+Artikolu 4 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 (1)
---+Artikolu 4 (2)
---+Artikolu 4 (3)
---+Artikolu 4 (4)
---+Artikolu 4 (5)
---+Artikolu 4 (6)
---+Artikolu 4 (7)
---+Artikolu 4 (8)
---+Artikolu 4 (9)
---+Artikolu 4 (10)
---+Artikolu 4 (11)
---+Artikolu 4 (12)
---+Artikolu 4 (13)
---+Artikolu 4 (14)
---+Artikolu 4 (15)
---+Artikolu 4 (16)
---+Artikolu 4 (17)
---+Artikolu 4 (18)
---+Artikolu 4 (19)
---+Artikolu 4 (20)
---+Artikolu 4 (21)
---+Artikolu 4 (22)
---+Artikolu 4 (23)
---+Artikolu 4 (24)
---+Artikolu 4 (25)
---+Artikolu 4 (26)
---+Artikolu 4 (27)
---+Artikolu 4 (28)
---+Artikolu 4 (29)
---+Artikolu 4 (30)
---+Artikolu 4 (31)
---+Artikolu 4 (32)
---+Artikolu 4 (33)
---+Artikolu 4 (34)
---+Artikolu 4 (35)
---+Artikolu 4 (36)
---+Artikolu 4 (37)
---+Artikolu 4 (38)
---+Artikolu 4 (39)
---+Artikolu 4 (40)
---+Artikolu 4 (41)
---+Artikolu 4 (42)
---+Artikolu 4 (43)
---+Artikolu 4 (44)
---+Artikolu 4 (45)
|
Artikolu 4 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 (1)
|
“l-arja ambjentali” tfisser l-arja ta’ barra fit-troposfera, minbarra l-postijiet tax-xogħol kif definiti fl-Artikolu 2 Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE (19) fejn japplikaw dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u li għalihom il-pubbliku m’għandux aċċess regolari;
|
|
Artikolu 4 (2)
|
“standards tal-kwalità tal-arja” tfisser valuri limitu, valuri fil-mira, obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju, għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju, livelli kritiċi, livelli limitu ta’ allert, livelli limitu ta’ informazzjoni u għanijiet fuq perjodu ta’ żmien twil;
|
|
Artikolu 4 (3)
|
“sustanza niġġiesa” tfisser kwalunkwe sustanza fl-arja ambjentali u li x’aktarx ikollha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;
|
|
Artikolu 4 (4)
|
“livell” tfisser il-konċentrazzjoni ta’ sustanza niġġiesa fl-arja ambjentali jew id-depożizzjoni tagħha fuq l-uċuħ fi żmien partikolari;
|
|
Artikolu 4 (5)
|
“depożizzjoni totali” tfisser il-massa totali ta’ sustanzi niġġiesa li tiġi trasferita mill-atmosfera għal fuq l-uċuħ, bħal ħamrija, veġetazzjoni, ilma jew bini, f’żona partikolari fi żmien partikolari;
|
|
Artikolu 4 (6)
|
“PM10” tfisser materja partikolata li tippenetra minn bokka ta’ daqs selettiv kif definit fil-metodu ta’ referenza għall-kampjunar u għall-kejl tal-PM10, EN 12341, b’effiċjenza ta’ penetrazzjoni ta’ 50 % għal materja partikolata b’dijametru aerodinamiku ta’ 10 μm;
|
|
Artikolu 4 (7)
|
“PM2,5” tfisser materja partikolata li tippenetra minn bokka ta’ daqs selettiv kif definit fil-metodu ta’ referenza għall-kampjunar u għall-kejl tal-PM2,5, EN 12341, b’effiċjenza ta’ penetrazzjoni ta’ 50 % għal materja partikolata b’dijametru aerodinamiku ta’ 2,5 μm;
|
|
Artikolu 4 (8)
|
“ossidi tan-nitroġenu” tfisser it-total tal-proporzjon tat-taħlit f’volum (ppbv) tal-monossidu tan-nitroġenu (ossidu nitriku) u d-diossidu tan-nitroġenu mogħtija bħala unitajiet ta’ konċentrazzjoni tal-massa tad-diossidu tan-nitroġenu (μg/m3);
|
|
Artikolu 4 (9)
|
“arseniku”, “kadmju”, “ċomb”, “nikil” u “benżo(a)piren”tfisser il-kontenut totali ta’ dawn l-elementi u komposti fil-frazzjoni PM10;
|
|
Artikolu 4 (10)
|
“idrokarburi aromatiċi poliċikliċi” tfisser dawk il-komposti organiċi, magħmulin minn mill-inqas żewġ anelli aromatiċi maqgħudin u magħmulin kompletament mill-karbonju u l-idroġenu;
|
|
Artikolu 4 (11)
|
“merkurju gassuż totali” tfisser fwar ta’ merkurju elementali (Hg0) u merkurju gassuż reattiv, jiġifieri l-ispeċi tal-merkurju li jinħallu fl-ilma u li għandhom pressa tal-fwar għolja biżżejjed sabiex jeżistu fil-fażi gażżusa;
|
|
Artikolu 4 (12)
|
“komposti organiċi volatili” jew “VOC” tfisser komposti organiċi minn sorsi antropoġeniċi u bijoġeniċi, għajr għall-metan, li huma kapaċi jipproduċu ossidanti fotokimiċi permezz ta’ reazzjonijiet mal-ossidi tan-nitroġenu fil-preżenza tad-dawl tax-xemx;
|
|
Artikolu 4 (13)
|
“sustanzi prekursuri tal-ożonu” tfisser sustanzi li jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-ożonu troposferiku;
|
|
Artikolu 4 (14)
|
“karbonju iswed” jew “BC” tfisser aerosols karbonjużi mkejla bl-assorbiment tad-dawl;
|
|
Artikolu 4 (15)
|
“partikoli ultrafini” jew “UFP” tfisser il-partikoli b’dijametru ta’ inqas minn 100 nm jew tal-istess daqs, fejn il-UFP jitkejlu bħala l-konċentrazzjonijiet tan-numru ta’ partikoli għal kull ċentimetru kubu għal firxa ta’ daqsijiet bil-limitu l-iktar baxx ta’ 10 nm u għal firxa ta’ daqsijiet mingħajr ebda restrizzjoni fuq il-limitu superjuri;
|
|
Artikolu 4 (16)
|
“potenzjal ossidattiv ta’ materja partikolata” tfisser kejl tal-kapaċità ta’ materja partikolata li tossida molekuli fil-mira potenzjali;
|
|
Artikolu 4 (17)
|
“żona” tfisser parti mit-territorju ta’ Stat Membru, delimitata minn dak l-Istat Membru għall-finijiet tal-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kwalità tal-arja;
|
|
Artikolu 4 (18)
|
“unità territorjali tal-esponiment medju” tfisser parti mit-territorju ta’ Stat Membru deżinjata minn dak l-Istat Membru għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-indikatur tal-esponiment medju, li tikkorrispondi għal reġjun NUTS 1 jew NUTS 2 kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) jew taħlita ta’ żewġ reġjuni NUTS 1 jew NUTS 2 kontigwi jew iktar, dment li d-daqs totali kkombinat tagħhom ikun iżgħar mit-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru u mhux akbar minn 85 000 km2;
|
|
Artikolu 4 (19)
|
“agglomerazzjoni” tfisser konurbazzjoni b’popolazzjoni li taqbeż il-250 000 abitant, jew, meta l-popolazzjoni tkun ta’ 250 000 abitant jew inqas, b’densità ta’ popolazzjoni kull km2 li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri;
|
|
Artikolu 4 (20)
|
“valutazzjoni” tfisser kwalunkwe metodu użat biex jitkejlu, jiġu kkalkolati, jitbassru jew jiġu stmati l-livelli;
|
|
Artikolu 4 (21)
|
“livell limitu ta’ valutazzjoni” tfisser il-livell li jiddetermina r-reġim ta’ valutazzjoni meħtieġ biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja ambjentali;
|
|
Artikolu 4 (22)
|
“kejl fiss” tfisser kejl meħud f’punti ta’ kampjunar, jew kontinwament jew bil-kampjunar każwali, f’postijiet kostanti għal mill-inqas għal sena waħda kalendarja biex jiġu ddeterminati l-livelli f’konformità mal-għanijiet rilevanti tal-kwalità tad-data;
|
|
Artikolu 4 (23)
|
“kejl indikattiv” tfisser kejl, meħud jew f’intervalli regolari matul sena kalendarja jew permezz ta’ kampjunar aleatorju, biex jiġu ddeterminati l-livelli skont l-għanijiet tal-kwalità tad-data li jkunu inqas stretti minn dawk meħtieġa għall-kejl fiss;
|
|
Artikolu 4 (24)
|
“applikazzjoni ta’ mmudellar” tfisser l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ mmudellar, mifhuma bħala katina ta’ mudelli u submudelli, inkluża d-data tal-input kollha meħtieġa, u kwalunkwe postproċessar;
|
|
Artikolu 4 (25)
|
“stima oġġettiva” tfisser informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni jew il-livell ta’ depożizzjoni ta’ sustanza niġġiesa speċifika miksuba permezz ta’ analiżi esperta u li tista’ tinkludi l-użu ta’ għodod statistiċi;
|
|
Artikolu 4 (26)
|
“rappreżentattività spazjali” tfisser approċċ ta’ valutazzjoni li bih il-metrika tal-kwalità tal-arja osservata f’punt ta’ kampjunar tkun rappreżentattiva għal żona ġeografika delineata b’mod espliċitu sal-punt li l-metrika tal-kwalità tal-arja f’dik iż-żona ma tkunx differenti mill-metrika osservata fil-punt tal-kampjunar b’iktar minn livell ta’ tolleranza predefinit;
|
|
Artikolu 4 (27)
|
“hotspots tat-tniġġis tal-arja” tfisser postijiet f’żona bl-ogħla konċentrazzjonijiet li għalihom il-popolazzjoni x’aktarx li tkun esposta direttament jew indirettament għal perjodu li jkun sinifikanti fir-rigward tal-perjodu tal-medja tal-valuri limitu jew tal-valuri fil-mira, inkluż fejn il-livell ta’ tniġġis ikun influwenzat immens mill-emissjonijiet minn sorsi ta’ tniġġis qawwi, bħal toroq konġestjonati u traffikati ħafna fil-qrib, sors industrijali wieħed jew żona industrijali b’ħafna sorsi, portijiet, ajruporti, tisħin residenzjali intensiv, jew taħlita tagħhom;
|
|
Artikolu 4 (28)
|
“postijiet bi sfond urban” tfisser postijiet f’żoni urbani u suburbani fejn il-livelli jirrappreżentaw l-esponiment tal-popolazzjoni urbana ġenerali;
|
|
Artikolu 4 (29)
|
“postijiet bi sfond rurali” tfisser postijiet f’żoni rurali b’densità tal-popolazzjoni baxxa fejn il-livelli jirrappreżentaw l-esponiment tal-popolazzjoni rurali ġenerali, tal-veġetazzjoni u tal-ekosistemi naturali;
|
|
Artikolu 4 (30)
|
“supersit ta’ monitoraġġ” tfisser stazzjon ta’ monitoraġġ f’post bi sfond urban jew f’post bi sfond rurali li jikkombina diversi punti ta’ kampjunar biex jiġbor data fit-tul dwar diversi sustanzi niġġiesa;
|
|
Artikolu 4 (31)
|
“valur limitu” tfisser livell li huwa stabbilit fuq il-bażi ta’ tagħrif xjentifiku, bil-għan li jiġu evitati, ipprevenuti jew jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li għandu jintlaħaq f’perjodu ta’ ‘mien stabbilit u li ladarba jintlaħaq m’għandux jinqabeż;
|
|
Artikolu 4 (32)
|
“valur fil-mira” tfisser livell iffissat abbażi tal-għarfien xjentifiku, bil-għan li jkunu evitati, ipprevenuti jew jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, li għandu jintlaħaq meta possibbli fuq perjodu partikolari;
|
|
Artikolu 4 (33)
|
“indikatur tal-esponiment medju” jew “AEI” tfisser livell medju determinat abbażi tal-kejl f’postijiet bi sfond urban fl-unità territorjali tal-esponiment medju jew, jekk ma jkunx hemm żona urbana f’dik l-unità territorjali, fil-postijiet bi sfond rurali, u li jirrifletti l-esponiment tal-popolazzjoni, użat għall-verifika ta’ jekk intlaħqux l-obbligu għat-tnaqqis tal-esponiment medju u l-għan tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju għal dik l-unità territorjali;
|
|
Artikolu 4 (34)
|
“obbligu għat-tnaqqis tal-esponiment medju” tfisser tnaqqis perċentwali fl-esponiment medju tal-popolazzjoni, espress bħala indikatur tal-esponiment medju, ta’ unità territorjali tal-esponiment medju, stabbilit bil-għan li jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, li għandu jintlaħaq f’perjodu partikolari u li ma għandux jinqabeż ladarba jintlaħaq;
|
|
Artikolu 4 (35)
|
“għan tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju” tfisser livell tal-indikatur tal-esponiment medju li jrid jinkiseb, bil-għan li jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem;
|
|
Artikolu 4 (36)
|
“livell kritiku” tfisser livell li meta jinqabeż jistgħu jiġru effetti negattivi diretti fuq ċerti riċetturi, bħal siġar, pjanti oħra jew ekosistemi naturali, iżda mhux fuq il-bnedmin;
|
|
Artikolu 4 (37)
|
“livell limitu ta’ allert” tfisser livell li jekk jinqabeż ikun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-esponiment għal żmien qasir għall-popolazzjoni kollha u li meta jintlaħaq l-Istati Membri għandhom jieħdu passi minnufih;
|
|
Artikolu 4 (38)
|
“livell limitu ta’ informazzjoni” tfisser livell li jekk jinqabeż ikun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-esponiment għal żmien qasir għal popolazzjoni partikolarment sensittiva u gruppi vulnerabbli u li għalih ikun hemm bżonn ta’ informazzjoni immedjata u adegwata;
|
|
Artikolu 4 (39)
|
“għan għal perjodu twil ta’ żmien” tfisser livell li għandu jintlaħaq fuq medda twila ta’ żmien, ħlief meta ma jistax jintlaħaq b’miżuri proporzjonati, bil-għan li tingħata protezzjoni effettiva lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent;
|
|
Artikolu 4 (40)
|
“kontributi minn sorsi naturali” tfisser emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa li ma jkunux direttament jew indirettament ikkawżati minn attivitajiet tal-bniedem, inklużi avvenimenti naturali bħal eruzzjonijiet vulkaniċi, attivitajiet siżmiċi, attivitajiet ġeotermali, nirien fis-selvaġġ, avvenimenti ta’ riħ qawwi, raxx tal-baħar jew suspensjoni mill-ġdid jew trasport atmosferiku ta’ partikoli naturali minn reġjuni niexfa;
|
|
Artikolu 4 (41)
|
“pjan dwar il-kwalità tal-arja” tfisser pjan li jistabbilixxi politiki u miżuri sabiex ikun hemm konformità mal-valuri limitu, il-valuri fil-mira jew l-obbligi għat-tnaqqis tal-esponiment medju ladarba dawn ikunu nqabżu;
|
|
Artikolu 4 (42)
|
“pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja” tfisser pjan dwar il-kwalità tal-arja, adottat qabel l-iskadenza għall-ilħuq tal-valuri limitu u l-valuri fil-mira, li jistabbilixxi politiki u miżuri sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-valuri limitu u l-valuri fil-mira sal-iskadenza għall-ilħuq;
|
|
Artikolu 4 (43)
|
“pjan ta’ azzjoni għal żmien qasir” tfisser pjan li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu fi żmien qasir biex jitnaqqas ir-riskju immedjat jew it-tul ta’ żmien tal-qabżiet tal-livelli limitu ta’ allert;
|
|
Artikolu 4 (44)
|
“popolazzjoni sensittiva u gruppi vulnerabbli” tfisser dawk il-gruppi tal-popolazzjoni li huma iktar sensittivi b’mod permanenti jew temporanju jew iktar vulnerabbli għall-effetti tat-tniġġis tal-arja mill-popolazzjoni medja, minħabba karatteristiċi speċifiċi li jagħmlu l-effetti tal-esponiment fuq is-saħħa iktar sinifikanti jew minħabba li għandhom sensittività ogħla jew livell limitu iktar baxx għall-effetti fuq is-saħħa jew għandhom kapaċità mnaqqsa li jipproteġu lilhom infushom;
|
|
Artikolu 4 (45)
|
“il-pubbliku kkonċernat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mill-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 9, 19 jew 20, jew li jkunu interessati fihom; għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit skont id-dritt nazzjonali għandhom jitqiesu li jkollhom interess.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|