+Artikolu 21 Rilaxx ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u kontrolli ta’ tnixxijiet
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
---+Artikolu 21 5
---+Artikolu 21 6
|
Artikolu 21 Rilaxx ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u kontrolli ta’ tnixxijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. Ir-rilaxx intenzjonat ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-atmosfera, inkluż meta jkunu jinsabu fi prodotti u tagħmir, għandu jkun ipprojbit meta r-rilaxx ma jkunx teknikament meħtieġ għall-użi maħsubin permessi skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 21 2
|
2. L-impriżi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex jipprevjenu u jimminimizzaw kwalunkwe rilaxx mhux intenzjonat ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu matul il-produzzjoni, inkluż meta rilaxx huwa prodott b’mod mhux intenzjonat matul il-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi oħra, il-proċess tal-manifattura tat-tagħmir, l-użu, il-ħażna u t-trasferiment minn kontenitur jew minn sistema għal oħra jew għat-trasport.
|
|
Artikolu 21 3
|
3. L-operaturi ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni u arja kundizzjonata jew pompi tas-sħana, jew sistemi ta’ protezzjoni min-nar, inklużi ċ-ċirkwiti tagħhom, li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I għandhom jiżguraw li tagħmir jew sistemi stazzjonarji:
|
(a)
|
b’kontenut fluidu ta’ 3 kg jew aktar iżda ta’ anqas minn 30 kg ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jiġu eżaminati għal xi tnixxija tal-anqas darba kull 12-il xahar, bl-eċċezzjoni tat-tagħmir b’sistemi ssiġillati ermetikament li jkunu tikkettati bħala tali u li fihom inqas minn 6 kg ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I;
|
|
(b)
|
b’kontenut fluidu ta’ 30 kg jew aktar iżda ta’ anqas minn 300 kg ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jiġu eżaminati għal xi tnixxija tal-anqas darba kull sitt xhur;
|
|
(c)
|
b’kontenut fluidu ta’ 300 kg jew aktar ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jiġu eżaminati għal xi tnixxija tal-anqas darba kull tliet xhur.
|
|
|
Artikolu 21 4
|
4. L-operaturi ta’ tagħmir jew sistemi li jkun fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għandhom jiżguraw li kwalunkwe tnixxija individwata tissewwa mingħajr dewmien żejjed, mingħajr preġudizzju għall-projbizzjoni li jintużaw dawk is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, sakemm tali rkupru ma jkunx regolat skont atti legali oħrajn tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 21 5
|
5. L-operaturi msemmija fil-paragrafu 4 għandhom iżommu rekords tal-kwantità u t-tipi ta’ aloni miżjuda u ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I rkuprati waqt il-manutenzjoni jew is-servizzjar u r-rimi finali tat-tagħmir jew tas-sistemi msemmija f’dak il-paragrafu. Huma għandhom iżommu wkoll rekords ta’ informazzjoni rilevanti oħra, inkluża l-identifikazzjoni tal-impriża li tkun wettqet kontrolli ta’ tnixxjiet, il-manutenzjoni jew is-servizzjar, kif ukoll id-dati u r-riżultati tal-kontrolli ta’ tnixxijiet li jkunu twettqu. Dawk ir-rekords għandhom jinżammu għal tal-anqas 5 snin u għandhom ikunu disponibbli, fuq talba, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 21 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal li jwettaq l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafi 3 u 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|