+Artikolu 15 Rieżami
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.

Artikolu 15 Rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Sal-31 ta‘ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-effettività u tal-impatt ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati ta’ dak ir-rieżami.

F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari:

(a) 

l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fl-Istati Membri;

(b) 

il-progress fl-użu ta’ infrastruttura pubblika u privata tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwils alternattivi għall-vetturi tqal koperti minn dan ir-Regolament, kif ukoll l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet infrastrutturali f’pajjiżi terzi dwar it-tħaddim ta’ vetturi tqal irreġistrati ġodda fl-UE barra mill-Unjoni;

(c) 

l-impatt fuq l-impjiegi, speċjalment fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-effettività tal-miżuri maħsuba biex jappoġġjaw it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, u l-importanza ta’ tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq mingħajr emissjonijiet; għandha ssir enfasi speċjali fuq l-impatt fuq l-Istati Membri periferiċi u t-trasport ta’ oġġetti li jitħassru malajr;

(d) 

jekk il-kontinwazzjoni tal-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 6b għall-manifatturi li jipproduċu għadd żgħir ta’ vetturi għadhiex ġustifikata;

(e) 

l-impatt tal-istabbiliment ta’ limiti minimi tal-effiċjenza enerġetika għall-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet ġodda mqiegħda fis-suq tal-Unjoni;

(f) 

il-livell tal-primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda, biex ikun żgurat li jeċċedi l-ispejjeż marġinali medji tat-teknoloġiji meħtieġa biex il-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jintlaħqu;

(g) 

l-inklużjoni tal-vetturi tqal li ġejjin, li bħalissa ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2400, fil-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2:

(i) 

trakkijiet żgħar b’TPMLM inqas minn jew ekwivalenti għal 5 tunnellati, wara investigazzjoni tal-adegwatezza tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għal tali vetturi tqal, skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 (simulazzjonijiet VECTO), filwaqt li jitqies ir-Regolament (UE) 2017/1151; u

(ii) 

vetturi bi skop speċjali, vetturi off-road u vetturi bi skop speċjali off-road;

(h) 

kwalunkwe restrizzjoni speċifika għall-konformità mal-Artikolu 3d(1) minħabba l-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi fid-dawl ta’ morfoloġija territorjali jew ċirkostanzi meteoroloġiċi speċifiċi, kif ukoll investimenti reċenti fil-bijometan li jkunu diġà saru mill-awtoritajiet pubbliċi;

(i) 

ir-rwol ta’ fattur ta’ korrezzjoni tal-karbonju fit-tranżizzjoni lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet fis-settur tal-vetturi tqal;

(j) 

ir-rwol ta’ metodoloġija għar-reġistrazzjoni tal-vetturi tqal li jaħdmu esklużivament bi fjuwils newtrali għas-CO2, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni;

(k) 

jekk il-ħolqien ta’ subgruppi ġodda ta’ vetturi għat-trakkijiet EHC jkunx wassal għal żieda indebita tal-potenza nominali tal-magna;

(l) 

il-possibbiltà li tiġi żviluppata metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rapportar konsistenti tad-data fil-konfront tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal ġodda li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni;

(m) 

l-għażliet biex il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet li jkunu ġew modifikati b’mod retroattiv minn vetturi tqal konvenzjonali li qabel kienu rreġistrati, jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont dan ir-Regolament.

Dak ir-rapport għandu, meta jkun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat.

Artikolu 15 2.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rwol tal-fjuwils rinnovabbli sostenibbli fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, inkluż fis-settur tal-vetturi tqal. B’mod separat mir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, u bħala parti minn strateġija usa’ għall-użu ta’ tali fjuwils, sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’analiżi komprensiva tal-ħtieġa li tiġi inċentivata aktar l-adozzjoni ta’ bijofjuwils u bijogass avvanzati u fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fis-settur tal-vettur tqal u l-qafas xieraq ta’ miżuri, inklużi inċentivi finanzjarji, biex jinkiseb dak l-iskjerament. Abbażi ta’ dik l-analiżi, il-Kummissjoni, meta ikun xieraq, għandha tagħmel proposti leġiżlattivi addizzjonali jew għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.