5. Meta l-aċċess għad-data elettronika personali dwar is-saħħa jkun ġie ristrett minn persuna fiżika skont l-Artikolu 8, il-fornitur tal-kura tas-saħħa jew il-professjonisti tas-saħħa ma għandhomx jiġu informati dwar Il-kontenut restritt ta’ duk id-data.
Permezz ta’ deroga mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8, meta l-aċċess ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data, il-fornitur tal-kura tas-saħħa jew il-professjonist tas-saħħa jistgħu jingħataw aċċess għad-data elettronika ristretta dwar is-saħħa. Tali każijiet għandhom jiġu rreġistrati f’format ċar u li jinftiehem u għandhom ikunu faċilment aċċessibbli għas-suġġett tad-data.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedusalvagwardji addizzjonali.