2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċedura li biha d-detenturi tad-data dwar is-saħħa jistgħu japplikaw biex jiġu ddeżinjati bħala detenturi affidabbli tad-data dwar is-saħħa, dment li d-detenturi tad-data dwar is-saħħa jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
ikunu jistgħu jipprovdu aċċess għad-data dwar is-saħħa permezz ta’ ambjent tal-ipproċessar sigur li jikkonforma mal-Artikolu 73;
|
|
(b)
|
għandhom l-għarfien espert meħtieġ biex jivvaluta l-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa u t-talbiet għad-data dwar is-saħħa;
|
|
(c)
|
jipprovdu l-garanziji meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw detenturi i tad-data dwar is-saħħa affidabbli wara valutazzjoni tal-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet mill-korp rilevanti tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċedura biex jirrieżaminaw regolarment jekk id-detentur tad-data dwar is-saħħa affidabbli għadux jissodisfa dawk il-kundizzjonijiet.
Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jindikaw id-detenturi i tad-data dwar is-saħħa affidabbli fil-katalgu tas-settijiet tad-data msemmi fl-Artikolu 77.