+Artikolu 20 Pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4
---+Artikolu 20 5
---+Artikolu 20 6

Artikolu 20 Pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1

1.   Meta, f’żona partikolari, ikun hemm ir-riskju li l-livell ta’ sustanzi niġġiesa jaqbeż wieħed jew iktar mil-livelli limitu ta’ allert speċifikati fit-Taqsima 4 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir li jindikaw il-miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu għal perjodu qasir sabiex jitnaqqsu r-riskju jew id-durata ta’ tali qabża.

Madankollu, meta jkun hemm riskju li l-livell limitu ta’ allert fir-rigward tal-ożonu se jinqabeż, l-Istati Membri jistgħu joqgħodu lura milli jistabbilixxu tali pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir meta ma jkun hemm l-ebda potenzjal sinifikanti, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ġeografiċi, meteoroloġiċi u ekonomiċi nazzjonali, li jitnaqqsu r-riskju, id-durata jew il-gravità ta’ tali qabża.

Meta, għall-materja partikolata (PM10 u PM2,5), il-potenzjal li jitnaqqas ir-riskju ta’ tali qbiż ikun limitat ħafna, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ġeografiċi u meteoroloġiċi lokali u l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tat-tisħin domestiku, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni għal żmien qasir li jiffoka biss fuq azzjonijiet speċifiċi li jkollhom l-għan li jipproteġu kemm il-pubbliku ġenerali kif ukoll il-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, kif ukoll informazzjoni li tinftiehem faċilment dwar l-imġiba rakkomandata biex jitnaqqas l-esponiment għall-qbiż imkejjel jew previst.

Artikolu 20 2

2.   Meta jistabbilixxu l-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, skont il-każ individwali, jipprevedu miżuri effettivi biex jikkontrollaw u, meta jkun meħtieġ, jissospendu temporanjament l-attivitajiet li jikkontribwixxu għar-riskju li jinqabżu l-valuri limitu jew il-valuri fil-mira jew il-livell limitu ta’ allert rispettivi. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll il-lista ta’ miżuri stabbilita fl-Anness IX għall-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom għal żmien qasir, u skont is-sehem tas-sorsi tat-tniġġis ewlenin għall-qabżiet li għandhom jiġu indirizzati, għandhom jikkunsidraw li jinkludu, meta jkun xieraq, f’dawk il-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir miżuri fir-rigward ta’ attivitajiet bħalma huma t-trasport, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, l-installazzjonijiet industrijali, l-agrikoltura u l-użu ta’ prodotti u t-tisħin domestiku. Fil-qafas ta’ dawk il-pjanijiet għandhom jitqiesu wkoll azzjonijiet speċifiċi li jkollhom fil-mira l-protezzjoni tal-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal.

Artikolu 20 3

3.   L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-pubbliku f’konformità mad-Direttiva 2003/35/KE, u lill-awtoritajiet kompetenti, li, minħabba r-responsabbiltajiet tagħhom fil-qasam tat-tniġġis tal-arja u l-kwalità tal-arja, x’iktarx li jkunu kkonċernati mill-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir, dwar l-abbozzi ta’ pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir u kwalunkwe aġġornament sinifikanti tagħhom qabel ma jiġu ffinalizzati.

Artikolu 20 4

4.   Meta l-Istati Membri jkunu stabbilew pjan ta’ azzjoni għal żmien qasir, huma għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u ta’ organizzazzjonijiet xierqa bħalma huma l-organizzazzjonijiet tal-ambjent u tas-saħħa, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u korpi rilevanti oħra tal-kura tas-saħħa u l-federazzjonijiet industrijali rilevanti kemm ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom dwar il-fattibbiltà u l-kontenut ta’ pjanijiet ta’ azzjoni speċifiċi għal żmien qasir kif ukoll l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet.

Artikolu 20 5

5.   Il-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien sena mill-adozzjoni tagħhom fil-qafas tar-rapportar annwali skont l-Artikolu 23.

Artikolu 20 6

6.   Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom għal żmien qasir li jindikaw il-miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju tal-aħjar prattiki sabiex l-Istati Membri rikjedenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza ta’ Stati Membri oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.