+ANNESS VI Kriterji għall-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni

ANNESS VI Kriterji għall-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni




ANNESS VI

Kriterji għall-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 21)

Il-lista mhux eżawrjenti li ġejja ta’ kriterji għandha tintuża biex jiġu vvalutati l-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21:

1. 

Grad ta’ ftuħ tal-parteċipazzjoni

Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jridu jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ kull operatur li jqiegħed fis-suq prodott kopert mill-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, inkluż SMEs u operaturi ta’ pajjiżi terzi, fil-fażijiet preparatorji u fil-fażijiet ta’ implimentazzjoni. L-operaturi ekonomiċi li jkollhom l-intenzjoni li jistabbilixxu miżura ta’ awtoregolamentazzjoni għandhom iħabbru lill-pubbliku l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dan qabel ma jinbeda l-proċess tal-iżvilupp tal-miżura.

2. 

Sostenibbiltà u valur miżjud

Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jridu jwieġbu għall-objettivi tal-politika ta’ dan ir-Regolament u jridu jkunu konsistenti mad-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jrid ikollhom approċċ integrat għall-protezzjoni tal-ambjent, tal-interessi tal-konsumaturi, tas-saħħa, tal-kwalità tal-ħajja u tal-interessi ekonomiċi.

3. 

Rappreżentattività

L-industrija u l-assoċjazzjonijiet relatati tagħha li jieħdu sehem f’miżura ta’ awtoregolamentazzjoni jridu jirrappreżentaw maġġoranza kbira tas-settur ekonomiku rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 21(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b). Trid tingħata attenzjoni biex ikun żgurat ir-rispett għal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 101 TFUE fir-rigward ta’ ftehimiet antikompetittivi.

4. 

Objettivi kwantifikati u mqassma fi stadji

L-objettivi definiti mill-firmatarji fil-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni tagħhom iridu jiġu stabbiliti b’termini ċari, kwantifikabbli u mhux ambigwi, u jibdew minn linja bażi definita tajjeb. Jekk il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tkun tkopri perjodu twil ta’ żmien, iridu jiġu inklużi miri temporanji. Irid ikun possibbli li jsir monitoraġġ tal-konformità mal-objettivi u mal-miri temporanji b’mod affordabbli u kredibbli permezz ta’ indikaturi ċari u affidabbli.

5. 

Involviment tas-soċjetà ċivili

Biex tkun żgurata t-trasparenza, iridu jiġu ppubblikati miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni, inkluż f’sit web pubbliku u aċċessibbli b’xejn online u b’mezzi elettroniċi oħra għat-tixrid tal-informazzjoni.

Il-partijiet ikkonċernati, inkluż l-Istati Membri, l-industrija, l-NGOs ambjentali u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, għandhom jiġu mistiedna jikkummentaw dwar miżura ta’ awtoregolamentazzjoni.

6. 

Monitoraġġ u rapportar

Spettur indipendenti jrid jintgħażel u jinħatar biex jimmonitorja l-konformità tal-firmatarji mal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni. Il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni trid tagħti s-setgħa lill-ispettur indipendenti biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tagħha. Il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni trid ukoll tistabbilixxi l-proċedura biex jintgħażel l-ispettur indipendenti u r-regoli biex jiġi żgurat li l-ispettur ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess u jkollu l-ħiliet meħtieġa biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tagħha.

Kull sena, kull firmatarju jrid jirrapporta l-informazzjoni u d-data kollha meħtieġa biex l-ispettur indipendenti jivverifika b’mod affidabbli l-konformità tal-firmatarju mal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni.

L-ispettur indipendenti jrid ifassal rapport ta’ konformità fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar ta’ sena.

Meta firmatarju ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, dan irid jieħu azzjoni korrettiva. L-ispettur indipendenti jrid jinnotifika lill-firmatarji l-oħra li jkunu qed jipparteċipaw fil-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni dwar nuqqas ta’ konformità minn firmatarju u dwar l-azzjoni korrettiva li l-firmatarju jkun biħsiebu jieħu.

Ir-riżultati ta’ kwalunkwe attività ta’ sorveljanza tas-suq imwettqa minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq li matula jkun ġie identifikat nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni għandhom jitqiesu mill-ispettur indipendenti, b’mod partikolari fir-rapport ta’ konformità, u għandha tittieħed azzjoni korrettiva.

7. 

Kosteffettività tal-amministrazzjoni ta’ miżura ta’ awtoregolamentazzjoni

Il-kost tal-amministrazzjoni tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-monitoraġġ, ma jridx iwassal għal piż amministrattiv sproporzjonat, meta mqabbel mal-objettivi tagħha u ma’ strumenti ta’ politika disponibbli oħrajn.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.