|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Il-korpi ta’ ġbir għandhom jagħmlu dan li ġej:
(a)
jiġbru l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet;
(b)
jaħżnu l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet jew iġġenerata mill-korpi ta’ ġbir infushom u, meta rilevanti, jiddependu fuq il-proċeduri eżistenti u l-infrastruttura fis-seħħ għall-ħżin tal-informazzjoni;
(c)
iwettqu validazzjonijiet awtomatizzati tekniċi fir-rigward tal-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet sabiex jivverifikaw jekk l-informazzjoni tikkonformax ma’ dan li ġej:
(i)
tkun ġiet sottomessa bl-użu ta’ format ta’ data li tista’ tiġi estratta jew, meta jkun xieraq, il-format li jinqara mill-magni speċifikat fi kwalunkwe wieħed mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), li skonthom tiġi sottomessa l-informazzjoni;
(ii)
il-metadata għall-informazzjoni, kif speċifikat skont il-paragrafu 10, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu u, meta applikabbli, l-Artikolu 3(1), il-punt (a), tkun disponibbli u kompluta;
(iii)
tkun akkumpanjata minn siġill elettroniku kwalifikat, meta meħtieġ;
(d)
ma jimponux kundizzjonijiet fuq l-użu u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP, għajr kundizzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fil-liċenzji standard miftuħa kif imsemmi fl-Artikolu 9;
(e)
jimplimentaw l-API u, mingħajr ħlas u fil-limiti ta’ żmien applikabbli, jipprovdu lill-ESAP l-informazzjoni, il-metadata għal dik l-informazzjoni u, meta meħtieġa, is-siġill elettroniku kwalifikat;
(f)
sa fejn jaqa’ fil-kompetenza teknika tal-korp ta’ ġbir, jipprovdu assistenza lill-entitajiet li jissottomettu l-informazzjoni fir-rigward ta’, mill-anqas, il-proċess ta’ sottomissjoni, rifjut u sottomissjoni mill-ġdid;
(g)
jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) tibqa’ disponibbli għall-ESAP għal mill-anqas għaxar (10) snin, dment li ma jkunx previst mod ieħor fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a). Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, il-korpi ta’ ġbir għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw li, meta l-metadata li takkumpanja l-informazzjoni sottomessa tirreferi għal kwalunkwe data personali, dik l-informazzjoni ma tinżammx għall-fini li ssir disponibbli għall-ESAP, u lanqas ma ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, għal aktar minn ħames (5) snin, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|