|
+Artikolu 2 |
Artikolu 2Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“prodott” tfisser kwalunkwe oġġett fiżiku li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz;
(2)
“komponent” tfisser prodott maħsub biex jiġi inkorporat fi prodott ieħor;
(3)
“prodott intermedju” tfisser prodott li jeħtieġ aktar manifattura jew trasformazzjoni bħat-taħlit, il-kisi jew l-assemblaġġ biex ikun adattat għall-utenti finali;
(4)
“prodott relatat mal-enerġija” tfisser kwalunkwe prodott li jkollu impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu;
(5)
“grupp ta’ prodotti” tfisser sett ta’ prodotti li jaqdu skopijiet simili u huma simili f’termini ta’ użu, jew li għandhom proprjetajiet funzjonali simili, u huma simili f’termini ta’ perċezzjoni tal-konsumatur;
(6)
“ekodisinn” tfisser l-integrazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ sostenibbiltà ambjentali fil-karatteristiċi ta’ prodott u fil-proċessi li jseħħu tul il-katina tal-valur tal-prodott;
(7)
“rekwiżit tal-ekodisinn” tfisser rekwiżit tal-prestazzjoni jew rekwiżit ta’ informazzjoni li għandu l-għan li jagħmel prodott, inklużi l-proċessi li jseħħu tul il-katina tal-valur tal-prodott, aktar ambjentalment sostenibbli;
(8)
“rekwiżit tal-prestazzjoni” tfisser rekwiżit kwantitattiv jew mhux kwantitattiv għal prodott jew b’rabta miegħu biex jinkiseb ċertu livell ta’ prestazzjoni fir-rigward ta’ parametru tal-prodott imsemmi fl-Anness I;
(9)
“rekwiżit ta’ informazzjoni” tfisser l-obbligu li prodott ikun akkumpanjat minn informazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 7(2);
(10)
“katina tal-provvista” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi upstream kollha tal-katina tal-valur tal-prodott, sal-punt fejn il-prodott jilħaq lill-klijent;
(11)
“katina tal-valur” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi kollha li huma parti miċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, kif ukoll il-manifattura mill-ġdid possibbli tiegħu;
(12)
“ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji konsekuttivi u interkonnessi tal-ħajja ta’ prodott, li jikkonsistu fl-akkwist jew il-ġenerazzjoni ta’ materja prima minn riżorsi naturali, l-ipproċessar minn qabel, il-manifattura, il-ħżin, id-distribuzzjoni, l-installazzjoni, l-użu, il-manutenzjoni, it-tiswija, it-titjib, ir-rinnovazzjoni u l-użu mill-ġdid, u t-tmiem tal-ħajja;
(13)
“tmiem tal-ħajja” tfisser l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja li jibda meta prodott jintrema u jintemm meta l-materjal ta’ skart tal-prodott jiġi rritornat lin-natura jew jidħol fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott ieħor;
(14)
“impatt ambjentali” tfisser kwalunkwe bidla fl-ambjent kemm jekk negattiva kif ukoll jekk ta’ benefiċċju, li tirriżulta b’mod sħiħ jew parzjali mill-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;
(15)
“klassi ta’ prestazzjoni” tfisser firxa ta’ livelli ta’ prestazzjoni fir-rigward ta’ parametru ta’ prodott wieħed jew aktar imsemmija fl-Anness I, li hija stabbilita abbażi ta’ metodoloġija komuni għall-prodott jew għall-grupp tal-prodott, ordnati fi stadji suċċessivi biex jippermettu d-differenzjazzjoni tal-prodott;
(16)
“manifattura mill-ġdid” tfisser azzjonijiet li permezz tagħhom prodott ġdid jiġi prodott minn oġġetti li huma skart, prodotti jew komponenti u li permezz tagħhom issir mill-anqas bidla waħda li taffettwa sostanzjalment is-sikurezza, il-prestazzjoni, l-iskop jew it-tip tal-prodott;
(17)
“titjib” tfisser azzjonijiet imwettqa biex jissaħħu l-funzjonalità, il-prestazzjoni, il-kapaċità, is-sikurezza jew l-estetika ta’ prodott;
(18)
“rinnovazzjoni” tfisser azzjonijiet imwettqa biex jitħejja, jitnaddaf, jiġi ttestjat, jiġi mantnut u, fejn meħtieġ, jissewwa prodott jew prodott li ġie skartat sabiex il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tiegħu jiġu restawrati fl-użu maħsub u l-firxa ta’ prestazzjoni oriġinarjament maħsuba fl-istadju tad-disinn fil-mument tat-tqegħid tal-prodott fis-suq;
(19)
“manutenzjoni” tfisser azzjoni waħda jew aktar imwettqa biex prodott jinżamm f’kundizzjoni biex ikun jista’ jissodisfa l-iskop maħsub għalih;
(20)
“tiswija” tfisser azzjoni waħda jew aktar imwettqa biex prodott difettuż jew skart jitreġġgħu lura f’kundizzjoni fejn jissodisfaw l-iskop maħsub tagħhom;
(21)
“obsolexxenza prematura” tfisser karatteristika tad-disinn ta’ prodott jew azzjoni jew ommissjoni sussegwenti li jwasslu biex il-prodott isir mhux funzjonali jew tonqoslu l-prestazzjoni mingħajr ma tali bidliet fil-funzjonalità jew fil-prestazzjoni jkunu r-riżultat ta’ tkagħbir bl-użu normali.
(22)
“durabbiltà” tfisser il-kapaċità ta’ prodott li maż-żmien iżomm il-funzjoni u l-prestazzjoni tiegħu, f’kundizzjonijiet speċifikati ta’ użu, manutenzjoni u tiswija;
(23)
“affidabbiltà” tfisser il-probabbiltà li prodott jiffunzjona kif meħtieġ f’kundizzjonijiet partikolari għal tul ta’ żmien partikolari mingħajr okkorrenza li twassal biex funzjoni primarja jew sekondarja tal-prodott ma titwassalx aktar;
(24)
“impronta ambjentali” tfisser kwantifikazzjoni tal-impatti ambjentali li jirriżultaw minn prodott, tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, kemm jekk b’rabta ma’ kategorija waħda ta’ impatt ambjentali kif ukoll ma’ sett aggregat ta’ kategoriji tal-impatt abbażi tal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott stabbilit bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2021/2279 jew metodi xjentifiċi oħra żviluppati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, ittestjati b’mod wiesa’ b’kollaborazzjoni ma’ setturi tal-industrija differenti u adottati jew implimentati mill-Kummissjoni f’liġijiet oħra tal-Unjoni;
(25)
“impronta tal-karbonju” tfisser is-somma tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra f’sistema ta’ prodotti, espressa bħala ekwivalenti ta’ CO2 u bbażata fuq valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja bl-użu tal-kategorija tal-impatt unika tat-tibdil fil-klima;
(26)
“impronta tal-materjali” tirreferi għall-ammont totali ta’ materja prima estratta biex tissodisfa d-domandi tal-konsum finali;
(27)
“sustanza ta’ tħassib” tfisser sustanza li:
(a)
tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u tiġi identifikata f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament;
(b)
hija klassifikata fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 f’waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew kategoriji ta’ periklu li ġejjin:
(i)
il-kategoriji 1 u 2 tal-karċinoġeniċità;
(ii)
il-kategoriji 1 u 2 tal-mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali;
(iii)
il-kategoriji 1 u 2 tat-tossiċità riproduttiva;
(iv)
il-kategoriji 1 u 2 tal-interferenzi endokrinali għas-saħħa tal-bniedem;
(v)
il-kategoriji 1 u 2 tal-interferenzi endokrinali għall-ambjent;
(vi)
roprjetajiet persistenti, mobbli u tossiċi jew persistenti ħafna, mobbli ħafna;
(vii)
proprjetajiet persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi jew persistenti ħafna, bijoakkumulattivi ħafna;
(viii)
sensitizzazzjoni respiratorja tal-kategorija 1;
(ix)
sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-kategorija 1;
(x)
perikolużi għall-ambjent akkwatiku - kategoriji kronika 1 sa 4 kronika;
(xi)
perikoluż għas-saff tal-ożonu;
(xii)
tossiċità speċifika għall-organi fil-mira – esponiment ripetut tal-kategoriji 1 u 2;
(xiii)
tossiċità speċifika għall-organi speċifiċi – esponiment uniku tal-kategoriji 1 u 2;
(c)
hija regolata skont ir-Regolament (UE) 2019/1021; jew
(d)
taffettwa b’mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materjali fil-prodott li fih ikun preżenti;
(28)
“passaport diġitali tal-prodotti” tfisser sett ta’ data speċifika għal prodott li tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4 u li tkun aċċessibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi permezz ta’ mezz ta’ data f’konformità mal-Kapitolu III;
(29)
“mezz ta’ data” tfisser simbolu tal-barcode lineari, simbolu bidimensjonali jew mezz ieħor għall-ġbir awtomatiku tad-data ta’ identifikazzjoni li jista’ jinqara minn apparat;
(30)
“identifikatur uniku tal-prodott” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni ta’ prodott li tippermetti wkoll link web għall-passaport diġitali tal-prodotti;
(31)
“identifikatur uniku tal-operatur” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni ta’ attur involut f’katina tal-valur tal-prodott;
(32)
“fornitur tas-servizzi tal-passaport diġitali tal-prodotti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija parti terza indipendenti, awtorizzata mill-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz u li tipproċessa d-data tal-passaport diġitali tal-prodotti għal dak il-prodott bl-iskop li tagħmel tali data disponibbli għall-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra bid-dritt ta’ aċċess għal dik id-data skont dan ir-Regolament jew liġijiet oħra tal-Unjoni;
(33)
“identifikatur uniku tal-faċilità” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni ta’ postijiet jew bini involuti fil-katina tal-valur ta’ prodott jew użati minn atturi involuti fil-katina tal-valur ta’ prodott;
(34)
“qerda” tfisser il-ħsara jew ir-rimi intenzjonati ta’ prodott bħala skart bl-eċċezzjoni tar-rimi għall-iskop uniku li jiġi pprovdut il-prodott mormi għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, inkluża r-rinnovazzjoni jew għall-operazzjonijiet ta’ manifattura mill-ġdid;
(35)
“klijent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri, tikri jew tirċievi prodott għall-użu personali tagħha kemm jekk tkun qed taġixxi bi skopijiet marbutin mas-sengħa, in-negozju, l-artiġjanat jew il-professjoni tagħha kif ukoll jekk le;
(36)
“prodott tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe prodott, minbarra l-komponenti u l-prodotti intermedji, primarjament maħsuba għall-konsumaturi;
(37)
“prodott tal-konsumatur mhux mibjugħ” tfisser kwalunkwe prodott tal-konsumatur li ma nbiegħx inkluż is-surplus ta’ ħażniet, l-inventarju żejjed u l-istokk mhux mibjugħ u prodotti li jkunu ġew irritornati minn konsumatur fuq il-bażi tad-dritt tiegħu ta’ rtirar f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/83/UE jew, meta applikabbli, matul kwalunkwe perjodu ta’ rtirar itwal mogħti mill-kummerċjant;
(38)
“miżura ta’ awtoregolamentazzjoni” tfisser ftehim volontarju jew kodiċi ta’ kondotta konklużi minn operaturi ekonomiċi fuq inizjattiva tagħhom stess, li huma responsabbli għall-infurzar tagħhom;
(39)
“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul l-attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajru;
(40)
“tqegħid fis-suq” tfisser it-tqegħid għall-ewwel darba ta’ prodott fis-suq tal-Unjoni;
(41)
“tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu ta’ prodott fl-Unjoni għall-iskop maħsub tiegħu;
(42)
“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott jew li għandha prodott iddisinjat jew manifatturat, u li tikkummerċjalizza dak il-prodott b’isimha jew bit-trademark tagħha;
(43)
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur biex jaġixxi f’isem il-manifattur b’relazzjoni mal-kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont dan ir-Regolament;
(44)
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;
(45)
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, li mhijiex il-manifattur jew l-importatur, li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq;
(46)
“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, in-negozjant u l-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni;
(47)
“operatur indipendenti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun indipendenti mill-manifattur u li tkun direttament jew indirettament involuta fir-rinnovazzjoni, fit-tiswija, fil-manutenzjoni jew fl-adattament għal skop differenti ta’ prodott, u tinkludi l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, ir-rinnovaturi, is-sewwejja, il-manifatturi jew id-distributuri ta’ tagħmir għat-tiswija, għodda jew spare parts, kif ukoll il-pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, l-operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar u l-operaturi li joffru taħriġ lill-installaturi, lill-manifatturi u lis-sewwejja tat-tagħmir;
(48)
“sewwej professjonali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni professjonali għal prodott, irrispettivament minn jekk dik il-persuna taġixxix fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur jew b’mod indipendenti;
(49)
“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati minn prodott, proċess jew servizz;
(50)
“markatura CE” tfisser markatura li biha l-manifattur jindika li l-prodott rilevanti huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;
(51)
“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati rilevanti adottati skont l-Artikolu 4 ġewx issodisfati;
(52)
“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, inkluż il-kalibrar, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni;
(53)
“korp innotifikat” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnotifikat f’konformità mal-Kapitolu IX;
(54)
“fornitur ta’ suq online” tfisser fornitur ta’ servizz intermedjarju li juża interfaċċja online li tippermetti lill-klijenti jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ operaturi ekonomiċi għall-bejgħ ta’ prodotti koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4;
(55)
“negozjant” tfisser distributur jew kwalunkew persuna fiżika jew ġuridika oħra li toffri prodotti għall-bejgħ, għall-kiri jew għal-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, jew li jqiegħed prodotti, lil utenti finali matul attività kummerċjali, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod; u jinkludi kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed prodott fis-servizz matul attività kummerċjali;
(56)
“bejgħ mill-bogħod” tfisser l-offerta għall-bejgħ, għall-kiri jew għal-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ prodotti, online jew permezz ta’ mezzi oħra ta’ bejgħ mill-bogħod, li biha l-klijent potenzjali ma jkunx jista’ jaċċessa fiżikament il-prodott;
(57)
“prodott li jippreżenta riskju” tfisser prodott li, billi ma jikkonformax ma’ rekwiżit ta’ ekodisinn stabbilit f’dan ir-Regolament jew skont dan ir-Regolament għajr dawk elenkati fl-Artikolu 71(1), jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-ambjent jew interessi pubbliċi oħra protetti minn dak ir-rekwiżit;
(58)
“prodott li jippreżenta riskju serju” tfisser prodott li jippreżenta riskju li, abbażi ta’ valutazzjoni, il-grad tan-nuqqas ta’ konformità rilevanti jew il-ħsara assoċjata titqies li teħtieġ intervent rapidu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż każijiet meta l-effetti tan-nuqqas ta’ konformità ma jkunux immedjati. Id-definizzjonijiet ta’ “SMEs”, “intrapriżi żgħar” u “mikrointrapriżi” fl-Artikolu 2(1), (2) u (3) tal-Anness I tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 1 ) għandhom japplikaw. Id-definizzjonijiet ta’ “sustanza” u “taħlita” fl-Artikolu 3, il-punti (1) u (2) rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom japplikaw. Id-definizzjonijiet ta’ “akkreditament” u “korp nazzjonali ta’ akkreditament” fl-Artikolu 2, il-punti (10) u (11), rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw. Id-definizzjonijiet ta’ “skart”, “skart perikoluż”, “użu mill-ġdid”, “irkupru”, “tħejjija għall-użu mill-ġdid” u “riċiklaġġ” fl-Artikolu 3, il-punti (1), (2), (13), (15), (16) u (17), rispettivament, tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom japplikaw. Id-definizzjoni ta’ “standard armonizzat” fl-Artikolu 2, il-punt (1)(c), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 għandha tapplika; Id-definizzjonijiet ta’ “awtoritajiet kontraenti” fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2014/24/UE u ta’ “entitajiet kontraenti” fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE għandhom japplikaw. “kuntratti pubbliċi” tfisser kuntratti koperti mid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE; Id-definizzjoni ta’ “pproċessar” fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) għandha tapplika; Id-definizzjoni ta’ “konsumatur” fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva (UE) 2019/771 għandha tapplika; Id-definizzjonijiet ta’ “sorveljanza tas-suq”, “awtorità tas-sorveljanza tas-suq”, “fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni”, “interfaċċja online”, “azzjoni korrettiva”, “utent finali”, “sejħa lura”, “irtirar”, “awtoritajiet doganali” u “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” fl-Artikolu 3, il-punti (3), (4), (11), (15), (16), (21), (22), (23), (24) u (25), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom japplikaw. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|