+Artikolu 9 Ċertifikat ta’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea (EPOC) u Ċertifikat ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea (EPOC-PR)
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
|
Artikolu 9 Ċertifikat ta’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea (EPOC) u Ċertifikat ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea (EPOC-PR)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jew Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea għandha tiġi trażmessa lid-destinatarju kif definit fl-Artikolu 7, permezz ta’ EPOC jew permezz ta’ EPOC-PR. L-awtorità emittenti jew, fejn applikabbli, l-awtorità ta’ validazzjoni għandha timla l-EPOC stabbilit fl-Anness I jew l-EPOC-PR stabbilit fl-Anness II, għandha tiffirmah u għandha tiċċertifika li l-kontenut tiegħu jkun preċiż u korrett.
|
|
Artikolu 9 2.
|
EPOC għandu jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 5(5), il-punti (a) sa (h), inkluża informazzjoni suffiċjenti sabiex tippermetti lid-destinatarju jidentifika u jikkuntattja lill-awtorità emittenti u lill-awtorità tal-infurzar, jekk ikun hemm bżonn. Meta tkun meħtieġa notifika lill-awtorità tal-infurzar skont l-Artikolu 8, l-EPOC trażmess lil dik l-awtorità għandu jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 5(5), il-punti (a) sa (j).
|
|
Artikolu 9 3.
|
EPOC-PR għandu jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 6(4), il-punti (a) sa (f), inkluża informazzjoni suffiċjenti sabiex tippermetti lid-destinatarju jidentifika u jikkuntattja lill-awtorità emittenti.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Fejn ikun meħtieġ, l-EPOC jew l-EPOC-PR għandhom jiġu tradotti f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni aċċettata mid-destinatarju kif previst fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2023/1544. Fejn ma tkun ġiet speċifikata l-ebda lingwa mill-fornitur tas-servizzi, l-EPOC jew l-EPOC-PR għandhom jiġu tradotti f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun jinstab l-istabbiliment deżinjat jew ir-rappreżentant legali tal-fornitur tas-servizzi. Meta tkun meħtieġa notifika lill-awtorità tal-infurzar skont l-Artikolu 8, l-EPOC li għandu jiġi trażmess lil dik l-awtorità għandu jiġi tradott f’lingwa uffiċjali tal-Istat tal-infurzar jew f’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni aċċettata minn dak l-Istat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|