|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“ilma mormi urban” tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
ilma mormi domestiku;
(b)
it-taħlita ta' ilma mormi domestiku u ilma mormi mhux domestiku;
(c)
it-taħlita ta' ilma mormi domestiku u ilma tax-xeba' urban;
(d)
it-taħlita ta' ilma mormi domestiku, ilma mormi mhux domestiku u ilma tax-xeba' urban;
(2)
“ilma mormi domestiku” tfisser ilma mormi minn żoni residenzjali, servizzi u istituzzjonijiet li joriġina l-aktar mill-metaboliżmu tal-bniedem jew minn attivitajiet fid-dar, jew mit-tnejn;
(3)
“ilma mormi mhux domestiku” tfisser ilma mormi, għajr ilma mormi domestiku u ilma tax-xeba' urban, li jiġi skarikat minn bini użat għall-eżerċizzju ta' sengħa jew attivitajiet industrijali jew ekonomiċi;
(4)
“agglomerazzjoni” tfisser żona fejn il-popolazzjoni espressa f'ekwivalenti ta' popolazzjoni, f'kombinament jew le mal-attivitajiet ekonomiċi, tkun ikkonċentrata biżżejjed biex l-ilma mormi urban jinġabar u jitmexxa lejn impjant għat-trattament tal-ilma mormi urban wieħed jew aktar jew lejn punt ta' skariku finali wieħed jew aktar;
(5)
“ilma tax-xeba' urban” tfisser preċipitazzjoni fl-agglomerazzjonijiet miġbura minn kanali tad-drenaġġ ikkombinati jew separati;
(6)
“tifwir tal-ilma tal-maltemp” tfisser l-iskariku ta' ilma mormi urban mhux ittrattat f'ilmijiet riċeventi minn kanali tad-drenaġġ ikkombinati minħabba preċipitazzjoni jew fallimenti tas-sistema;
(7)
“sistema ta' ġbir” tfisser sistema ta' mogħdijiet li tiġbor u tmexxi l-ilma mormi urban;
(8)
“kanal tad-drenaġġ ikkombinat” tfisser mogħdija unika li tiġbor u tmexxi l-ilma mormi urban, inkluż l-ilma tax-xeba' urban;
(9)
“kanal tad-drenaġġ separat” tfisser mogħdija li tiġbor u tmexxi separatament wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
ilma mormi domestiku;
(b)
ilma mormi mhux domestiku;
(c)
taħlita ta' ilma mormi domestiku u mhux domestiku;
(d)
ilma tax-xeba' urban;
(10)
“ekwivalenti ta' popolazzjoni” jew “(e.p.)” tfisser it-tagħbija bijodegradabbli organika kull jum, li jkollha domanda bijokimika għall-ossiġenu fuq ħamest ijiem (BOD5) ta' 60 g ta' ossiġenu kull jum;
(11)
“trattament primarju” tfisser trattament ta' ilma mormi urban permezz ta' proċess fiżiku jew kimiku, jew it-tnejn, li jinvolvi d-depożitar ta' solidi sospiżi, jew proċessi oħra li fihom l-BOD5 tal-ilma mormi li jkun dieħel jitnaqqas b'minn tal-anqas 20 % qabel ma dan jintrema, waqt li s-solidi sospiżi totali tal-ilma mormi li jkun dieħel jitnaqqsu b'minn ta' lanqas 50 %;
(12)
“trattament sekondarju” tfisser trattament ta' ilma mormi urban bi proċess li ġeneralment jinvolvi trattament bijoloġiku b'depożitar sekondarju, jew proċess ieħor li jnaqqas il-materja organika biodegradabbli mill-ilma mormi urban;
(13)
“trattament terzjarju” tfisser trattament ta' ilma mormi urban bi proċess li jnaqqas in-nitroġenu jew il-fosforu, jew it-tnejn, fl-ilma mormi urban;
(14)
“trattament kwaternarju” tfisser it-trattament tal-ilma mormi urban bi proċess li jnaqqas spettru wiesa' ta' mikrosustanzi niġġiesa fl-ilma mormi urban;
(15)
“ħama” tfisser residwu organiku u inorganiku li jirriżulta mit-trattament tal-ilma mormi urban minn impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban, eskluż il-frak, il-grass, fdalijiet oħra u kwalunkwe fdalijiet mit-tgħarbil u residwu ieħor mill-fażi ta' pretrattament;
(16)
“ewtrofikazzjoni” tfisser li l-ilma jkun arikkit b'nutrijenti, speċjalment b'komposti ta' nitroġenu jew fosforu, jew it-tnejn, li jikkawżaw it-tkabbir mgħaġġel ta' alka u forom aktar għoljin ta' pjanti biex jipproduċu tfixkil mhux mixtieq lill-bilanċ ta' organiżmi li jkunu preżenti fl-ilma kif ukoll lill-kwalità tal-ilma kkonċernat;
(17)
“mikrosustanza niġġiesa” tfisser sustanza kif definita fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), inkluż il-prodotti tad-diżintegrazzjoni tagħha, li normalment tkun preżenti fl-ambjent akkwatiku, fl-ilma mormi urban jew il-ħama u li tista' titqies perikoluża għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem abbażi tal-kriterji rilevanti stipulati fil-Partijiet 3 u 4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, anke f'konċentrazzjonijiet baxxi;
(18)
“proporzjon tad-dilwizzjoni” tfisser il-proporzjon tal-medja tul l-aħħar ħames snin tal-fluss annwali tal-ilmijiet riċeventi fil-punt ta' skariku mal-medja tul l-aħħar ħames snin tal-volum tal-iskariku annwali tal-ilma mormi urban fl-ilmijiet tal-wiċċ;
(19)
“produttur” tfisser kwalunkwe manifattur, importatur jew distributur li, fuq bażi professjonali, jintroduċi prodotti fis-suq ta' Stat Membru, inkluż permezz ta' kuntratti mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(20)
“organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi” tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta b'mod nazzjonali stabbilita biex il-produtturi jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 9 u 10;
(21)
“faċiltajiet sanitarji” tfisser faċilitajiet u servizzi għall-ġestjoni u r-rimi sikuri, iġjeniċi, siguri, u soċjalment u kulturalment aċċettabbli ta' awrina u feċi tal-bniedem, u għat-tbiddil u r-rimi ta' prodotti mestrwali, li jipprovdu l-privatezza u jiżguraw id-dinjità;
(22)
“reżistenza għall-antimikrobiċi” tfisser il-kapaċità ta' mikroorganiżmi li jgħixu jew jikbru fil-preżenza ta' konċentrazzjoni ta' sustanza antimikrobika li normalment tkun biżżejjed sabiex trażżan jew toqtol mikroorganiżmi tal-istess speċi;
(23)
“Saħħa Waħda” tfisser Saħħa Waħda kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(24)
“pubbliku kkonċernat” tfisser il-pubbliku affettwat jew li x'aktarx ikun affettwat minn, jew li għandu interess fit-teħid ta' deċiżjoni għall-implimentazzjoni tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6, 7 jew 8 ta' din id-Direttiva; għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem u jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit fil-liġi nazzjonali jitqiesu li għandhom interess;
(25)
“bijomedia” tfisser kwalunkwe oġġett, normalment magħmul mill-plastik, użat għall-iżvilupp tal-batterji meħtieġa għat-trattament tal-ilma mormi urban;
(26)
“introduzzjoni fis-suq” tfisser meta prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq ta' Stat Membru;
(27)
“tagħbija” tfisser l-ammont ta' materja bijodegradabbli organika mkejla bħala BOD5 fl-ilma mormi urban, espress bħala e.p., jew ta’ kwalunkwe sustanza niġġiesa jew nutrijent, espress bħala unità tal-massa għal kull unità tal-ħin;
(28)
“sistema individwali” tfisser faċilità sanitarja li tiġbor, taħżen, tittratta jew tarmi ilma mormi domestiku minn bini jew partijiet ta' bini mhux konnessi ma' sistema ta' ġbir. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|