+Artikolu 12 Kriterji li japplikaw għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tas-sikurezza nukleari
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
|
Artikolu 12 Kriterji li japplikaw għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tas-sikurezza nukleari
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1
|
1. Fehim komuni u fehim reċiproku bejn il-pajjiż terz u l-Komunità għandhom, fil-prinċipju, jiġu kkonfermati permezz ta’ talba formali lill-Kummissjoni. Tali talba għandha timpenja lill-gvern rispettiv.
|
|
Artikolu 12 2
|
2. Pajjiżi terzi li jixtiequ jikkooperaw mal-Komunità għandhom ikunu partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u għandu jkollhom Protokoll Addizzjonali fis-seħħ jew għandhom ikunu kkonkludew ftehim ta’ salvagwardji mal-IAEA. Għandhom jirrispettaw bis-sħiħ il-Prinċipji tas-Sikurezza Fundamentali kif stipulati fl-Istandards tas-Sikurezza tal-IAEA u għandhom ikunu partijiet għall-konvenzjonijiet rilevanti, bħall-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari u l-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sigurtà tal-Immaniġġar ta’ Kombustibbli Eżawrit u dwar is-Sigurtà tal-Immaniġġar ta’ Skart Radjuattiv, jew ikunu ħadu passi li juru impenn sod li jaderixxu ma’ tali konvenzjonijiet. Fil-każ ta’ kooperazzjoni attiva, dak l-impenn għandu jiġi evalwat kull sena, b’kont meħud tar-rapporti nazzjonali u ta’ dokumenti oħra dwar l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet rilevanti. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, għandha tittieħed deċiżjoni rigward it-tkomplija tal-kooperazzjoni. F’każijiet ta’ emerġenza, għandha tintwera, eċċezzjonalment, flessibbiltà fl-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji.
|
|
Artikolu 12 3
|
3. Sabiex tiġi żgurata u mmonitorjata l-konformità mal-objettivi relatati mal-kooperazzjoni tal-Istrument, il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jaċċetta l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet meħuda. Dik l-evalwazzjoni għandha tippermetti l-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità mal-objettivi maqbula u tista’ tkun kundizzjoni għall-kontinwazzjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni tal-Komunità.
|
|
Artikolu 12 4
|
4. Il-kooperazzjoni pprovduta mill-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari skont dan ir-Regolament ma għandhiex l-għan li tippromwovi l-enerġija nukleari u għaldaqstant ma għandhiex tiġi interpretata bħala miżura li tippromwovi tali enerġija f’pajjiżi terzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.06.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0948
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|