5. It-tikketti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 u l-kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali msemmi fil-paragrafu 2 għandhom jitwaħħlu, jiġu stampati jew jitnaqqxu u jkunu jidhru, jistgħu jinqraw u ma jinqalgħux minn fuq l-imballaġġ, sabiex ma jkunux jistgħu jitħassru faċilment. L-informazzjoni li tinsab fihom għandha tkun disponibbli wkoll għall-utenti finali qabel ix-xiri tal-prodott permezz ta' bejgħ online. Meta tali twaħħil, stampar jew tinqix ma jkunx possibbli jew ma jkunx approvat minħabba n-natura u d-daqs tal-imballaġġ, it-tikketta, il-kodiċi QR jew il-mezz l-ieħor tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali għandhom jitwaħħlu fuq l-imballaġġ kollettiv. Meta anki dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natura u d-daqs tal-imballaġġ jew meta jkun rilevanti li jiġi previst aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni minn gruppi vulnerabbli, b'mod partikolari persuni b'insuffiċjenza fil-vista, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta' kodiċi wieħed li jinqara elettronikament jew tip ieħor ta' mezz tad-data.
L-informazzjoni li tinsab fit-tikketti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 u l-kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali għandha tkun disponibbli b'lingwa waħda jew aktar li tista' tinftiehem faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru li fih l-imballaġġ għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq.
Fejn l-informazzjoni tiġi pprovduta b'mezzi elettroniċi f'konformità mal-paragrafi 1, 2 u 4, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a)
|
data personali adegwata u rilevanti għandha tinġabar biss għall-fini limitat li l-utent jingħata aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar il-konformità msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (68);
|
|
(b)
|
l-informazzjoni ma għandhiex tintwera ma' informazzjoni oħra maħsuba għal finijiet ta' bejgħ jew ta' kummerċjalizzazzjoni.
|
Meta l-liġi tal-Unjoni jirrikjedi li l-informazzjoni dwar il-prodott fl-imballaġġ tiġi pprovduta permezz ta' mezz tad-data, għandu jintuża mezz tad-data wieħed biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall- prodott fl-imballaġġ u għall-imballaġġ, u t-tnejn għandhom ikunu jistgħu jintgħarfu faċilment.