2. Qabel ma jintroduċi fis-suq jew iqiegħed fis-servizz sistema ta’ EHR imsemmija fl-Artikolu 26 jew applikazzjoni tal-benessri msemmija fl-Artikolu 47, il-manifattur ta’ tali sistema ta’ EHR jew applikazzjoni tal-benessri jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jirreġistra d-data meħtieġa kif imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fil-bażi tad-data tal-UE għar-reġistrazzjoni tas-sistemi ta’ EHR u applikazzjonijiet tal-benessri, inkluż fil-każ tas’sistemi ta’ EHR, ir-riżultati tal-valutazzjonimsemmija fl-Artikolu 40.