+Artikolu 22 Stabbiliment tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2
---+Artikolu 22 3

Artikolu 22 Stabbiliment tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1

1.   F’konformità mal-paragrafi 2 sa 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3), il-punt (a), għal kull perjodu referenzjarju, u tiddefinixxi d-durata ta’ dak il-perjodu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

Flimkien ma’ dawk il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu valuri ta’ bażi komplementari, livelli limiti ta’ allert, valuri diżaggregati u gruppi ta’ parametri referenzjarji. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

Artikolu 22 2

2.   Il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 u l-miri ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal definiti mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali, imsemmija fl-Artikolu 21(3), il-punt (c), għandhom jiġu definiti abbażi tal-kriterji essenzjali li ġejjin:

(a)

għandhom jistinkaw biex jiksbu titjib gradwali fir-rigward tal-prestazzjoni klimatika u ambjentali, operazzjonali u ekonomika tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru;

(b)

għandhom ikunu realistiċi u jistgħu jinkisbu tul il-perjodu referenzjarju kkonċernat, filwaqt li jippermettu l-forniment effiċjenti, sostenibbli u reżiljenti tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u jrawmu żviluppi teknoloġiċi fit-tul;

(c)

għandhom iqisu l-kuntest ekonomiku u operazzjonali tal-perjodu referenzjarju, inkluż it-tbassir tat-traffiku u data operazzjonali, kif ukoll l-interdipendenzi bejn l-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3), il-punti (a) u (c), u l-ħtieġa li jiġu allinjati mal-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1119;

(d)

għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi lokali tal-Istati Membri;

(e)

għandhom iqisu l-indikaturi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 21(3), il-punt (d).

Artikolu 22 3

3.   Għall-finijiet tat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tagħha dwar miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u, jekk definit fl-applikazzjoni tal-Artikolu 22(1), dwar valuri ta’ bażi komplementari u valuri diżaggregati jew gruppi ta’ parametri referenzjarji, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta u tiġbor kwalunkwe input meħtieġ mill-awtoritajiet nazzjonali, il-EUROCONTROL, il-Maniġer tan-Network u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.