+Artikolu 11 Aċċess mill-professjonisti tas-saħħa għal data elettronika personali dwar is-saħħa
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
|
Artikolu 11 Aċċess mill-professjonisti tas-saħħa għal data elettronika personali dwar is-saħħa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Meta il-professjonisti tas-saħħa jipproċessaw data f’format elettroniku, huma għandu jkollhom aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa rilevanti u meħtieġa ta’ persuni fiżiċi taħt il-kura tagħhom, permezz tas-servizzi ta’ aċċess għall-professjonisti tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 12, irrispettivament mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni u mill-Istat Membru tat-trattament.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Meta l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tal-persuna fiżika taħt trattament u l-Istat Membr tat-trattament ta’ tali persuna fiżika jkunu differenti, l-aċċess transkonfinali għad-data elettronika personalidwar is-saħħa tal-persuna fiżika taħt trattament għandu jiġi pprovdut permezz tal-infrastruttura transkonfinali msemmija fl-Artikolu 23.
|
|
Artikolu 11 3
|
3. L-aċċess imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi mill-inqas l-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 14.
F’konformità mal-prinċipji previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jipprevedu l-kategoriji ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa aċċessibbli minn kategoriji differenti ta’ professjonisti tas-saħħa jew għal kompiti tal-kura tas-saħħa differenti. Tali regoli għandhom iqisu l-possibbiltà ta’ restrizzjonijiet imposti skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Fil-każ ta’ trattament fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, ir-regoli msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru tat-trattament.
|
|
Artikolu 11 5
|
5. Meta l-aċċess għad-data elettronika personali dwar is-saħħa jkun ġie ristrett minn persuna fiżika skont l-Artikolu 8, il-fornitur tal-kura tas-saħħa jew il-professjonisti tas-saħħa ma għandhomx jiġu informati dwar Il-kontenut restritt ta’ duk id-data.
Permezz ta’ deroga mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8, meta l-aċċess ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data, il-fornitur tal-kura tas-saħħa jew il-professjonist tas-saħħa jistgħu jingħataw aċċess għad-data elettronika ristretta dwar is-saħħa. Tali każijiet għandhom jiġu rreġistrati f’format ċar u li jinftiehem u għandhom ikunu faċilment aċċessibbli għas-suġġett tad-data.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedusalvagwardji addizzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|