|
+Artikolu 15 1. |
Artikolu 15 1.Sal-31 ta‘ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-effettività u tal-impatt ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati ta’ dak ir-rieżami. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari:
(a)
l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fl-Istati Membri;
(b)
il-progress fl-użu ta’ infrastruttura pubblika u privata tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwils alternattivi għall-vetturi tqal koperti minn dan ir-Regolament, kif ukoll l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet infrastrutturali f’pajjiżi terzi dwar it-tħaddim ta’ vetturi tqal irreġistrati ġodda fl-UE barra mill-Unjoni;
(c)
l-impatt fuq l-impjiegi, speċjalment fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-effettività tal-miżuri maħsuba biex jappoġġjaw it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, u l-importanza ta’ tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq mingħajr emissjonijiet; għandha ssir enfasi speċjali fuq l-impatt fuq l-Istati Membri periferiċi u t-trasport ta’ oġġetti li jitħassru malajr;
(d)
jekk il-kontinwazzjoni tal-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 6b għall-manifatturi li jipproduċu għadd żgħir ta’ vetturi għadhiex ġustifikata;
(e)
l-impatt tal-istabbiliment ta’ limiti minimi tal-effiċjenza enerġetika għall-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet ġodda mqiegħda fis-suq tal-Unjoni;
(f)
il-livell tal-primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda, biex ikun żgurat li jeċċedi l-ispejjeż marġinali medji tat-teknoloġiji meħtieġa biex il-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jintlaħqu;
(g)
l-inklużjoni tal-vetturi tqal li ġejjin, li bħalissa ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2400, fil-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2:
(i)
trakkijiet żgħar b’TPMLM inqas minn jew ekwivalenti għal 5 tunnellati, wara investigazzjoni tal-adegwatezza tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għal tali vetturi tqal, skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 (simulazzjonijiet VECTO), filwaqt li jitqies ir-Regolament (UE) 2017/1151; u
(ii)
vetturi bi skop speċjali, vetturi off-road u vetturi bi skop speċjali off-road;
(h)
kwalunkwe restrizzjoni speċifika għall-konformità mal-Artikolu 3d(1) minħabba l-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi fid-dawl ta’ morfoloġija territorjali jew ċirkostanzi meteoroloġiċi speċifiċi, kif ukoll investimenti reċenti fil-bijometan li jkunu diġà saru mill-awtoritajiet pubbliċi;
(i)
ir-rwol ta’ fattur ta’ korrezzjoni tal-karbonju fit-tranżizzjoni lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet fis-settur tal-vetturi tqal;
(j)
ir-rwol ta’ metodoloġija għar-reġistrazzjoni tal-vetturi tqal li jaħdmu esklużivament bi fjuwils newtrali għas-CO2, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni;
(k)
jekk il-ħolqien ta’ subgruppi ġodda ta’ vetturi għat-trakkijiet EHC jkunx wassal għal żieda indebita tal-potenza nominali tal-magna;
(l)
il-possibbiltà li tiġi żviluppata metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rapportar konsistenti tad-data fil-konfront tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal ġodda li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni;
(m)
l-għażliet biex il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet li jkunu ġew modifikati b’mod retroattiv minn vetturi tqal konvenzjonali li qabel kienu rreġistrati, jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu, meta jkun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|