+Artikolu 4 Baġit
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
---+Artikolu 4 7
|
Artikolu 4 Baġit
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Euratom 2026-2027 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 598 346 804 bil-prezzijiet attwali.
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:
|
(a)
|
EUR 252 532 225 għall-azzjonijiet indiretti fir-riċerka u l-iżvilupp tal-fużjoni;
|
|
(b)
|
EUR 115 339 356 għall-azzjonijiet indiretti fil-fissjoni nukleari, is-sikurezza u l-protezzjoni mir-radjazzjoni;
|
|
(c)
|
EUR 230 475 223 għall-azzjonijiet diretti mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-“JRC”).
|
Il-Kummissjoni ma tistax tiddevja mill-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c).
|
|
Artikolu 4 3
|
3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża wkoll biex ikopri l-ispejjeż għat-tħejjija, il-monitoraġġ, il-kontroll, l-awditjar, l-evalwazzjoni u attivitajiet u nefqiet oħra meħtieġa għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm Euratom 2026-2027, inkluż in-nefqa amministrattiva kollha, u l-evalwazzjoni tal-kisba tal-objettivi tiegħu. L-ispejjeż amministrattivi relatati mal-azzjonijiet indiretti ma għandhomx jaqbżu 6 % tal-ammont distribwit lill-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom 2026-2027 imsemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b). L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ wkoll jintuża biex ikopri:
|
(a)
|
sa fejn dawn ikunu relatati mal-objettivi tal-Programm Euratom 2026-2027, l-ispejjeż relatati mal-istudji, il-laqgħat tal-esperti, u l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni;
|
|
(b)
|
l-ispejjeż marbuta man-networks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, inkluż għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b’rabta mal-ġestjoni tal-Programm Euratom 2026-2027.
|
|
|
Artikolu 4 4
|
4. Jekk ikun meħtieġ għall-ġestjoni tal-azzjonijiet li ma jkunux tlestew sal-31 ta’ Diċembru 2027, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 4 5
|
5. L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu fuq aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jiġu diżaggregati f’pagamenti akkont annwali fuq diversi snin.
|
|
Artikolu 4 6
|
6. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 (ir-“Regolament Finanzjarju”), in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw mill-proġetti, inkluż fl-ewwel programm ta’ ħidma tista’ tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2026.
|
|
Artikolu 4 7
|
7. Meta jintalab mill-Istat Membru kkonċernat, ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu trasferiti għall-Programm Euratom 2026-2027 soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1304
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|