżenti bħala riżultat ta' tniġġis transfruntier, u l-metaboliti, il-prodotti ta' degradazzjoni u ta' reazzjoni rilevanti u mhux rilevanti tagħhom, filwaqt li, meta disponibbli, jitniżżlu fil-lista li għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 4(2a) ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jieqfu jimmonitorjaw sustanzi attivi speċifiċi u l-metaboliti tagħhom jekk ma jkunux għadhom qed jintużaw fit-territorju tagħhom, dment li l-monitoraġġ li jkun sar qabel ikun wera b'mod konsistenti li dawk is-sustanzi u l-metaboliti ma jkunux jinsabu fil-korp tal-ilma ta' taħt l-art.
Metabolit ta' pestiċida għandu jkun meqjus bħala rilevanti jekk ikun hemm raġuni biex jitqies li għandu proprjetajiet intrinsiċi li jistgħu jitqabblu ma' dawk tas-sustanza oriġinarja attiva f'termini tat-tossiċità tagħha għall-pestiċida fil-mira jew li minnu nnifsu jew mill-prodotti ttrasformati tiegħu jiġġenera riskju għas-saħħa għall-konsumaturi jew l-ambjent.
(5)
“Total” tfisser l-għadd totali tal-pestiċidi individwali kollha skoperti u kkwantifikati fil-proċedura ta' monitoraġġ, inkluż il-metaboliti, il-prodotti ta' degradazzjoni u l-prodotti ta' reazzjoni rilevanti tagħhom.
(6)
Dan jirreferi għall-PFAS elenkati fil-punt 3 tal-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2020/2184. Il-parametru u l-istandard tal-kwalità għandhom jiġu aġġornati skont l-emendi għal dik id-Direttiva.
(7)
Dan jirreferi għall-komposti li ġejjin, elenkati bin-numru CAS tagħhom u n-numru tal-UE: Aċidu perfluworoeżansulfoniku (PFHxS), (CAS 355-46-4, EU 206-587-1); Aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS) (CAS 1763-23-1, EU 217-179-8); Aċidu perfluworoottanojku (PFOA) (CAS 335-67-1, EU 206-397-9); Aċidu perfluworononanojku (PFHxS), (CAS 375-95-1, EU 206-801-3). Għall-għadd totali ta' 4 PFAS, in-numri CAS elenkati jirreferu biss għall-forma protonata tal-PFAS individwali iżda l-għadd totali japplika għall-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi dissolti inkluż il-forom protonati u deprotonati u l-isomeri tagħhom lineari u ramifikati.
(8)
L-Istati Membri għandhom japplikaw standard ta' kwalità prestabbilit ta' 1 μg/l sakemm ma jipprovdux evidenza affidabbli, inkluż minn testijiet ta' tossiċità akuta u kronika fuq il-grupp tassonomiku mbassar b'kunfidenza li jkun l-aktar sensittiv, li standard bejn wieħed u ieħor strett huwa ġġustifikat, f'liema każ għandhom japplikaw dak l-istandard, sa massimu ta' 5 μg/l.
(9)
Il-konċentrazzjoni totali ta' nrMs li għalihom japplika l-istandard ta' kwalità prestabbilit ta' 1 μg/l għal nrMs individwali, jew standard aktar strett, ma għandhiex taqbeż 5 μg/l.
(10)
Il-konċentrazzjoni totali ta' nrMs li għalihom japplikaw standards ogħla minn 1 u sa 5 μg/l għal nrMs individwali ma għandhiex taqbeż 12,5 μg/l.
(11)
“Total” tfisser l-għadd totali ta' nrMs individwali f'kull kategorija ta' standard ta' kwalità individwali identifikata u kkwantifikata fil-proċedura ta' monitoraġġ, li jenħtieġ li tkopri mill-inqas l-nrMs elenkati f'konformità mal-Artikolu 4 (2a).
(12)
Meta tkun disponibbli metodoloġija affidabbli, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-preżenza ta' ekosistemi tal-ilma ta' taħt l-art f'korpi tal-ilma ta' taħt l-art li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jappoġġaw l-eżistenza tagħhom u jistabbilixxu, jekk tali ekosistemi jkunux preżenti, u f'konformità mal-Artikolu 3(1)(b), valur ta' limitu aktar strett għal din is-sustanza li jkun adegwat biex jipproteġi dawk l-ekosistemi.
(13)
“Total” tfisser l-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet ta' Trikloroetilene u Tetrakloroetilene.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0118
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|