+Artikolu 15 6

Artikolu 15 6

6.   L-impriżi li jipproduċu, inkluż bi produzzjoni sekondarja jew inċidentali, iqiegħdu fis-suq, ifornu lil persuna oħra fl-Unjoni jew jirċievu mingħand persuna oħra fl-Unjoni, sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, maħsuba għall-użu bħala materja prima, bħala aġenti ta’ proċess, jew maħsuba biex jinqerdu jew jiġu reklamati, kif ukoll impriżi li jeqirdu jew jirreklamaw dawk is-sustanzi jew jużaw dawk is-sustanzi bħala materja prima jew bħala aġenti ta’ proċess, għandhom iżommu rekords li jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu, kif xieraq:

(a)

l-isem tas-sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu jew tat-taħlita li jkun fiha sustanza bħal din;

(b)

il-kwantità prodotta, importata, esportata, reklamata jew meqruda matul is-sena kalendarja partikolari;

(c)

il-kwantità fornita u riċevuta matul is-sena kalendarja partikolari, għal kull fornitur jew riċevitur individwali;

(d)

l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornituri jew tar-riċevituri;

(e)

il-kwantità użata matul is-sena kalendarja partikolari u l-ispeċifikazzjoni tal-użu attwali; u

(f)

il-kwantità maħżuna fl-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja partikolari.

L-impriżi għandhom iżommu r-rekords imsemmija fl-ewwel subparagrafu għal mill-inqas 5 snin wara l-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista jew ir-riċeviment, u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni. Dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mniżżla f’dawk ir-rekords.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.