+ANNESS IV

ANNESS IV

ANNESS IV

Attributi tad-dejta, definizzjonijiet u valuri

Din it-tabella tipprovdi deskrizzjonijiet dettaljati standard u definizzjonijiet tal-attributi tad-dejta speċifikati fl-Annessi I sa III. Tipprovdi wkoll il-valuri li għandhom jiġu rrapportati għall-attributi tad-dejta, inklużi deskrizzjonijiet tal-valuri.

Il-BĊNi huma responsabbli biex jittrasponu l-attributi tad-dejta u l-valuri f'attributi tad-dejta ekwivalenti u valuri applikabbli fil-livell nazzjonali.

Terminu

Tip ta' terminu

Definizzjoni

Identifikatur tal-kontroparti

Attribut tad-dejta

Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull kontroparti. Kull kontroparti għandu jkollha identifikatur tal-kontraparti wieħed. Dan il-valur mhux se jinbidel maż-żmien u ma jistax jintuża bħala identifikatur tal-kontroparti għal xi kontroparti oħra.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-aġent li jirrapporta.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur ta' aġent osservat

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-aġent osservat.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-kuntratt

Attribut tad-dejta

Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull kuntratt. Kull kuntratt għandu jkollu identifikatur tal-kontraparti wieħed. Dan il-valur mhux ser jinbidel maż-żmien u ma jistax jintuża bħala l-identifikatur tal-kuntratt għal xi kuntratt ieħor.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-istrument

Attribut tad-dejta

Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull strument taħt kuntratt uniku. Kull strument għandu jkollu identifikatur ta' strument uniku. Dan il-valur ma jinbidilx maż-żmien u ma jistax jintuża bħala identifikatur tal-istrument għal kwalunkwe strument ieħor taħt l-istess kuntratt.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull protezzjoni użata biex tiggarantixxi l-istrument. Kull protezzjoni għandu jkollha identifikatur tal-protezzjoni uniku. Dan il-valur mhux se jinbidel maż-żmien u ma jistax jintuża bħala identifikatur tal-protezzjoni għal xi protezzjoni oħra.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-fornitur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-fornitur tal-protezzjoni.

Jekk il-fornitur tal-protezzjoni mhuwiex entità ġuridika, l-identifikatur tal-fornitur tal-protezzjoni mhuwiex meħtieġ li jiġi rrapportat.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Dejta ta' referenza tal-kontroparti

Identifikatur ta' entità ġuridika (LEI)

Attribut tad-dejta

Identifikatur ta' entità ġuridika tal-kontroparti assenjat skont l-istandard 17442 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO)

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur nazzjonali

Attribut tad-dejta

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat b'mod komuni li jippermetti l-identifikazzjoni mingħajr ambigwità ta' kontroparti jew tal-entità ġuridika li tagħha tifforma parti l-kontroparti ġewwa l-pajjiż ta' residenza tagħha.

Għal kontroparti li hija fergħa barranija, l-identifikatur nazzjonali jirriferi għall-entità ġuridika li tagħha tifforma parti l-fergħa barranija.

Għal kontroparti li ma hijiex fergħa barranija, l-identifikatur nazzjonali jirriferi għall entità ġuridika li minnha tifforma parti l-kontraparti.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-uffiċċju prinċipali tal-impriża

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-entità ġuridika li tagħha l-fergħa barranija hija dipendenti legalment.

Din l-informazzjoni għandha tiġi rrapportata biss għall-kontropartijiet li huma friegħi barranin.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-impriża prinċipali immedjata

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-entità ġuridika li hija l-impriża prinċipali immedjata tal-kontroparti. Jekk il-kontroparti ma jkollha l-ebda kumpannija prinċipali, l-identifikatur tal-kontroparti għall-kontroparti nnifisha għandha tiġi rrapportata.

Impriża prinċipali għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(15)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-impriża prinċipali aħħarija

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-entità ġuridika li hija l-impriża prinċipali aħħarija tal-kontroparti. L-impriża parent aħħarija m'għandha l-ebda impriża prinċipali. Jekk il-kontroparti ma jkollha l-ebda kumpannija prinċipali, l-identifikatur tal-kontroparti għall-kontroparti nnifisha għandha tiġi rrapportata.

Impriża prinċipali għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(15)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Isem

Attribut tad-dejta

Isem legali sħiħ tal-kontroparti

Sensiela ta' karattri

Valur

Sekwenza limitata ta' karattri.

Indirizz: triq

Attribut tad-dejta

Indirizz tat-triq tal-kontroparti, inkluż in-numru tat-triq.

Sensiela ta' karattri

Valur

Sekwenza limitata ta' karattri.

Indirizz: belt/raħal

Attribut tad-dejta

Belt jew raħal tal-kontroparti.

Sensiela ta' karattri

Valur

Sekwenza limitata ta' karattri.

Indirizz: kodiċi postali

Attribut tad-dejta

Kodiċi postali tal-kontroparti.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Indirizz: kontea/diviżjoni amministrattiva

Attribut tad-dejta

Kontea jew diviżjoni amministrattiva simili ta' kontropartijiet residenti fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Sensiela ta' karattri

Valur

Reġjuni ta' NUTS 3

Indirizz: pajjiż

Attribut tad-dejta

Pajjiż tal-kontroparti

Kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2

Valur

Kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż.

Forma legali

Attribut tad-dejta

Tip ta' entità tan-negozju kif iddefinit fis-sistema legali nazzjonali.

Sensiela ta' karattri

Valur

Sekwenza limitata ta' karattri.

Settur istituzzjonali

Attribut tad-dejta

Setturi istituzzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013, Regolament (UE) Nru 575/2013 u Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (1).

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Valur

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif iddefiniti fil-paragrafi 2.45 sa 2.50 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Bank Ċentrali

Valur

Banek ċentrali kif iddefiniti fil-paragrafi 2.72 sa 2.74 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur

Istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur

Korporazzjonijiet li jaċċettaw depożiti li mhumiex istituzzjonijiet ta' kreditu kif iddefiniti fl-Artikolu 1(a)(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Fondi ta' suq tal-flus (MMF)

Valur

Fondi tas-Suq Monetarju (Money Market Funds — MMFs) huma ddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Fondi ta' investiment li mhumiex MMF

Valur

Fondi ta' investiment li mhumiex MMF kif iddefiniti fil-punt 2.82 sa 2.85 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Korporazzjonijiet li huma vetturi finanzjarji (FVCs) involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni

Valur

FVCs involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40).

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjoni u korporazzjonijiet finanzjarji vettura li jagħmlu tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni

Valur

Intermedjqarji finanzjarji oħrajn minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni kif iddefiniti fil-paragrafu 2.86 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 u bl-esklużjoni ta' FVCs involuti fi transazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40).

Awżiljari finanzjarji

Valur

Awżiljari finanzjarji kif iddefiniti fil-paragrafu 2.63 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Istituzzjonijiet finanzjarji selliefa ta' flus kaptivi

Valur

Istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa ta' flus kif iddefiniti fil-paragrafi (98) sa (99) tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

Valur

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni kif iddefiniti fil-paragrafi 2.100 sa 2.104 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Fondi tal-pensjoni

Valur

Fondi tal-pensjoni kif iddefiniti fil-paragrafi 2.105 sa 2.110 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Gvern ċentrali

Valur

Gvern ċentrali kif iddefinit fil-paragrafu 2.114 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Gvern statali

Valur

Gvern statali kif iddefinit fil-paragrafu 2.115 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Gvern lokali

Valur

Gvern lokali kif iddefinit fil-paragrafu 2.116 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Fondi tas-sigurtà soċjali

Valur

Fondi tas-sigurtà soċjali kif iddefiniti fil-paragrafu 2.117 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi

Valur

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi, kif iddefiniti fil-paragrafi 2.129 sa 2.130 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Attività ekonomika

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' kontropartijiet skont l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, b'mod konformi mal-klassifikazzjoni statistika tar-reviżjoni 2 ta' NACE kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

NACE code

Valur

Kodiċi NACE tal-livell tnejn, tlieta jew erbgħa skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Status tal-proċeduri legali

Attribut tad-dejta

Kategoriji li jiddeskrivu l-istatus legali ta' kontroparti b'rabta mas-solvenza tiegħu/tagħha fuq il-bażi tal-qafas legali nazzjonali.

Il-BĊN għandu jittrasponi dawn il-valuri fil-qafas legali nazzjonali. Maż-żmien għandha titħejja tabella ta' referenza minn kull BĊN biex jiġu ffaċilitati l-interpretazzjoni u l-paragun ta' dawn il-valuri bejn diversi pajjiżi.

Ma ttieħdet ebda azzjoni legali

Valur

Ma tteħditx azzjonali legali fir-rigward tas-solvenza jew l-indebitament ta' kontroparti.

Taħt amministrazzjoni ġudizzjarja, amministrazzjoni kkontrollata (receivership), jew miżuri simili

Valur

Kull proċedura li tinvolvi l-intervent ta' korp ġudizzjarju jew simili mmirat biex jintlaħaq ftehim ta' rifinanzjament fost il-kredituri, ħlief għal proċeduri ta' falliment jew ta' insolvenza.

Falliment/insolvenza

Valur

Proċeduri ta' falliment jew insolvenza kollettivi u vinkolanti taħt kontroll ġudizzjarju, li jinvolvu ċ-ċessjoni parzjali jew totali tal-kontroparti u l-ħatra ta' likwidatur.

Miżuri legali oħrajn

Valur

Miżuri legali li mhumiex dawk speċifikati diġà, inklużi miżuri legali bilaterali bejn l-aġenti li jirrapportaw u l-kontroparti.

Data tal-bidu tal-proċeduri legali

Attribut tad-dejta

Id-data meta nbdew il-proċeduri legali, kif irrapportat taħt l-attribut “status tal-proċeduri legali”. Din id-data għandha tkun id-data relevanti l-aktar reċenti qabel id-data tar-rapportar u għandha tkun irrapportata biss jekk l-attribut tad-dejta “Status tal-proċeduri legali” ikollu valur li mhuwiex “Ma ttieħdet ebda azzjoni legali”.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss

Daqs tal-impriża

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' impriżi skont id-daqs, skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE. (3).

Impriża kbira

Valur

Impriża li ma tikkwalifikax bħala impriża ta' daqs mikro, żgħira jew medja (SME), skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Impriża medja

Valur

Impriża li tikkwalifika bħala SME, imma mhux bħala impriża żgħira jew bħala impriża mikro, skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Impriża żgħira

Valur

Impriża li tikkwalifika bħala impriża żgħira skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Impriża mikro

Valur

Impriża li tikkwalifika bħala impriża mikro skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Data tad-daqs tal-impriża

Attribut tad-dejta

Id-data li għaliha jirreferi l-valur pprovdut fid-“daqs tal-impriża”. Din hija d-data tal-aħħar dejta użata għall-klassifikazzjoni jew r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-impriża.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss

Numru ta' impjegati

Attribut tad-dejta

Numru ta' impjegati li jaħdmu għall-kontroparti, skont l-Artikolu 5 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Numeriku

Valur

Numru mhux negattiv

Total tal-karta tal-bilanċ

Attribut tad-dejta

Valur kontabilistiku tal-assi totali tal-kontroparti skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Fatturat Annwali

Attribut tad-dejta

Volum ta' bejgħ annwali nett minn kull skont u taxxi tal-bejgħ tal-kontroparti skont ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. Ekwivalenti għall-kunċett “bejgħ annwali totali” fl-Artikolu 153(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Standard ta' kontabbiltà

Attribut tad-dejta

Standard ta' kontabbiltà użat mill-entità ġuridika tal-aġent osservat. Jekk l-aġent li jirrapporta huwa suġġett għar-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13), id-dejta tiġi rreġistrata skont l-istandard ta' konformità — l-International Financial Reporting Standards (IFRS) jew in-national generally accepted accounting principles (GAAP) — applikati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13) mill-entità ġuridika tal-aġent osservat.

IFRS

Valur

IFRS, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

GAAP nazzjonali konsistenti mal-IFRS

Valur

Oqfsa ta' kontabbiltà nazzjonali żviluppati skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (5) li tapplika kriterji IFRS għall-istrumenti.

GAAP nazzjonali mhux konsistenti mal-IFRS

Valur

Oqfsa ta' kontabbiltà nazzjonali żviluppati skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE li ma tapplikax kriterji IFRS għall-istrumenti.

Dejta dwar ir-riskju tal-kontroparti

Probabbiltà ta' inadempjenza

Attribut tad-dejta

Il-probabbiltà tal-inadempjenza tal-kontroparti matul sena ddeterminata skont l-Artikoli 160, 163, 179 u180 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Numeriku

Valur

Numru minn 0 sa 1.

Dejta dwar l-inadempjenza ta' kontroparti

Status ta' inadempjenza tal-kontroparti

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni tal-istatus ta' inadempjenza tal-kontroparti. Kategoriji li jiddeskrivu l-motivi li għalihom il-kontroparti tista' tkun inadempjenti skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Mhux inadempjenti

Valur

Kontroparti mhux inadempjenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenti għaliex x'aktarx li mhux ser tħallas

Valur

Kontroparti inadempjenti għaliex aktarx li mhux se tħallas skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenti għaliex ilu dovut iktar minn 90/180 jum

Valur

Kontroparti inadempjenti għaliex kwalunkwe dejn ilu dovut iktar minn 90/180 jum skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenza kemm għaliex aktarx li mhux ser tħallas kif ukoll għaliex għaddew aktar minn 90/180 jum mid-data meta l-ħlas sar dovut

Valur

Kontroparti inadempjenti kemm għaliex il-kontroparti aktarx li mhux ser iħallas kif ukoll għaliex kull dejn ilu dovut għal iktar minn 90/180 jum skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-istatus ta' inadempjenza, kif irrapportat fl-attribut tad-dejta “Status inadempjenti tal-kontroparti”, jitqies li ġie fis-seħħ.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Dejta dwar l-istrument

Tip ta' strument

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni tal-istrument skont it-tip ta' termini kuntrattwali miftiehma bejn il-partijiet.

Depożiti minbarra operazzjonijiet ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid

Valur

Depożiti kif iddefiniti fil-paragrafu 5.79 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 minbarra operazzjonijiet ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid.

Overdraft

Valur

Overdraft kif iddefinit fil-punt 2(1)(c) tat-Tabella fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Dejn tal-karta ta' kreditu

Valur

Kreditu mogħti permezz ta' karti ta' debitu ttardjat, jiġifieri li jipprovdi kreditu ta' konvenjenza, jew permezz ta' karti ta' kreditu, jiġifieri karti li jipprovdu kreditu ta' konvenjenza u kreditu estiż.

Kreditu li jdur minbarra overdrafts u dejn ta' karta tal-kreditu

Valur

Kreditu li għandu l-karatterisitiċi li ġejjin:

(i)

id-debitur jista' juża jew jiġbed fondi sa limitu ta' kreditu approvat minn qabel mingħajr ma jagħti avviż minn qabel lill-kreditur;

(ii)

l-ammont ta' kreditu disponibbli jista' jiżdied u jonqos hekk kif il-fondi jittieħdu b'self u jitħallsu lura;

(iii)

il-kreditu jista' jintuża b'mod ripetittiv;

(iv)

ma jkunx dejn ta' karta ta' kreditu jew overdraft.

Linji ta' kreditu minbarra kreditu li jdur

Valur

Kreditu li għandu l-karatterisitiċi li ġejjin:

(i)

id-debitur jista' juża jew jiġbed fondi sa limitu ta' kreditu approvat minn qabel mingħajr ma jagħti avviż minn qabel lill-kreditur;

(ii)

il-kreditu jista' jintuża ripetutament;

(iii)

ma jkunx kreditu li jdur, dejn ta' karta ta' kreditu jew overdraft.

Operazzjonijiet ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid

Valur

Repo rriversjat kif iddefinit fil-Parti 2.14 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Riċevibbli kummerċjali

Valur

Ammont tal-kummerċ riċevibbli kif iddefinit fil-paragrafu 5.41(c) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 680/2014.

Kirjiet finanzjarji

Valur

Kirjiet finanzjarji kif iddefiniti fil-paragrafi 5.134 sa 5.135 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Self ieħor

Valur

Self ieħor mhux inkluż fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Self għandu l-istess tifsira kif iddefinit fil-punt 5.112, 5.113 u 5.114 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013;

Self għal finanzjament ta' proġett

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni ta' finanzjament ta' proġett.

Self għal finanzjament ta' proġett

Valur

Jintuża jekk l-istrument huwa self ta' finanzjament ta' proġett skont l-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Self mhux għal finanzjament ta' proġett

Valur

L-istrument mhuwiex self ta' finanzjament ta' proġett skont l-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Muniti

Attribut tad-dejta

Denominazzjoni tal-munita tal-istrumenti, skont l-istandard ISO 4217.

Standard ISO 4217

Valur

Kodiċi standard ISO 4217 għall-muniti.

Data ta' bidu

Attribut tad-dejta

Id-data meta bdiet ir-relazzjoni kuntrattwali, jiġifieri d-data meta l-ftehim kuntrattwali sar vinkolanti għall-partijiet kollha.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Data tas-saldu

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-kundizzjonijiet speċifikati fil-kuntratt huma jew jistgħu jiġu eżegwiti għall-ewwel darba, jiġifieri d-data meta l-istrumenti finanzjarji huma skambjati jew maħluqa inizjalment.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Data ta' maturità finali legali

Attribut tad-dejta

Id-data ta' maturità kuntrattwali tal-istrument, wara li jitqies kull ftehim li jemenda l-kuntratti inizjali.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Rikors

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni tal-istrumenti bbażata fuq id-drittijiet tal-kreditur li jaqbad l-assi tad-debitur ħlief għal kwalunkwe protezzjoni li tiggarantixxi l-istrument.

Rikors

Valur

Strument li bih il-kreditur għandu d-dritt jaqbad l-assi tad-debitur għajr għal kull protezzjoni mogħtija biex tiggarantixxi l-istrument, jew, fil-każ ta' ammonti riċevibbli fil-kummerċ, id-dritt għall-ġbir ta' dejn mill-entità li biegħet l-ammonti riċevibbli lill-kreditur.

L-ebda rikors

Valur

Strument mingħajr rikors kif iddefinit iktar 'il fuq.

Tip tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' skopertura tal-kreditu bbażati fuq ir-rata bażika biex tiġi stabbilita r-rata ta' imgħax għal kull perijodu ta' ħlas.

Fiss

Valur

Skema li tiddefinixxi r-rati tal-imgħax matul il-ħajja tal-iskopertura li tinkludi biss rata kostanti — rata kostanti numerika magħruga biċ-ċertezza fil-bidu tal-iskopertura — u fejn ir-rati tal-imgħax japplikaw għall-iskopertura sħiħa. L-iskema tista' tinkludi iktar minn rata ta' imgħax waħda kostanti li tiġi applikata f'perijodi differenti matul il-ħajja tal-iskopertura (eż. self b'rati ta' imgħax kostanti matul il-perijodu b'rata fiss inizjali, li mbagħad tinbidel għal rata ta' imgħax differenti, li għadha kostanti, u li kienet magħrufa fil-bidu tal-iskopertura).

Variabbli

Valur

Skema li tiddefinixxi r-rati tal-imgħax matul il-ħajja tal-iskopertura li tinkludi biss rati ta' imgħax ibbażati fuq l-evoluzzjoni ta' varjabbli oħra (il-varjabbli ta' referenza) u fejn ir-rata ta' imgħax tapplika għall-iskopertura sħiħa.

Imħallat

Valur

Other interest rate type not included in any of the categories listed above.

Frekwenza tal-rissettjar tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Frekwenza li biha r-rata tal-imgħax tiġi rrisettjata wara l-perijodu ta' rata fissa inizjali, jekk hemm.

Ma tistax tiġi rrissettjata

Valur

Strument li ma jinkludix ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata tal-imgħax.

Mil-lejl għan-nhar

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi ta' kuljum.

Ta' kull xahar

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi ta' kull xahar.

Trimestrali

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi trimestrali.

Semiannwalment

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi semiannwali.

Annwalment

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi annwali.

Fid-diskrezzjoni tal-kreditur

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali li bih il-kreditur għandu d-dritt li jistabbilixxi d-data tar-risettjar tar-rata ta' imgħax.

Frekwenza oħra

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata tal-imgħax bi frekwenza differenti minn dik ta' kwalunkwe kategorija oħra elenkata iktar 'il fuq.

Data tat-tmiem tal-perijodu ta' imgħax biss

Attribut tad-dejta

Id-data meta jintemm il-perijodu ta' imgħax biss. Imgħax biss huwa strument li għalih, għal perijodu stabbilit kuntrattwalment, jitħallas biss l-imgħax fuq il-kapital, waqt li l-bilanċ tal-kapital ma jinbidilx.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Rati ta' referenza

Attribut tad-dejta

Rata ta' referenza użata għall-kalkolu tar-rata ta' imgħax attwali.

Kodiċi tar-rata ta' referenza

Valur

Il-kodiċi tar-rata ta' Referenza huwa taħlita tal-valur tar-rata ta' referenza u l-valur tal-maturità.

Għandhom jintużaw il-valuri tar-rati ta' referenza li ġejjin:

EURIBOR, USD LIBOR, GPB LIBOR, EUR LIBOR, JPY LIBOR, CHF LIBOR, MIBOR, rati ta' referenza individwali oħra, rati ta' referenza multipli oħrajn.

Il-maturitajiet li ġejjin għandhom jintużaw:

Mil-lejl għan-nhar, ġimgħa, ġimgħatejn, tliet ġimgħat, xahar, xahrejn, tliet xhur, erba' xhur, ħames xhur, sitt xhur, seba' xhur, tmien xhur, disa' xhur, għaxar xhur, ħdax-il xahar, tnax-il xahar.

Il-kodiċi tar-rata ta' referenza huwa fformat bil-mod li ġej: il-valur tar-rata ta' referenza tiġi kkombinata mal-valur tal-maturità.

Marġni/firxa tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Marġni jew firxa (espressi f'perċentwali) biex tiżdied mar-rata ta' referenza li tintuża għall-kalkolu tar-rata ta' imgħax f'punti bażi.

Numeriku

Valur

Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.

Limitu tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Valur massimu għar-rata ta' imgħax mitluba.

Numeriku

Valur

Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.

Limitu bażi tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Valur minimu għar-rata ta' imgħax mitluba.

Numeriku

Valur

Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.

Skop

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' strumenti skont l-iskop tagħhom.

Kollateral ta' beni immobbli residenzjali

Valur

Finanzjament ta' proprjetà residenzjali. Proprjetà residenzjali hija ddefinita fl-Artikolu 4(1)(75) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Xiri ta' beni immobbli kummerċjali;

Valur

Finanzjament ta' proprjetà immobbli li ma tkunx proprjetà residenzjali.

Self b'marġni

Valur

Strumenti li fihom istituzzjoni testendi kreditu b'konnessjoni mal-akkwist, il-bejgħ, iż-żamma jew in-negozjar tat-titoli. Strumenti ta' self b'marġni ma jinkludux self ieħor li huwa ggarantit minn kollateral f'forma ta' titoli;

Finanzjament ta' dejn

Valur

Finanzjament ta' dejn pendenti jew li qed jimmatura. Dan jinkludi rifinanzjament ta' dejn.

Importazzjonijiet

Valur

Finanzjament ta' oġġetti u servizzi (xiri, skambju u/jew rigali) minn persuni mhux residenti lil residenti

Esportazzjonijiet

Valur

Finanzjament ta' oġġetti u servizzi (xiri, skambju u/jew rigali) minn persuni residenti lil persuni mhux residenti.

Investiment fil-kostruzzjoni

Valur

Finanzjament ta' kostruzzjoni ta' bini, infrastruttura u faċilitajiet industrijali.

Faċilità ta' kapital tax-xogħol

Valur

Finanzjament tal-ġestjoni tal-fluss ta' kontanti ta' organizzazzjoni

Skopijiet oħrajn

Valur

Skopijiet oħrajn mhux inklużi fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Tip ta' ammortizzament

Attribut tad-dejta

Tip ta' ammortizzament ta' strument inkluż il-kapital u l-imgħax.

Franċiż

Valur

Amortizzazzjoni fejn l-ammont totali — kapital u mgħax — imħallas lura f'kull pagament huwa l-istess.

Ġermaniż

Valur

Ammortizzament fejn l-ewwel rata hina bl-imgħax biss u r-rati li jibqa' huma kostanti, inkluż ammortizzament kapitali u mgħax.

Skeda ta' ammortizzament fissa

Valur

Amortizzazzjoni fejn l-ammont prinċipali mħallas lura f'kull pagament ikun l-istess.

Bullet

Valur

Ammortizzament fejn l-ammont prinċipali kollu jitħallas lura fl-aħħar pagament.

Oħrajn

Valur

Tip ta' ammortizzament ieħor mhux inkluż fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Frekwenza ta' ħlas

Attribut tad-dejta

Frekwenza ta' ħlasijiet dovuti, jew tal-kapital jew l-imgħax, jiġifieri numru ta' xhur bejn il-pagamenti

Ta' kull xahar

Valur

Fuq bażi ta' kull xahar.

Trimestrali

Valur

Fuq bażi trimestrali

Semiannwalment

Valur

Fuq bażi semiannwali

Annwali

Valur

Fuq bażi annwali.

Bullet

Valur

Ammortizzament fejn l-ammont prinċipali kollu jitħallas lura fl-aħħar pagament irrispettivament mill-frekwenza tal-ħlas ta' imgħax.

Kupun żero

Valur

Ammortizzament fejn l-ammont prinċipali kollu jitħallas lura fl-aħħar pagament.

Oħrajn

Valur

Frekwenza ta' ħlas ieħor mhux inkluż fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Identifikatur ta' kuntratt Sindikat

Attribut tad-dejta

“Identifikatur ta' kuntratt” applikat mill-arranġatur ewlieni tas-self sindakat biex jiġi identifikat b'mod uniku kull kuntratt. Kull kuntratt sinfikat għandu jkollu “identifikatur ta' kuntratt sindikat” wieħed. Dan il-valur ma jinbidilx maż-żmien u ma jistax jintuża mill-arranġatur ewlieni bħala l-identifikatur tal-kuntratt għal xi kuntratt ieħor. Il-kredituri kollha li jipparteċipaw fil-kuntratt sinfikat għandhom jużaw l-istess “identifikatur tal-kuntratt sindikat”.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Dejn subordinat

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni ta' dejn subordinat Strumenti ta' debitu subordinat jipprovdu pretensjoni sussidjarja kontra l-istituzzjoni emittenti li tista' tiġi eżerċitata biss wara li jkunu ġew sodisfatti l-pretensjonijiet kollha bi status ogħla, (eż. depożiti/self).

Dejn subordinat

Valur

L-istrument huwa dejn subordinat skont it-Tabella fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Dejn mhux subordinat

Valur

L-istrument mhux subordinat.

Drittijiet ta' ħlasijiet lura

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' skopertura tal-kreditu skont id-drittijiet tal-kreditu biex jitlob il-ħlas lura tal-iskopertura.

Fuq talba jew avviż qasir

Valur

Strumenti li jitħallsu lura fuq talba tal-kreditur fi żmien qasir.

Oħrajn

Valur

Strumenti suġġetti għal drittijiet ta' ħlas lura ħlief fuq talba jew fi żmien qasir.

Strument fiduċjarju

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni ta' strumenti fejn l-aġent osservat jaġixxi f'ismu stess iżda għan-nom u bir-riskju fuq it-terza persuna.

Strument fiduċjarju

Valur

Jintuża biss jekk l-istrument jitpoġġa f'kapaċità fiduċjarja.

Strument mhux fiduċjarju

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ma jitpoġġiex f'kapaċità fiduċjarja.

L-ammont ta' impenn fil-bidu

Attribut tad-dejta

Skopertura massima ta' aġent osservat għar-riskju tal-kreditu fid-data tal-bidu tal-istrument, mingħajr ma titqies kwalunkwe protezzjoni miżmuma jew titjib ieħor fil-kreditu. Ammont totali kommess fid-data tal-bidu jiġi stabbilit matul il-proċess ta' approvazzjoni u huwa intiż li jirrestrinġi l-ammont ta' tar-riskju tal-kreditu tal-aġent osservat lil kontroparti partikolari għall-istrument rilevanti.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Tibdil ta' valur ġust minħabba tibdil fir-riskju ta' kreditu qabel ix-xiri

Attribut tad-dejta

Id-differenza bejn l-ammont nominali dovut u l-prezz ta' xiri tal-istrument u d-data tax-xiri. Dan l-ammont għandu jiġi rrapportat għall-istrumenti mixtrija għal ammont inqas mill-ammont dovut minħabba d-deterjorament tar-riskju tal-kreditu.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. Ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza.

Dejta finanzjarja

Rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Rata miftiehma annwalizzata jew rata tal-imgħax iddefinita b'mod ristrett skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/34) (6).

Numeriku

Valur

Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.

Data tar-risettjar tar-rata tal-imgħax li jmiss

Attribut tad-dejta

Id-data meta ser isir ir-risettjar li jmiss tar-rata tal-imgħax, kif iddefinit fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Jekk l-istrument mhuwiex suġġett għal risettjar tar-rata ta' imgħax fil-futur, għandha tiġi rrapportata d-data ta' maturità finali legali tiegħu.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Ammont ittrasferit

Attribut tad-dejta

Ammont ittrasferit ta' proprjetà ekonomika tal-assi finanzjarju.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Status ta' inadempjenza tal-istrument

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument. Kategoriji li jiddeskrivu s-sitwazzjonijiet fejn strument jista' jiġi deskritt li huwa inadempjenti skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Mhux inadempjenti

Valur

Kontroparti mhux inadempjenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenti għaliex x'aktarx li mhux ser tħallas

Valur

Strumenti inadempjenti għaliex id-debitur aktarx li mhux ser iħallas skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenti għaliex ilu dovut iktar minn 90/180 jum

Valur

Strumenti inadempjenti għaliex id-dejn ilu iktar minn 90/180 jum dovut skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenza kemm għaliex aktarx li mhux ser isir ħlas kif ukoll għaliex għaddew aktar minn 90/180 jum mid-data meta l-ħlas sar dovut

Valur

Strument inadempjenti kemm għaliex huwa kkunsidrat li d-debitur aktarx li mhux ser iħallas kif ukoll għaliex għaddew aktar minn 90/180 jum mid-data meta l-ħlas sar dovut skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Arretrati għall-istrument

Attribut tad-dejta

Ammont aggregat tal-kapital, imgħax u ħlas ta' tariffa pendenti fid-data tar-rapportar, li huwa kuntrattwalment dovut u ma tħallasx (dovut). Dan l-ammont dejjem jiġi rrapportat. 0 għandu jiġi rrapportat jekk l-istrument ma kienx dovut fid-data tar-rapportar.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Data ta' skadenza għall-istrument

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-istrument sar dovut skont il-Parti 2.48 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implementazzjoni (UE) Nru 680/2014. Din hija l-aħħar tali data qabel id-data ta' rapportar ta' referenza, u għandha tiġi rrapportata jekk l-istrument huwa dovut fuq id-data ta' referenza ta' rapportar.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-istatus ta' inadempjenza, kif irrapportat fl-attribut tad-dejta “status inadempjenti tal-istrument”, huwa kkonsidrat li seħħ.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Tip ta' titolizzazzjoni

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni tat-tip ta' titolizzazzjoni skont l-Artikolu 242(10) u (11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Titolizzazzjoni tradizzjonali

Valur

Strument li huwa ttitolizzat f'titolizzazzjoni tradizzjonali.

Titolizzazzjoni sintetika

Valur

Strument li huwa ttitolizzat f'titolizzazzjoni sintetika.

Mhux titolizzat

Valur

Strument li mhuwiex titolizzat jew f'titolizzazzjoni tradizzjonali jew sintetika.

Ammont nominali dovut

Attribut tad-dejta

Ammont prinċipali pendenti fl-aħħar tad-data ta' referenza ta' rapportar, inkluż imgħax mhux imħallas dovut imma bl-esklużjoni ta' imgħax dovut. L-ammont nominali pendenti għandu jiġi rrapportat nett mit-tħassir jew tnaqqis tal-valur kif iddeterminat mill-prattiki ta' kontabbiltà rilevanti.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Ammont li mhux fuq il-karta tal-bilanċ

Attribut tad-dejta

Ammont nominali totali ta' skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. Dan jinkludi kull impenn biex jingħata self qabel ma jiġu kkunsidrati fatturi ta' konverżjoni u tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu. Huwa l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-istituzzjoni għar-riskju tal-kreditu mingħajr ma titqies l-ebda protezzjoni miżmuma jew titjib fil-kreditu ieħor.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Imgħax akkumulat

Attribut tad-dejta

L-ammont ta' imgħax dovut fuq self fid-data ta' referenza ta' rapportar kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (ECB/2013/33). Skont il-prinċipju ġenerali tal-kontabbiltà tad-dovuti (accruals accounting), l-imgħax riċevut fuq strumenti għandu jkun suġġett għal on-balance-sheet recording waqt li jakkumula (jiġifieri skont il-bażi tad-dovuti (accruals basis)) aktar milli meta jiġi riċevut (jiġifieri skont il-bażi ta' kontanti (cash basis)).

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Dejta tal-kontabbiltà

Klassifikazzjoni tal-kontabbiltà ta' strumenti

Attribut tad-dejta

Portafoll tal-kontabbiltà fejn l-istrument huwa rrekordjat skont l-istandard ta' kontabbiltà — IFRS GAAP nazzjonali — skont ir-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13) applikat mill-entità ġuridika tal-aġent osservat.

Portafolli tal-kontabbiltà IFRS

Bilanċ ta' kontanti f'banek ċentrali u depożiti li jintalbu oħrajn

Valur

Bilanċi ta' kontanti mal-banek ċentrali u depożiti li jintalbu oħrajn skont IFRS.

Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ

Valur

Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ skont IFRS.

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar obbligatorjament b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Valur

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar obbligatorjament b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont IFRS.

Assi finanzjarji mniżżlin bil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Valur

Assi finanzjarji mkejla b'valur ġust permess ta' profitt jew telf u indikati bħala tali wara rikonoxximent inizjali jew sussegwentement IFRS ħlief dawk ikklassifikati bħala assi finanzjarji miżmumin għan-negozjar.

Assi finanzjarji b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor

Valur

Assi finanzjarji mkejla b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor minħabba l-mudell ta' negozju u karatterisitiċi ta' flussi ta' kontanti skont IFRS.

Assi finanzjarji mkejlin b'kost amortizzat

Valur

Assi finanzjarji mkejla bi spiża ammortizzata skont IFRS.

Portafolli tal-kontabbiltà nazzjonali GAAP

Flus kontanti u bilanċi ta' flus kontanti mal-banek ċentrali

Valur

Bilanċi ta' flus mal-banek ċentrali skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ

Valur

Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar obbligatorjament b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Valur

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont il-GAAP nazzjonali.

Assi Finanzjarji għan-Negozjar

Valur

Negozjar ta' assi finanzjarji skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji mniżżlin bil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Valur

Assi finanzjarji indikati b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ

Valur

Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf)

Valur

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust għal ekwità

Valur

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust għall-ekwità skont il-GAAP nazzjonali.

Self u riċevibbli

Valur

Self u riċevibbli skont il-GAAP nazzjonali.

Investimenti miżmuma sal-maturità

Valur

Investimenti miżmuma sal-maturità skont il-GAAP nazzjonali.

Strumenti ta' dejn mhux tan-negozjar mkejla b'metodu bbażat fuq il-kosti

Valur

Strumenti ta' dejn mhux għan-negozjar imkejla b'metodu bbażat fuq il-kost skont il-GAAP nazzjonali.

Assi Finanzjarji mhux għan-Negozjar mhux Derivattivi oħrajn

Valur

Assi Finanzjarji oħrajn mhux għan-egozjar u mhux derivattivi skont il-GAAP nazzjonali.

Rikonoxximent tal-karta tal-bilanċ

Attribut tad-dejta

Rikonoxximent tal-karta tal-bilanċ tal-assi finanzjarju.

Totalment rikonoxxut

Valur

Strument totalment rikonoxxut, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Rikonoxxut sa fejn tibqa' involuta l-istituzzjoni

Valur

Strument rikonoxxut sal-punt tal-involviment kontinwu tal-istituzzjoni, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Totalment dekontabilizzat

Valur

Strument totalment dekontabilizzat, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Sorsi ta' gravami

Attribut tad-dejta

Tip ta' tranżazzjoni fejn l-iskopertura għandha piż skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Assi jiġu ttrattati bħala vinkolati jekk ikunu ġew mirhuna jew soġġetti għal kwalunkwe arranġament biex jiġġarantixxu, jikkolateralizzaw jew itejbu l-kreditu ta' kwakwe strument minn fejn ma jkunux jistgħu jinġibdu liberament.

Finanzjament tal-banek ċentrali

Valur

Finanzjament ta' bank ċentrali (ta' kull tip, inklużi riakkwisti), skont l-istandards ta' implimentazzjoni teknika tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Derivattivi nnegozjati ta' skambju

Valur

Derivattivi nnegozjati fi skambju skont l-istandards ta' implimentazzjoni teknika tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Derivat over the counter

Valur

Derivattivi barra l-borża skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Depożiti — ftehim għal xiri mill-ġdid mhux lil banek ċentrali

Valur

Ftehimiet ta' xiri mill-ġdid minbarra lil banek ċentrali skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Depożiti li mhumiex ftehim għal xiri mill-ġdid

Valur

Depożiti minbarra ftehimiet ta' xiri mill-ġdid skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Titoli ta' dejn maħruġin — garanziji ta' bonds koperti

Valur

Titoli ta' bonds koperti maħruġa skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Titoli ta' dejn maħruġin — titoli ggarantiti b'assi

Valur

Titoli ggarantiti b'assi (ABS) maħruġa skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Titoli ta dejn maħruġin — li ma jkunux bonds koperti u ABSs

Valur

Titoli ta' dejn maħruġa minbarra bonds koperti u ABSs skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Sorsi oħra ta' vinkoli

Valur

Sorsi ta' gravami oħrajn skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-ebda piż

Valur

Strument li ma ġiex mirhun jew suġġett għal kwalunkwe arranġament biex jiġġarantixxi, jikkolateralizza jew itejjeb il-kreditu ta' kwalunkwe strument minn fejn ma jkunx jista' jinġibed liberament.

Tħassir akkumulat

Attribut tad-dejta

Ammont kumulattiv ta' kapital u imgħax dovut ta' kwalunkwe strument ta' dejn li l-istituzzjoni m'għadhiex tirrikonoxxi għaliex kkunsidrati bħala li ma jinġabrux, indipendentement mill-portafoll fejn ġew inklużi. Kanċellazzjonijiet jistgħu jkunu kkawżati kemm minn tnaqqis fl-ammont li jġorr l-assi finanzjarji rrikonoxxuti direttament fil-profitt u t-telf u minn tnaqqis fl-ammonti tal-kontijiet ta' provvedimenti għat-telf ta' kreditu paċuti kontra l-ammont riportat ta' assi finanzjarji.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Ammont ta' indeboliment akkumulat

Attribut tad-dejta

L-ammont ta' provvedimenti ta' telf li jinżammu kontra jew huma allokati għall-istrument fid-data ta' referenza tar-rapportar. Dan l-attribut tad-dejta japplika għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-istandard tal-kontabbiltà applikat.

Taħt l-IFRS, l-indeboliment akkumulat huwa relatat mal-ammonti li ġejjin:

(i)

Provvediment ta' telf f'ammont ta' 12-il xahar telf ta' kreditu mistenni;

(ii)

Provvediment ta' ammont ta' telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja;

Taħt GAAP, l-indeboliment akkumulat huwa relatat mal-ammonti li ġejjin:

(i)

Provvediment ta' telf f'ammont daqs l-provvedimenti ġenerali;

(ii)

Provvediment ta' telf f'ammont daqs l-provvedimenti speċifiċi.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Tip ta' indeboliment

Attribut tad-dejta

Tip ta' indeboliment

Stadju 1 (IFRS)

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument mhux indebolit u jinġiet provvediment ta' telf f'ammont ta' telf ta' kreditu mistenni ta' 12-il xahar kontra l-istrument skont l-IFRS. Biss għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-IFRS 9.

Stadju 2 (IFRS)

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ma jkunx indebolit u jinġieb provvediment ta' telf f'ammont ugwali għat-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja kontra dan l-istrument skont l-IFRS. Biss għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-IFRS 9.

Stadju 3 (IFRS)

Valur

Li għandu jintuża jekk l-istrument huwa indeboliti fil-kreditu skont l-IFRS 9.

Provvedimenti ġenerali (GAAP)

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat minbarra IFRS 9 u ebda provvediment ta' telf speċifiku ma jitqajjem kontra l-istrument (mhux indebolit).

Provvedimenti speċifiċi (GAAP)

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat minbarra IFRS 9 u jitqajmu provvedimenti ta' telf speċifiċi, irrispettivament minn jekk dawk il-provvedimenti jkunux indirizzati individwalment jew b'mod kollettiv (indeboliti).

Mhux soġġett għal indeboliment

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ma jkunx soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat.

Indeboliment: metodu ta' valutazzjoni

Attribut tad-dejta

Il-metodu li permezz tiegħu jiġi evalwat l-indeboliment, jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont l-istandards tal- kontabbiltà applikati. Issir distinzjoni bejn metodi kollettivi u individwali.

Ivvalutati individwalment

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat u jkun ivvalutat individwalment għal indeboliment.

Ivvalutat kollettivament

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat u huwa evalwat b'mod kollettiv għal indeboliment billi jiġi raggruppat flimkien ma' strumenti b'karatteristiċi ta' riskju ta' kreditu simili.

Mhux soġġett għal indeboliment

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ma jkunx soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat.

Tibdil akkumulat f'valur ġust minħabba r-riskju ta' kreditu

Attribut tad-dejta

Tibdil akkumulat b'valur ġust minħabba l-kreditu tar-riskju skont il-Parti 2.46 tal-Anness V ta-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Status produttiv tal-istrument

Attribut tad-dejta

L-istrument għandu jiġi kklassifikat fid-data ta' referenza tar-rapportar taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin.

Mhux produttiv

Valur

Strumenti kklassifikati bħala mhux produttivi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Produttiv

Valur

Strumenti li ma jkunux mhux produttivi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Data tal-istatus ta' produttività tal-istrument

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-istatus produttiv, kif irrapportat fl-attribut tad-dejta “status produttiv tal-istrument”, huwa kkonsidrat li ġie stabbilit jew inbidel.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Provvedimenti assoċjati mal-iskoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ

Attribut tad-dejta

L-ammont ta' provvedimenti għal impenji li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Status ta' trażżin u rinegozjar

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni ta' strumenti mrażżna u nnegozjati mill-ġdid.

Imrażżna: strumenti b'rata ta' imgħax immodifikata taħt il-kundizzjonijiet tas-suq

Valur

Miżuri ta' trażżin japplikaw: strumenti b'termini u kundizzjonijiet immodifikati inkluża modifika ta' rata ta' imgħax taħt il-kundizzjonijiet tas-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34).

Imrażżna: strumenti b'termini u kundizzjonijiet oħrajn immodifikati

Valur

Miżuri ta' trażżin japplikaw: strumenti b'termini u kundizzjonijiet immodifikati, ħlief għal modifika ta' rata ta' imgħax taħt il-kundizzjonijiet tas-suq skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Imrażżna: dejn iffinanzjat mill-ġdid totalment jew parzjalment

Valur

Miżuri ta' trażżin japplikaw għal dejn iffinanzjat mill-ġdid skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Strument irrinegozjat mingħajr miżuri ta' grazzja

Valur

Strument li għalih il-kundizzjonijiet finanzjarji ġew immodifikati u li għalih ebda miżura ta' trażżin ma tapplika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Mhux imrażżan jew innegozjat mill-ġdid

Valur

La miżuri ta' grazzja u lanqas ta' rinegozjar ma japplikaw skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Irkupri kumulattivi mill-inadempjenza

Attribut tad-dejta

Ammont totali rkuprat mid-data tal-inadempjenza

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Data ta' trażżin u status ta' rinegozjar

Attribut tad-dejta

Id-data meta status ta' trażżin jew ta' rinegozjar kif irrapportat itaħt “status ta' trażżin u negozjar mill-ġdid” jitqies li seħħ.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Portafoll prudenzjali

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' skoperturi fil-ktieb tan-negozjar kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(86) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Portafoll tan-negozjar

Valur

Strumenti fil-ktieb tan-negozjar kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(86) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Ktieb mhux tan-negozju

Valur

Strumenti mhux fil-ktieb tan-negozjar kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(86) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Ammont riportat

Attribut tad-dejta

L-ammont li jinġarr skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Dejta dwar il-kontroparti — strument

Rwol tal-kontroparti

Attribut tad-dejta

Rwol tal-kontrapartijiet fi strument.

Kreditur

Valur

Il-kontroparti li jassumi r-riskju ta' kreditu ta' strument, minbarra fornitur ta' protezzjoni.

Debitur

Valur

Kontroparti li jiġġenera r-riskju ta' kreditu ta' strument, minbarra fornitur ta' protezzjoni.

Serviser

Valur

Kontroparti responsabbli mill-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta' strument;

Originator

Valur

Kontroparti fi transazzjoni ta' titolizzazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40).

Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum

Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum

Attribut tad-dejta

Ammont nominali pendenti li għalih kull debitur huwa responsabbli fir-rigward ta' strument wieħed fejn hemm żewġ debituri jew iktar.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Dejta dwar il-protezzjoni rċevuta

Data ta' maturità tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Id-data ta' maturità kuntrattwali tal-protezzjoni, li tkun l-aktar data bikrija meta l-protezzjoni tista' tintemm jew tiġi mitmuma, waqt li jitqies kwalunkwe ftehim li jemenda l-kuntratti inizzjali.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Tip ta' protezzjoni

Attribut tad-dejta

Tip ta' protezzjoni riċevuta, irrispettivament mill-eliġibbiltà tagħha għal mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu.

Deheb

Valur

Deheb skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Valuta u depożiti

Valur

Muniti u depożiti kif iddefiniti fil-paragrafu 5.74 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Titoli

Valur

Titoli kif iddefiniti fil-paragrafu 5.89 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Self

Valur

Self kif iddefinit fil-paragrafu 5.112 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Ekwità u ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment

Valur

Ekwità u ishma ta' fondi ta' investiment jew unitajiet kif iddefiniti fil-paragrafu 5.139 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Derivattivi tal-kreditu

Valur

Derivattivi tal-kreditu li huma:

—

Derivattivi tal-kreditu li josservaw id-definizzjoni ta' garanziji finanzjarji — kif imfisser fil-paragrafu 58(b) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

—

Derivattivi tal-kreditu li mhumiex garnziji finanzjarji — kif iddefiniti fil-paragrafu 67(d) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Derivattivi tal-kreditu jinkludu d-derivattivi tal-kreditu eliġibbli indikati fl-Artikolu 204 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Garanziji finanzjarji minbarra derivattivi tal-kreditu

Valur

Garanziji finanzjarji minbarra derivattivi tal-kreditu, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Riċevibbli kummerċjali

Valur

Ammont tal-Kummerċ riċevibbli kif iddefiniti fil-paragrafu 5.41(c) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 680/2014.

Poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna

Valur

Poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna lill-istituzzjoni li tagħti self skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Kollateral ta' beni immobbli residenzjali

Valur

Proprjetà residenzjali kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(75) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Postijiet għall-uffiċċji u kummerċjali

Valur

Postijiet għall-uffiċċji u kummerċjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Kollateral fuq proprjetà immobbli kummerċjali;

Valur

Proprjetà immobbli li ma tkunx proprjetà residenzjali, postijiet għall-uffiċċji u kummerċjali.

Kollateral fiżiku ieħor

Valur

Kollateral fiżiku ieħor skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 mhumiex inklużi fil-valuri ta' qabel.

Protezzjoni oħra

Valur

Protezzjoni oħra mhix inkluża fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Valur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

L-ammont tal-valur tal-protezzjoni kif stabbilit għat-“Tip ta' valur tal-protezzjoni” relevanti skont l-approċċ tal-valutazzjoni.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Tip ta' valur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni tat-tip tal-valur ipprovdut fl-attribut tad-dejta “Valur tal-protezzjoni”.

Ammont nozzjonali

Valur

L-ammont nominali jew li jidher fil-wiċċ miftiehem kuntrattwalment li jintuża biex jiġu kkalkulati ħlasijiet f'każ li l-protezzjoni tiġi eżegwita.

Valur ġust

Valur

Il-prezz li jkollu jiġi riċevut biex jinbiegħ assi jew imħallas biex tiġi ttrasferita obbligazzjoni b'mod ordinat bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl.

Għandu jintuża biss jekk il-protezzjoni ma tkunx proprjetà immobbli.

Valur tas-suq

Valur

Il-“valur tas-suq” attwali ta' proprjetà immobbli kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(76) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Li jintuża jekk il-protezzjoni hija proprjetà immobbli meta l-valur tas-suq huwa rrapportat fl-attribut tad-dejta “Valur tal-protezzjoni”.

Valur sostenibbli fit-tul

Valur

Il-“valur ta' tislif b'ipoteka” ta' proprjetà immobbli kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(74) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Li jintuża jekk il-protezzjoni hija proprjetà immobbli meta l-valur tas-self ipotekarju huwa rrapportat fl-attribut tad-dejta “Valur tal-protezzjoni”.

Valur tal-protezzjoni oriġinali

Valur

Protezzjoni oħra mhix inkluża fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Post tal-kollateral ta' beni immobbli

Attribut tad-dejta

Reġjun jew pajjiż fejn jinsab il-kollateral.

Kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2

Valur

Kodiċi ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż fejn ikun jinsab il-kollateral għal kollateral li ma jkunx jinsab fi Stat Membru li jirrapporta.

Reġjuni ta' NUTS 3

Valur

Reġjuni ta' NUTS 3 fejn ikun jinsab il-kollateral għal kollateral li jkun jinsab fi Stat Membru li jirrapporta.

Data ta' valur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Id-data meta saret l-aħħar stima jew valutazzjoni tal-protezzjoni qabel id-data ta' referenzata' rapportar.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Approċċ tal-valutazzjoni tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Tip ta' valutazzjoni tal-protezzjoni; metodu użat biex jiġi ddeterminat il-valur tal-protezzjoni.

Mark-to-market

Valur

Metodu ta' valutazzjoni li permezz tiegħu il-valur tal-protezzjoni huwa bbażat fuq prezzijiet ikkwotati mhux aġġustati għal assi u obbligazzjonijiet identiċi f'suq attiv.

Stima tal-kontroparti

Valur

Metodu ta' valutazzjoni li permezz tiegħu il-valutazzjoni ssir mill-fornitur tal-protezzjoni.

Valutazzjoni tal-kreditur

Valur

Metodu ta' valutazzjoni li permezz tiegħu l-valutazzjoni ssir mill-kreditur: il-valutazzjoni ssir minn evalwatur estern jew li jkun membru tal-persunal li jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettaq valutazzjoni u li ma jkunx indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu.

Valutazzjoni tat-terza persuna

Valur

Metodu ta' valutazzjoni fejn il-valutazzjoni ssir minn evalwatur li jkun indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu.

Tip ieħor ta' valutazzjoni

Valur

Tip ieħor ta' valutazzjoni mhux inkluż f'kategoriji ta' valutazzjoni oħrajn.

Valur tal-protezzjoni oriġinali

Attribut tad-dejta

Il-valur ġust tal-protezzjoni fid-data meta ġiet riċevuta oriġinarjament bħala protezzjoni tal-kreditu.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Data tal-valur tal-protezzjoni oriġinali

Attribut tad-dejta

Id-data tal-valur oriġinali tal-protezzjoni, jiġifieri d-data meta saret l-aħħar evalwazzjoni jew valutazzjoni tal-protezzjoni qabel ma ġiet riċevuta inizzjalment bħala protezzjoni tal-kreditu.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Dejta dwar l-istrument u l-protezzjoni riċevuta

Valur tal-protezzjoni allokata

Attribut tad-dejta

L-ammont massimu tal-valur ta' protezzjoni li jista' jiġi kkunsidrat bħala protezzjoni tal-kreditu għall-istrument. L-ammont ta' pretenzjonijiet ta' prijorità ta' terzi persuni eżistenti jew tal-aġent osservat kontra l-protezzjoni għandu jiġi eskluż fil-valur allokat ta' protezzjoni. Għal protezzjoni li hija eliġibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, dan il-valur għandu jiġi rrapportat skont il-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Pretenzjonijiet prijoritarji ta' terzi kontra l-protezzjoni

Attribut tad-dejta

L-ammont massimu ta' kwalunkwe lien ggradat ogħla eżistenti fir-rigward ta' terzi għajr għall-aġent osservat li jista' jintuża kontra l-protezzjoni.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).

(2)  Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi ta' daqs mikro, żgħar jew medju (2003/361/KE) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(4)  Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13. Vol. 29, p. 609 — 612).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 157-173).

(6)  Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.06.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0867
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.