+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)
---+Artikolu 2 (18)
---+Artikolu 2 (19)
---+Artikolu 2 (20)
---+Artikolu 2 (21)
---+Artikolu 2 (22)
---+Artikolu 2 (23)
---+Artikolu 2 (24)
---+Artikolu 2 (25)
---+Artikolu 2 (26)
---+Artikolu 2 (27)
---+Artikolu 2 (28)
---+Artikolu 2 (29)
---+Artikolu 2 (30)
---+Artikolu 2 (31)
---+Artikolu 2 (32)
---+Artikolu 2 (33)
---+Artikolu 2 (34)
---+Artikolu 2 (35)
---+Artikolu 2 (36)
---+Artikolu 2 (37)
---+Artikolu 2 (38)
---+Artikolu 2 (39)
---+Artikolu 2 (40)
---+Artikolu 2 (41)
---+Artikolu 2 (42)
---+Artikolu 2 (43)
---+Artikolu 2 (44)
---+Artikolu 2 (45)
---+Artikolu 2 (46)
---+Artikolu 2 (47)
---+Artikolu 2 (48)
---+Artikolu 2 (49)
---+Artikolu 2 (50)
---+Artikolu 2 (51)
---+Artikolu 2 (52)
---+Artikolu 2 (53)
---+Artikolu 2 (54)
---+Artikolu 2 (55)
---+Artikolu 2 (56)
---+Artikolu 2 (57)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“sistema ta’ ħlas” tfisser arranġament formali bejn tliet parteċipanti jew iktar, mingħajr ma jingħaddu banek possibbli tas-saldu, l-istabbilimenti tar-rilaxx tal-kontropartijiet ċentrali jew parteċipanti indiretti, b’regoli komuni u arranġamenti standardizzati għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment bejn il-parteċipanti;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“infrastruttura tas-suq finanzjarju” (ISF) tfisser sistema multilaterali fost l-istituzzjonijiet parteċipanti, inkluż l-operatur tas-sistema, użata biex tikklerja, tissalda, jew tirrekordja ħlasijiet, titoli, derivattivi, jew tranżazzjonijiet finanzjarji oħra;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“SIPS tal-Eurosistema” tfisser SIPS li hija proprjetà u operata minn bank ċentrali tal-Eurosistema;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“kollateral” tfisser attiv jew impenn ta’ parti terza li huwa użat minn fornitur tal-kollateral biex jintlaħaq obbligu vis-à-vis riċevitur tal-kollateral. Kollateral jinkludi kemm kollateral domestiku u transkonfinali;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“riskju tal-investiment” tfisser ir-riskju tat-telf li jiffaċċja operatur jew parteċipant ta’ SIPS meta l-operatur ta’ SIPS jinvesti r-riżorsi tiegħu stess jew dawk tal-parteċipanti tiegħu, eż. kollateral;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“Operatur ta’ SIPS” tfisser:
|
(a)
|
l-entità ġuridika stabbilita fiż-żona tal-euro li hija responsabbli għat-tħaddim ta’ SIPS;
|
|
(b)
|
b’mod eċċezzjonali, il-fergħa stabbilita fiż-żona tal-euro li hija responsabbli għat-tħaddim ta’ SIPS, u li hija parti legalment dipendenti ta’ entità ġuridika stabbilita barra ż-żona tal-euro;
|
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“awtorità kompetenti” tfisser:
|
(a)
|
il-bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema b’responsabbiltà primarja ta’ sorveljanza hekk identifikat skont l-Artikolu 3(3); jew
|
|
(b)
|
fir-rigward ta’ sistema ta’ ħlas li hija SIPS li tissodisfa l-kriterji fl-Artikolu 3(1), il-punt (iii), “awtorità kompetenti” tfisser jew:
|
(ii)
|
fejn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema kien fdat bir-responsabbiltà primarja ta’ sorveljanza għal perijodu ta’ ħames snin jew aktar immedjatament qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 3(3), kemm il-BĊE kif ukoll dak il-bank ċentrali nazzjonali;
|
|
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“fergħa” tfisser impriża li m’għandha l-eba personalità ġuridika u li tifforma parti legalment dipendenti minn entità eżistenti;
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“il-Bord” tfisser: (a) f’sistema ta’ bord unitarju, il-bord uniku ta’ operatur ta’ SIPS; (b) f’sistema b’żewġ bordijiet, il-bord superviżorju jew ekwivalenti ta’ operatur ta’ SIPS, maħtur skont il-liġi nazzjonali; u (c) fejn fergħa hija identifikata bħala operatur ta’ SIPS, il-bord tal-entità legali li tagħha l-fergħa hija parti legament dipendenti;
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“il-Maniġment” tfisser diretturi eżekuttivi, jiġifieri f’sistema ta’ bord unitarju, il-membri tal-Bord tal-operatur ta’ SIPS li huma involuti fil-ġestjoni ta’ kuljum tas-SIPS u kwalunkwe uffiċjali eżekuttivi oħra maħtura mill-Bord li huma involuti fil-ġestjoni ta’ kuljum tas-SIPS, f’sistema ta’ bord doppju, il-membri tal-bord maniġerjali tal-operatur ta’ SIPS u kwalunkwe uffiċjli eżekuttivi oħra maħtura mill-Bord jew mill-bord maniġerjali li huma involuti fil-ġestjoni ta’ kuljum tas-SIPS;
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“il-Maniġment tal-Fergħa” tfisser, f’każijiet fejn fergħa tkun identifikata bħala operatur ta’ SIPS, id-diretturi maniġerjali maħtura formalment biex ikunu responsabbli għall-fergħa u li lilhom ikun debitament iddelegat it-twettiq tal-ġestjoni ta’ kuljum tas-SIPS;
|
|
Artikolu 2 (12)
|
“awtoritajiet rilevanti” tfisser awtoritajiet li għandhom interess leġittimu li jaċċċedu għall-informazzjoni minn SIPS biex jissodisfaw ir-rekwiżiti statutorji, eż. awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u superviżuri ta’ parteċipanti ewlenin;
|
|
Artikolu 2 (13)
|
“riskju legali” tfisser ir-riskju li jinħoloq mill-applikazzjoni ta’ liġi jew regolament, normalment li jirriżulta f’telf;
|
|
Artikolu 2 (14)
|
“riskju ta’ kreditu” tfisser ir-riskju li kontroparti, kemm jekk parteċipant jew entità oħra, ma tkunx tista’ tilħaq totalment l-obbligi finanzjarji tagħha meta jkunu dovuti jew fi kwalnkwe żmien fil-futur;
|
|
Artikolu 2 (15)
|
“riskju ta’ likwidità” tfisser ir-riskju li kontroparti, kemm jekk parteċipant jew entità oħra, ma jkollhiex biżżejjed fondi biex tilħaq l-obbligi finanzjarji tagħha meta jkunu dovuti, għalkemm jista’ jkollha fondi suffiċjenti biex tagħmel dan fil-futur;
|
|
Artikolu 2 (16)
|
“riskju operattiv” tfisser ir-riskju li d-defiċjenzi f’sistemi ta’ informazzjoni jew proċessi interni, żbalji umani, nuqqasijiet ta’ ġestjoni, jew interruzzjonijiet kkawżati minn avvenimenti esterni, partijiet terzi jew funzjonijiet, operazzjonijiet u/jew servizzi outsourced se jirriżulta fit-tnaqqis, deterjorament jew falliment tas-servizzi pprovduti minn SIPS;
|
|
Artikolu 2 (17)
|
“riskju ta’ negozju ġenerali” tfisser kwalunkwe impediment potenzjali tal-pożizzjoni finanzjarja tas-SIPS bħala negozju bħala konsegwenza ta’ tnaqqis fid-dħul tagħha jew żieda fl-ispejjeż tagħha, billi l-ispejjeż jeċċedu d-dħul u jirriżultaw f’telf li għandu jkun assenjat kontra l-kapital;
|
|
Artikolu 2 (18)
|
“riskju tal-kustodja” tfisser ir-riskju li tinkorri telf fuq attiv miżmum in kustodja fl-eventwalità ta’ insolvenza ta’ kustodju jew subkustodju, negliġenża, frodi, amministrazzjoni fqira jew żamma tar-rekords inadegwata;
|
|
Artikolu 2 (19)
|
“riskju ċibernetiku” tfisser il-probabbiltà li jseħħu inċidenti ċibernetiċi flimkien mal-impatt tagħhom;
|
|
Artikolu 2 (20)
|
“esternalizzazzjoni” tfisser arranġament fi kwalunkwe forma bejn l-operatur ta’ SIPS u parti terza jew entità intragrupp li taħtu dik il-parti terza jew entità intragrupp twettaq funzjonijiet, operazzjonijiet u/jew servizzi li kieku kienu jitwettqu mill-operatur ta’ SIPS;
|
|
Artikolu 2 (21)
|
“riskju sistemiku” tfisser ir-riskju ta’ parteċipant jew l-operatur ta’ SIPS li ma jilħqux l-obbligi rispettivi tagħhom f’SIPS jikkawża parteċipanti oħra u/jew operatur ta’ SIPS li ma jippermettux li jilħqu l-obbligi tagħhom meta jingħataw, potenzjalment b’effetti ta’ spillover li jheddu l-istabilità ta’ jew kunfidenza tas-sistema finanzjarja;
|
|
Artikolu 2 (22)
|
“miżura korrettiva” tfisser miżura jew azzjoni speċifika, irrispettivament mill-forma, it-tul ta’ żmien jew il-gravità tagħha, li tkun imposta fuq operatur tas-SIPS minn awtorità kompetenti biex tirrimedja, jew tevita ripetizzjoni ta’, nonkonformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 8 sa 27 u l-Artikolu 29;
|
|
Artikolu 2 (23)
|
“bank tas-saldu” tfisser bank li jżomm kontijiet fir-rigward tal-ħlasijiet, fejn iseħħ ir-rilaxx tal-obbligu li jinħoloq mis-sistema ta’ ħlas;
|
|
Artikolu 2 (24)
|
“parteċipant indirett” tfisser entità ġuridika li ma jkollhiex aċċess dirett għas-servizzi ta’ SIPS u tipikament ma tkunx marbuta kuntrattwalment direttament bir-regoli rilevanti tas-SIPS, u li l-ordnijiet ta’ trasferiment tagħha jiġu kklerjati, saldati u rreġistrati mis-SIPS permezz ta’ parteċipant dirett. Parteċipant indirett għandu relazzjoni kuntrattwali ma’ parteċipant dirett. L-entitajiet ġuridiċi rilevanti huma limitati għal:
|
(a)
|
istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);
|
|
(b)
|
ditti ta’ investiment kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);
|
|
(c)
|
kwalunkwe impriża li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun barra mill-Unjoni u li l-funzjonijiet tagħha jikkorrispondu għal dawk ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment tal-Unjoni, kif definit fil-punti (i) u (ii);
|
|
(d)
|
awtoritajiet pubbliċi u impriżi ggarantiti pubblikament, u kontropartijiet ċentrali, aġenti tas-saldu, kmamar tal-ikklerjar u operaturi tas-sistema kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (c), (d), (e) u (p), tad-Direttiva 98/26/KE;
|
|
(e)
|
istituzzjonijiet ta’ ħlas u istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u l-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);
|
|
|
Artikolu 2 (25)
|
“ordni ta’ trasferiment” tfisser ordni ta’ trasferiment kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (i), l-ewwel inċiż, tad-Direttiva 98/26/KE (11);
|
|
Artikolu 2 (26)
|
“kollateral transkonfinali” tfisser kollateral li għalih, mill-perspettiva tal-pajjiż li fih l-attiv huwa aċċettat bħala kollateral, mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin huwa barrani: (a) il-munita tad-denominazzjoni; (b) il-pajjiż li fih jinsab l-attiv; jew (c) il-pajjiż li fih l-emittent huwa stabbilit;
|
|
Artikolu 2 (27)
|
“obbligi finanzjarji” tfisser obbligi legali li jirriżultaw, fi ħdan is-SIPS, bejn parteċipanti jew bejn parteċipanti u l-operatur ta’ SIPS, bħala konsegwenza ta’ ordnijiet ta’ trasferiment li jiddaħħlu f’dak is-SIPS;
|
|
Artikolu 2 (28)
|
“Inċident ċibernetiku” tfisser kwalunkwe okkorrenza osservabbli f’sistema ta’ informazzjoni, inklużi n-netwerks li jippermettu t-trasferiment ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, li (a) tipperikola jew taffettwa ħażin iċ-ċibersigurtà jew (b) tikser il-politiki ta’ sigurtà, il-proċeduri ta’ sigurtà jew il-politiki ta’ użu aċċettabbli, kemm jekk jirriżultaw minn attività malizzjuża kif ukoll jekk le;
|
|
Artikolu 2 (29)
|
“parteċipant dirett” tfisser entità ġuridika li għandha aċċess dirett għas-servizzi ta’ SIPS fuq il-bażi ta’ relazzjoni kuntrattwali li biha tkun marbuta bir-regoli tas-SIPS rilevanti, titħalla tibgħat ordnijiet ta’ trasferiment lil dik is-sistema u tkun kapaċi tirċievi ordnijiet ta’ trasferiment minnha;
|
|
Artikolu 2 (30)
|
“ċibersigurtà” tfisser il-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni u/jew tas-sistemi tal-informazzjoni, inklużi netwerks li jippermettu t-trasferiment ta’ informazzjoni u komunikazzjoni;
|
|
Artikolu 2 (31)
|
“jum ta’ negozju” tfisser jum ta’ negozju kif definitafl-Artikolu 2, il-punt (n), tad-Direttiva 98/26/KE;
|
|
Artikolu 2 (32)
|
“theddida ċibernetika” tfisser kwalunkwe ċirkostanza bil-potenzjal li tiġi sfruttata vulnerabbiltà waħda jew aktar li jista’ jkollha impatt negattiv fuq iċ-ċibersigurtà;
|
|
Artikolu 2 (33)
|
“fornitur ta’ servizz ta’ esternalizzazzjoni” tfisser parti terza jew entità intragrupp li twettaq funzjonijiet, operazzjonijiet u/jew servizzi fil-kuntest ta’ arranġament ta’ esternalizzazzjoni;
|
|
Artikolu 2 (34)
|
“ħlas transkonfinali” tfisser ħlas bejn parteċipanti stabbiliti f’pajjiżi differenti;
|
|
Artikolu 2 (35)
|
“direttur indipendenti” tfisser, f’sistema ta’ bord unitarju, membru mhux eżekuttiv tal-bord jew, f’sistema ta’ bord doppju, membru tal-bord superviżorju jew ekwivalenti, li ma għandu l-ebda relazzjoni ta’ negozju, familja jew relazzjoni oħra li tqajjem kunflitt ta’ interess rigward is-SIPS jew l-operatur ta’ SIPS, l-azzjonisti li jikkontrollawhom, il-maniġment tagħhom jew il-parteċipanti tagħhom, u li ma kellu l-ebda relazzjoni bħal din matul is-sentejn ta’ qabel is-sħubija tagħhom fil-Bord;
|
|
Artikolu 2 (36)
|
“pjan ta’ rkupru” tfisser pjan żviluppat minn operatur ta’ SIPS biex jistabbilixxi mill-ġdid l-operat bla xkiel ta’ SIPS;
|
|
Artikolu 2 (37)
|
“pjan ta’ stralċ ordinat” tfisser pjan żviluppat minn operatur ta’ SIPS għall-għeluq ordnat ta’ SIPS;
|
|
Artikolu 2 (38)
|
“partijiet interessati rilevanti” tfisser parteċipanti, IFM li għandhom impatt fuq ir-riskju f’SIPS, u fuq bażi ta’ każ b’każ, atturi oħra tas-suq affettwat;
|
|
Artikolu 2 (39)
|
“sitwazzjoni ta’ emerġenza” tfisser avveniment, okkorrenza jew ċirkustanza li kapaċi twassal għal telf jew tfixkil tal-funzjonijiet, operazzjonijiet u/jew servizzi ta’ SIPS, inklużi interferenzi fi jew prevenzjoni ta’ saldu finali;
|
|
Artikolu 2 (40)
|
“materjal” jikkwalifika riskju, dipendenza u/jew bidla li tista’ taffettwa l-abbiltà ta’ entità li twettaq jew tipprovdi servizzi kif mistenni;
|
|
Artikolu 2 (41)
|
“fornitur tal-likwidità” tfisser fornitur tal-flus kontanti taħt l-Artikoli 10(3), 11(5), 13(1), 13(9) u 13(11) jew attiv taħt l-Artikolu 13(4), inkluż parteċipant ta’ SIPS jew parti esterna;
|
|
Artikolu 2 (42)
|
“skopertura tal-kreditu” tfisser ammont jew valur f’riskju li parteċipant ma jagħmilx saldu għal valur sħiħ, jew meta jkun dovut jew fi kwalunkwe ħin wara;
|
|
Artikolu 2 (43)
|
“sistema ta’ saldu nett differita” (sistema DNS) tfisser sistema li fir-rigward tagħha s-saldu fi flus ta’ bank ċentrali iseħħ fuq bażi netta fl-aħħar taċ-ċiklu ta’ saldu predefinit, eż. fl-aħħar ta’, jew matul, jum ta’ negozju;
|
|
Artikolu 2 (44)
|
“affiljat” tfisser kumpannija li tikkontrolla, jew hija kkontrollata minn, jew hija taħt il-kontroll ma’, il-parteċipant. Kontroll ta’ kumpannija huwa ddefinit bħala (a) sjieda, kontroll jew investiment ta’ 20 % jew iżjed ta’ klassi ta’ titoli ta’ votazzjoni ta’ kumpannija; jew (b) konsolidazzjoni tal-kumpannija għal finijiet ta’ rapportar finanzjarju;
|
|
Artikolu 2 (45)
|
“riskju tas-suq” tfisser ir-riskju ta’ telf, f’pożizzjonijiet kemm fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll barra minnha, li jirriżultaw minn movimenti fi prezzijiet tas-suq;
|
|
Artikolu 2 (46)
|
“riskju wrong-way” tfisser riskju li jirriżulta minn skopertura għal parteċipant jew emittent meta l-kollateral pprovdut minn dak il-parteċipant jew maħruġ minn dak l-emittent huwa korrelatat ħafna mar-riskju tal-kreditu tiegħu;
|
|
Artikolu 2 (47)
|
“aġent nostro” tfisser bank użat minn parteċipanti f’SIPS għas-saldu;
|
|
Artikolu 2 (48)
|
“bank kustodju” tfisser bank li jżomm u jissalvagwardja l-attiv finanzjarju ta’ partijiet terzi;
|
|
Artikolu 2 (49)
|
“kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli” tfisser sett komprensiv ta’ kundizzjonjiet storiċi u ipotetiċi, inkluż il-perijodi l-aktar volatili li kienu esperjenzati mis-swieq li jservu s-SIPS;
|
|
Artikolu 2 (50)
|
“ħlas unilaterali” tfisser ħlas li jinvolvi fonsi wieħed ta’ trasferiment f’munita waħda;
|
|
Artikolu 2 (51)
|
“ħlas bilaterali” tfisser ħlas li jinvolvi żewġ fondi ta’ trasferimenti f’muniti differenti f’sistema ta’ saldu ta’ skambju għall-valur;
|
|
Artikolu 2 (52)
|
“data intiża tas-saldu” tfisser id-data li hija mniżżla fis-SIPS bħala d-data tas-saldu mill-emittent ta’ ordni ta’ trasferiment;
|
|
Artikolu 2 (53)
|
“riskju prinċipali” tfisser ir-riskju li kontroparti titlef il-valur sħiħ involut fi tranżazzjoni, jiġifieri jew ir-riskju li bejjiegħ ta’ attiv finanzjarju jikkunsinna l-attiv b’mod irrevokabbli, iżda ma jirċevix ħlas, jew ir-riskju li xerrej ta’ attiv finanzjarju jħallas b’mod irrevokabbli, iżda ma jirċevix l-attiv;
|
|
Artikolu 2 (54)
|
“fornitur ta’ servizzi u ta’ utilità” tfisser parti terza jew entità intragrupp li tipprovdi proċess, servizz, utilità jew attività, jew partijiet minnhom, lil operatur ta’ SIPS;
|
|
Artikolu 2 (55)
|
“intelligence dwar it-theddid” tfisser kwalunkwe informazzjoni li tkun ġiet aggregata, trasformata, analizzata, interpretata jew arrikkita biex tipprovdi l-kuntest meħtieġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet biex jittaffa l-impatt ta’ inċident ċibernetiku jew ta’ theddida ċibernetika;
|
|
Artikolu 2 (56)
|
“subesternalizzazzjoni” tfisser trasferiment minn fornitur ta’ servizz ta’ esternalizzazzjoni lil parti terza oħra jew entità intragrupp tal-obbligu li jiġu pprovduti funzjonijiet, operazzjonijiet u/jew servizzi;
|
|
Artikolu 2 (57)
|
“riskju ta’ konċentrazzjoni” tfisser ir-riskju li jirriżulta minn esponiment għal fornituri individwali jew multipli ta’ servizzi esternalizzati li joħloq grad ta’ dipendenza fuq tali fornituri sabiex in-nuqqas ta’ disponibbiltà, falliment jew nuqqas ieħor fis-servizz ta’ tali fornitur jista’ jaffettwa b’mod negattiv is-SIPS u/jew l-operatur ta’ SIPS, inkluż billi jipperikola l-kapaċità tiegħu li jopera u jipprovdi s-servizzi tiegħu, u/jew jipperikola l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|