+Artikolu 49 Bażi tad-data għar-reġistrazzjoni ta’ sistemi ta’ EHR u ta’ applikazzjonijiet tal-benessri
---+Artikolu 49 1
---+Artikolu 49 2
---+Artikolu 49 3
---+Artikolu 49 4

Artikolu 49 Bażi tad-data għar-reġistrazzjoni ta’ sistemi ta’ EHR u ta’ applikazzjonijiet tal-benessri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 49 1

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data tal-UE disponibbli għall-pubbliku b’data dwar is-sistemi ta’ EHR li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE skont l-Artikolu 39 u applikazzjonijiet tal-benessri li għalihom tkun inħarġet tikketta skont l-Artikolu 47 (il-“bażi tad-data tal-UE għar-reġistrazzjoni tas-sistemi ta’ EHR u applikazzjonijiet tal-benessri”).

Artikolu 49 2

2.   Qabel ma jintroduċi fis-suq jew iqiegħed fis-servizz sistema ta’ EHR imsemmija fl-Artikolu 26 jew applikazzjoni tal-benessri msemmija fl-Artikolu 47, il-manifattur ta’ tali sistema ta’ EHR jew applikazzjoni tal-benessri jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jirreġistra d-data meħtieġa kif imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fil-bażi tad-data tal-UE għar-reġistrazzjoni tas-sistemi ta’ EHR u applikazzjonijiet tal-benessri, inkluż fil-każ tas’sistemi ta’ EHR, ir-riżultati tal-valutazzjonimsemmija fl-Artikolu 40.

Artikolu 49 3

3.   L-apparati mediċi, apparati mediċi dijanjostiċi in vitro jew is-sistemi tal-IA ta’ riskju għoli msemmija fl-Artikolu 27(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu rreġistrati wkoll fil-bażijiet tad-data stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2017/745, (UE) 2017/746 jew (UE) 2024/1689, kif applikabbli. F’każijiet bħal dawn, id-data li għandha tiddaħħal għandha tintbagħat ukoll lill-bażi tad-data tal-UE għar-reġistrazzjoni tas-sistemi ta’ EHR u applikazzjonijiet tal-benessri.

Artikolu 49 4

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 97 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-lista ta’ data meħtieġa li għandha tiġi mdaħħla mfil-bażi ta’ data tal-UE għar-reġistrazzjoni tas-sistemi tal-EHR u l-applikazzjonijiet tal-benesseti.mill-manifatturi tas-sistemi ta’ EHR u tal-applikazzjonijiet tal-benessri skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.