|
+ANNESS VII MODULU GĦALL-KONTIJIET FORESTRALI |
ANNESS VII MODULU GĦALL-KONTIJIET FORESTRALI
ANNESS VII MODULU GĦALL-KONTIJIET FORESTRALI Taqsima 1 OBJETTIVI Il-kontijiet forestali jirreġistraw u jippreżentaw id-data dwar ir-riżorsi tal-foresti u l-attività ekonomika fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam b'mod li huwa kompletament kompatibbli mad-data rrapportata fl-ESA 2010. Il-kontijiet forestali jipprovdu informazzjoni komplementari u jużaw kunċetti adattati għan-natura partikolari tal-foresti u tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam. Dan l-Anness jiddefinixxi d-data li għandha tinġabar, tiġi kkompilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet forestali mill-Istati Membri. Taqsima 2 KOPERTURA Il-kontijiet forestali jirreġistraw l-istokkijiet u l-flussi tar-riżorsi tal-foresti (art imsaġġra u injam) u l-attività ekonomika fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam, inkluż il-produzzjoni tal-injam tond u l-estrazzjoni u l-ġbir tal-prodotti tal-foresti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ. Taqsima 3 LISTA TA' KARATTERISTIĊI L-Istati Membri għandhom jipproduċu kontijiet forestali skont il-karatteristiċi deskritti f'din it-Taqsima. 1. Kontijiet tal-assi ta' art imsaġġra u tal-injam. Art imsaġġra hija definita bħala s-somma tat-tliet punti li ġejjin.
(a)
Foresta disponibbli għall-provvista tal-injam: foresti fejn kwalunkwe restrizzjoni ambjentali, soċjali jew ekonomika ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq il-provvista attwali jew potenzjali tal-injam. Dawk ir-restrizzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta' regoli legali, deċiżjonijiet maniġerjali jew tas-sid jew minħabba raġunijiet oħrajn.
(b)
Foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam: il-foresti kollha li ma jitqisux disponibbli għall-provvista tal-injam f’konformità mal-punt (a). Dawk huma foresti fejn ir-restrizzjonijiet ambjentali, soċjali, ekonomiċi jew legali jipprevjenu kwalunkwe provvista sinifikanti tal-injam. Dan jinkludi (i) foresti b'restrizzjonijiet legali jew b'restrizzjonijiet li jirriżultaw minn deċiżjonijiet politiċi oħrajn li jeskludu totalment jew li jillimitaw b'mod sever il-provvista tal-injam għal raġunijiet bħall-konservazzjoni ambjentali jew tal-bijodiversità (foresti ta' protezzjoni, parks nazzjonali, riżervi naturali u żoni protetti oħrajn bħal dawk ta' interess ambjentali, xjentifiku, storiku, kulturali jew spiritwali speċjali); (ii) foresti fejn il-produttività fiżika jew il-kwalità tal-injam hija baxxa wisq jew il-kostijiet tal-ħsad u tat-trasport huma għoljin wisq sabiex jiġġustifikaw it-tagħlil, minbarra t-tqaċċit okkażjonali għall-użu finali proprju.
(c)
Art imsaġġra oħra. “Foresta” hija definita bħala art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ettari b'siġar ogħla minn ħames metri u b'kopertura ta' qċaċet ta' aktar minn 10 %, jew b'siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Din ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha tintuża bħala art agrikola jew siġar f'ambjenti urbani, bħall-parks tal-belt, widien u ġonna. “Art imsaġġra oħra” hija definita bħala art mhux ikklassifikata bħala foresta, mifruxa fuq aktar minn 0,5 ettari; b'siġar ogħla minn ħames metri u b'kopertura ta' qċaċet ta' bejn il-5 % u l-10 % jew b'siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ; jew b'kopertura kkombinata ta' sġajriet, arbuxelli u siġar akbar minn 10 %. Din ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha tintuża bħala art agrikola jew siġar f'ambjenti urbani, bħall-parks tal-belt, widien u ġonna. “Inkrement annwali nett tal-injam” huwa definit bħala t-tkabbir tal-volum annwali medju ta' siġar ħajjin mingħajr il-mortalità annwali medja. “Tneħħija” hija definita bħala l-volum tas-siġar kollha, ħajjin jew mejtin, li jitqaċċtu u jitneħħew mill-foresta, minn art imsaġġra oħra jew minn siti oħra ta' tqaċċit. Tinkludi injam tond mhux mibjugħ maħżun fil-ġenb tat-triq tal-foresta. Din tinkludi wkoll it-telf naturali li jiġi rkuprat, it-tneħħija matul is-sena tal-injam li jkun tqaċċat f'perjodu aktar bikri, it-tneħħija tal-injam li ma jkunx ġej miz-zokk tas-siġar (bħal zkuk u fergħat), u t-tneħħija ta' siġar maqtula jew li ġarrbu ħsara minn kawżi naturali (magħrufa bħala telf naturali), eż. nirien, riħ, insetti u mard. Din ma tinkludix il-bijomassa mhux tal-injam jew kwalunkwe injam li jitħalla fil-foresta u li ma jitneħħiex matul is-sena, eż. ġdur, fergħat, uċuħ tas-siġar u residwi tat-tqaċċit (skart tal-ħsad). “Telf li ma jistax jiġi rkuprat” huwa definit bħala r-residwi tat-tqaċċit u t-tqaċċit kollu bir-riħ li ma jistax jitneħħa mill-foresta, u l-injam li jintilef permezz ta' nirien fil-foresti. 2. Kontijiet ekonomiċi li jirrapportaw l-attività ekonomika fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam. L-industrija tal-foresti u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam hija definita bħala l-unitajiet kollha ta' attività ekonomika lokali (UAE lokali) li jwettqu attivitajiet ikklassifikati taħt id-Diviżjoni A02 tan-NACE Rev. 2. Għandhom jiġu rrapportati l-karatteristiċi li ġejjin, bl-użu tad-definizzjonijiet tal-ESA 2010:
—
output;
—
li minnu: output għall-użu finali proprju;
—
konsum intermedju;
—
valur gross miżjud;
—
konsum ta' kapital fiss;
—
taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni;
—
sussidji oħrajn fuq il-produzzjoni;
—
kumpens tal-impjegati;
—
formazzjoni grossa tal-kapital fiss u akkwiżizzjonijiet wara li jitnaqqsu d-disponimenti tal-assi mhux finanzjarji mhux prodotti;
—
bidliet fl-inventarji;
—
trasferimenti kapitali.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-impjiegi fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam f'eluf ta' unitajiet ta' xogħol annwali (AWUs) kif definit fir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ). Taqsima 4 L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI 1. L-istatistika għandha tiġi kkompilata u trażmessa fuq bażi annwali. 2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza. 3. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet tad-data kompluti u fil-ħin, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipproduċi estimi għat-totali tal-UE għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli data suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-data li ma tkunx ġiet trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2. 4. L-ewwel sena ta' referenza hija l-2023. 5. Fl-ewwel trażmissjoni tad-data, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-data annwali mill-2022 sal-ewwel sena ta' referenza. 6. F'kull trażmissjoni sussegwenti tad-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jissottomettu d-data għas-snin mill-2022 'il quddiem kull meta d-data tiġi riveduta. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2022. Taqsima 5 TABELLI TA' RAPPORTAR Għall-karatteristiċi stabbiliti fit-Taqsima 3, għandha tiġi rrapportata d-data li ġejja:
1.
Żona tal-art imsaġġra, imqassma skont:
—
il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam;
—
il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam;
—
art imsaġġra oħra.
Kull waħda minn dawk il-kategoriji għandha tkompli tinqasam skont:
—
iż-żona tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta' referenza;
—
l-afforestazzjoni u żidiet oħrajn;
—
id-deforestazzjoni u tnaqqis ieħor;
—
ir-riklassifikazzjoni statistika;
—
iż-żona tal-għeluq fi tmiem is-sena ta' referenza.
Id-data għandha tiġi rrapportata f'eluf ta' ettari.
2.
Il-volum tal-injam, imqassam skont:
—
il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam;
—
il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam;
—
art imsaġġra oħra.
Il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam għandha tkompli tinqasam skont:
—
l-istokk tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta' referenza;
—
l-inkrement nett;
—
it-tneħħija;
—
it-telf li ma jistax jiġi rkuprat;
—
ir-riklassifikazzjoni statistika;
—
l-entrata bilanċjali;
—
l-istokk tal-għeluq fi tmiem is-sena ta' referenza.
Il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam u art imsaġġra oħra għandhom ikomplu jinqasmu skont:
—
l-istokk tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta' referenza;
—
it-tneħħija;
—
bidliet oħrajn (bejn l-istokks tal-ftuħ u tal-għeluq);
—
l-istokk tal-għeluq fi tmiem is-sena ta' referenza.
Id-data għandha tiġi rrapportata skont il-qoxra tas-siġra, f'eluf ta' m3.
3.
Il-valur tal-injam, imqassam skont:
—
il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam;
—
il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam;
—
art imsaġġra oħra.
Il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam għandha tkompli tinqasam skont:
—
l-istokk tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta' referenza;
—
l-inkrement nett;
—
it-tneħħija;
—
it-telf li ma jistax jiġi rkuprat;
—
ir-rivalwazzjoni;
—
ir-riklassifikazzjoni statistika;
—
l-entrata bilanċjali;
—
l-istokk tal-għeluq fi tmiem is-sena ta' referenza.
Il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam u art imsaġġra oħra għandhom ikomplu jinqasmu skont:
—
l-istokk tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta' referenza;
—
it-tneħħija;
—
bidliet oħrajn (bejn l-istokks tal-ftuħ u tal-għeluq);
—
l-istokk tal-għeluq fi tmiem is-sena ta' referenza.
Id-data għandha tiġi rapportata f'miljuni fil-munita nazzjonali.
4.
Għall-kontijiet ekonomiċi, l-output imsemmi fit-Taqsima 3 għandu jiġi rrapportat skont id-diżaggregazzjoni li ġejja, bi prodotti definiti f'termini tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont il-verżjoni tal-attività 2.1:
—
il-pjanti ħajjin mis-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.11) u ż-żrieragħ tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.12);
—
siġar tal-foresti, definiti bħala l-inkrement nett tal-injam f'foresti kkultivati (prodott 02.10.30);
—
injam mhux irfinut (il-prodott 02.20.1), inkluż il-bejgħ ta' injam minn foresti mhux ikkultivati, li jinkludi l-entrati li ġejjin li għandhom jiġu rrapportati f'żewġ ringieli separati:
(i)
injam kombustibbli (il-prodotti 02.20.14 u 02.20.15);
(ii)
zkuk, jiġifieri s-somma ta' zkuk tal-injam koniferu (il-prodott 02.20.11), zkuk tal-injam mhux koniferu, barra mill-injam tropikali (il-prodott 02.20.12), u zkuk ta' injam tropikali (il-prodott 02.20.13);
—
prodotti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ (il-prodott 02.30);
—
servizzi li huma karatteristiċi tal-attività tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam definiti bħala servizzi ta' mixtliet tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.2), servizzi ta' appoġġ għall-forestrija (il-prodott 02.4), u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut minn unità ta' attività ekonomika lokali (UAE) tal-industrija tal-forestrija;
—
prodotti oħrajn minn attivitajiet sekondarji relatati fl-UAE lokali, bħall-faqqiegħ u t-tartuf (01.13.8), frott artab ieħor, il-frott tal-ġeneru vaccinium m.k.b. (01.25.19), gomma naturali (01.29.10), injam ieħor mhux raffinat, inkluż arbli maqsuma u pali (16.10.39), faħam tal-kannol tal-injam (20.14.72), servizzi ta' riservi naturali, inkluż is-servizzi tal-preservazzjoni tal-annimali selvaġġi (91.04.12), u kwalunkwe prodott ieħor prodott minn UAE lokali.
Il-konsum intermedju tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam imsemmija fit-Taqsima 3 għandu jiġi rrapportat skont id-diżaggregazzjoni li ġejja, bi prodotti definiti f'termini tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont il-verżjoni tal-attività 2.1:
—
is-somma tal-pjanti ħajjin mis-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.11), taż-żerriegħa tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.12), u tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.3) użati għall-produzzjoni tal-injam;
—
is-somma tal-enerġija u tal-lubrikanti, inkluż l-elettriku (il-prodott 35.11.10), spirtu tal-magna (gażolina) (il-prodott 19.20.21), il-gass naturali fi stat likwidu jew stat ta' gass (il-prodott 06.20.10), iż-żjut tal-pitrolju lubrikanti; preparazzjonijiet tqal m.k.b. (il-prodott 19.20.29), u prodotti oħra simili;
—
is-somma tas-servizzi karatteristiċi tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam, inkluż is-servizzi ta' mixtliet tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.2), is-servizzi ta' sostenn għall-forestrija (il-prodott 02.4), u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut minn UAE lokali tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam;
—
oġġetti u servizzi oħrajn mhux ikkunsidrati fi kwalunkwe wieħed mill-varjabbli ta' konsum intermedju.
Il-bidliet fl-inventarji tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam imsemmija fit-Taqsima 3 għandhom jiġu rrapportati skont id-diżaggregazzjoni li ġejja:
—
bidliet fil-ħidma li tkun għaddejja fuq assi bijoloġiċi kkultivati;
—
bidliet oħrajn fl-inventarji.
Il-karatteristiċi kollha għandhom jiġu rrapportati f'miljuni fil-munita nazzjonali.
5.
d-data dwar art imsaġġra oħra għandha tiġi rrapportata fuq bażi volontarja. Taqsima 6 DURATA TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, id-durata ta' żmien massimu tal-perjodu tranżizzjonali hija ta' sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|