Metodu għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra TtW
L-emissjonijiet TtW huma ddeterminati abbażi tal-metodoloġija li tinsab f’dan l-Anness kif previst fl-Ekwazzjoni (1) u fl-Ekwazzjoni (2)
Il-valuri prestabbiliti tal-fatturi (CO2eq,TtW,j) tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra TtW jinsabu fl-Anness II.
F’konformità mal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 8 u wara l-valutazzjoni mill-verifikatur, kumpanija tista’ tuża metodi oħra, bħall-kejl dirett ta’ CO2eq, jew l-ittestjar fil-laboratorju, jekk dawn itejbu l-akkuratezza ġenerali tal-kalkolu, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(5).
Metodu għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet TtW aċċidentali u dawk mhux ikkalkulati
Emissjonijiet aċċidentali u dawk mhux ikkalkulati huma emissjonijiet ikkawżati mill-ammont ta’ karburant li ma jilħaqx il-kompartiment tal-kombustjoni tal-unità tal-kombustjoni jew li ma jiġix ikkunsmat mill-unità tal-konsum tal-karburant minħabba li jkun mhux maħruq, ivventjat jew imnixxi mis-sistema. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-emissjonijiet aċċidentali u dawk mhux ikkalkulati huma meqjusa bħala perċentwal tal-massa tal-karburant użat mill-unità tal-konsum tal-karburant. Il-valuri prestabbiliti jinsabu fl-Anness II.
Metodi għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ premju marbuta mal-propulsjoni assistita mir-riħ
Meta l-propulsjoni assistita mir-riħ tiġi installata abbord, jista’ jiġi applikat fattur ta’ premju, iddeterminat kif ġej:
Fattur ta’ premju għall-propulsjoni assistita mir-riħ - WIND (fwind)
0,99
0,05
0,97
0,1
0,95
≥ 0,15
Fejn:
—
PWind hija l-enerġija effettiva disponibbli tas-sistemi ta’ propulsjoni assistiti mir-riħ u tikkorrispondi għal feff * Peff kif ikkalkulata skont il-gwida tal-2021 dwar it-trattament ta’ teknoloġiji innovattivi tal-effiċjenza fl-enerġija għall-kalkolu u l-verifika tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tad-disinn (EEDI) u l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti eżistenti (EEXI) miksuba (MEPC.1/Circ.896);
—
PProp hija l-potenza tal-propulsjoni tal-bastiment u tikkorrispondi għal PME kif definit fil-linji gwida tal-2018 dwar il-metodu tal-kalkolu tal-EEDI miksub għal bastimenti ġodda (ir-riżoluzzjoni tal-IMO MEPC.364(79)) u l-linji gwida tal-2021 dwar il-metodu tal-kalkolu EEXI miksub (ir-riżoluzzjoni tal-IMO MEPC.333(76)). Fejn ikunu installati muturi tax-xaft, PProp = PME + PPTI(i),shaft.
L-indiċi tal-intensità tal-gassijiet serra tal-bastiment imbagħad jiġi kkalkulat billi r-riżultat tal-Ekwazzjoni (1) jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ premju.