|
+ANNESS D STATISTIKA TA’ KULL XAHAR GĦAL ŻMIEN QASIR |
ANNESS D STATISTIKA TA’ KULL XAHAR GĦAL ŻMIEN QASIR
ANNESS D STATISTIKA TA’ KULL XAHAR GĦAL ŻMIEN QASIR Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet tat-trażmissjoni għall-ġbir ta’ kull xahar fuq żmien qasir tad-data statistika. L-Anness A jipprovdi spjegazzjonijiet tat-termini mhux spjegati f’dan l-Anness. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir tad-data kollu speċifikat f’dan l-Anness:
a)
Il-perjodu rappurtat: Il-perjodu rappurtat tad-data dikjarata se jkun xahar kalendarju wieħed.
b)
Il-frekwenza: Id-data trid tiġi dikjarata kull xahar.
c)
Il-format tat-trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni jrid jikkonforma mal-istandard tal-iskambju rilevanti speċifikat mill-Eurostat.
d)
Il-format tat-trażmissjoni: Id-data trid tiġi ppreżentata u tittella’ b’mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul tad-data tal-Eurostat. 1. IMPORTAZZJONI U PROVVISTA TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT 1.1. Prodotti tal-enerġija applikabbli Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar taż-żejt mhux raffinat. 1.2. Definizzjonijiet 1.2.1. Importazzjonijiet: L-importazzjonijiet ikopru kull kwantità taż-żejt mhux raffinat li jidħol fit-territorju doganali tal-Istat Membru jew li jkun ġej minn Stat Membru ieħor għal finijiet oħra li mhumiex ta’ tranżitu. Iż-żejt mhux raffinat użat għall-bini tal-istokk irid jiġi inkluż. Iż-żejt estratt minn qiegħ il-baħar li fuqu Stat Membru jeżerċita d-drittijiet esklussivi għall-finijiet ta’ sfruttament u dħul fit-territorju doganali tal-Komunità jrid jiġi eskluż mill-importazzjonijiet. 1.2.2. Provvista: Il-provvista tkopri ż-żejt mhux raffinat importat u ż-żejt mhux raffinat magħmul fl-Istat Membru tul il-perjodu ta’ referenza. Eskluż il-provvista taż-żejt mhux raffinat minn stokkijiet mibnija qabel. 1.2.3. Prezz CIF: Il-prezz tas-CIF (tal-ispiża, tal-assigurazzjoni u tal-ġarr) jinkludi l-prezz FOB (free-on-board), jiġifieri l-prezz reali ffatturat fil-port/post tat-tagħbija minbarra l-ispiża tat-trasport, tal-assigurazzjoni u tal-imposti marbuta mal-operazzjonijiet tat-trasferiment taż-żejt mhux raffinat. Il-prezz CIF taż-żejt mhux raffinat magħmul fi Stat Membru jrid jiġi kkalkulat ħieles fil-port tat-tluq jew ħieles fil-fruntiera, jiġifieri fil-mument meta ż-żejt mhux raffinat ikun jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni doganali tal-pajjiż importatur. 1.2.4. Gravità tal-API: Il-gravità tal-API hi kejl tal-piż taż-żejt mhux raffinat meta mqabbel mal-ilma. Il-gravità tal-API trid tiġi rappurtata skont il-formula li ġejja, fir-rigward tal-gravità speċifika (SG): API = (141.5 ÷ SG) – 131.5 1.3. Lista tal-aggregati 1.3.1. Il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għall-importazzjonijiet taż-żejt mhux raffinat mifrudin skont it-tip u ż-żona ġeografika tal-produzzjoni:
1.3.1.1.
id-deżinjazzjoni taż-żejt mhux raffinat
1.3.1.2.
il-gravità medja tal-API
1.3.1.3.
il-kontenut medju tal-kubrit
1.3.1.4.
il-volum totali importat
1.3.1.5.
il-prezz CIF totali
1.3.1.6.
l-għadd ta’ entitajiet rapportaturi. 1.3.2. Il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għall-provvista tal-żejt mhux raffinat:
1.3.2.1.
il-volum fornut
1.3.2.2.
il-prezz CIF medju ponderat 1.4. Unitajiet tal-kejl bbl (barmil) għal 2.3.1.4. u 2.3.2.1. kt (elf tunnellata) għal 2.3.2.1. % (persentaġġ) għal 2.3.1.3. ° (gradi) għal 2.3.1.2. $ (Dollari Amerikani) kull barmil għal 1.3.1.5. u 1.3.2.2. $ (Dollari Amerikani) kull tunnellata għal 1.3.2.2. 1.5. Dispożizzjonijiet applikabbli 1. Il-perjodu rappurtat: Xahar kalendarju.
2. Frekwenza: Kull xahar.
3. Skadenza għat-trażmissjoni tad-data: Fi żmien xahar kalendarju wara x-xahar rappurtat.
4. Il-format tat-trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni jrid jikkonforma mal-istandard tal-iskambju rilevanti speċifikat mill-Eurostat.
5. Il-metodu tat-trażmissjoni: Id-data trid tiġi ppreżentata u tittella’ b’mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul tad-data tal-Eurostat.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|