+Artikolu 28a Protezzjoni mill-iskonnessjonijiet
---+Artikolu 28a 1.
---+Artikolu 28a 2.
---+Artikolu 28a 3.
|
Artikolu 28a Protezzjoni mill-iskonnessjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti vulnerabbli u l-klijenti affettwati mill-faqar enerġetiku jkunu protetti bis-sħiħ mill-iskonnessjonijiet tal-elettriku, billi jieħdu l-miżuri xierqa, inkluż il-projbizzjoni tal-iskonnessjonijiet jew azzjonijiet ekwivalenti oħra. L-Istati Membri għandhom jipprovdu tali protezzjoni bħala parti mill-politika tagħhom fir-rigward tal-klijenti vulnerabbli skont l-Artikolu 28(1) u mingħajr preġudizzju għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 10(11). Meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jispjegaw ir-relazzjoni bejn l-ewwel subparagrafu u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali.
|
|
Artikolu 28a 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ma jitterminawx il-kuntratti u ma jiskonnettjawx il-klijenti għar-raġunijiet li għalihom il-klijenti jkunu ppreżentaw ilment f’konformità mal-Artikolu 10(9) jew li jkunu soġġetti għal mekkaniżmu għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim f’konformità mal-Artikolu 26. Tali lment jew l-użu ta’ tali mekkaniżmu ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali tal-partijiet. L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jevitaw abbuż ta’ proċess.
|
|
Artikolu 28a 3.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafu 1 biex jippermettu lill-klijenti jevitaw l-iskonnessjoni, li jistgħu jinkludu:
(a)
il-promozzjoni ta’ kodiċijiet volontarji għall-fornituri u l-klijenti dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ każijiet ta’ klijenti b’arretrati; dawk l-arranġamenti jistgħu jikkonċernaw l-appoġġ għall-klijenti fil-ġestjoni tal-użu u l-kostijiet tal-enerġija tagħhom, inkluż l-immarkar ta’ żidiet qawwija tal-enerġija mhux tas-soltu jew l-użu fl-istaġuni tax-xitwa u tas-sajf, l-offerta ta’ pjanijiet ta’ pagament flessibbli xierqa, miżuri ta’ konsulenza dwar id-dejn, qari tal-awtokejl, u komunikazzjoni mtejba mal-klijenti u l-aġenziji ta’ appoġġ;
(b)
il-promozzjoni tal-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-klijenti dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tad-dejn;
(c)
aċċess għal finanzjament, vawċers jew sussidji biex jappoġġaw il-ħlas ta’ kontijiet;
(d)
l-inkoraġġiment u l-iffaċilitar tal-komunikazzjoni tal-qari tal-arloġġ kull tliet xhur, jew fejn rilevanti għal perjodi iqsar ta’ fatturazzjoni, fejn tkun ġiet implimentata sistema ta’ awtoqari regolari mill-klijent finali biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-punti 2(a) u (b), tal-Anness I fir-rigward tal-frekwenza tal-fatturazzjoni u l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-fatturazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|