3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom ikunu indipendenti minn kwalunkwe fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, mil-lat organizzattiv, ġerarkiku u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, u għandhom ikunu jew legalment jew funzjonalment distinti mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ma għandu jkollhom ebda setgħa ta’ teħid tad-deċiżjonijiet fuq l-allokazzjoni tal-baġits tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Dment li tali indipendenza tkun garantita, awtorità superviżorja nazzjonali tista’ tkun parti mill-istess ministeru jew amministrazzjoni nazzjonali bħal fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.