+ANNESS I Metodoloġija għall-istabbiliment tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment
---+1. Il-BDNs, inkluż il-karburanti għajr il-karburanti fossili użati abbord, għandhom jiġu …
---+2. Meta hemm taħlit tal-prodott, għandha tingħata l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament …
---+1. il-fornitur: l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email, ir-rappreżentant;
---+2. il-bastiment riċeventi: in-numru tal-IMO (MMSI), l-isem tal-bastiment, it-tip tal-bastiment …
---+3. il-port: l-isem, il-post (LOCODE), it-terminal/l-irmiġġ;
---+4. il-punt ta’ konnessjoni tal-provvista tal-elettriku mix-xatt: dettalji tal-punt ta’ konnessjoni;
---+5. il-ħin tal-provvista tal-elettriku mix-xatt: id-data/il-ħin tal-bidu/tal-finalizzazzjoni;
---+6. l-enerġija fornuta: il-frazzjoni tal-elettriku allokata lill-punt tal-provvista (jekk …
---+7. il-metraġġ.

ANNESS I Metodoloġija għall-istabbiliment tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment

ANNESS I

Metodoloġija għall-istabbiliment tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Il-BDNs, inkluż il-karburanti għajr il-karburanti fossili użati abbord, għandhom jiġu …

1.

Il-BDNs, inkluż il-karburanti għajr il-karburanti fossili użati abbord, għandhom jiġu kkomplementati bl-informazzjoni li ġejja dwar dawk il-karburanti:

—

Valur kalorifiku aktar baxx [MJ/g],

—

Għall-bijokarburanti, il-valuri E kif stabbiliti skont il-metodoloġiji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001, il-Parti C tal-Anness V u l-Parti B tal-Anness VI [gCO2eq/MJ] u evidenza relatata ta’ konformità mar-regoli stabbiliti f’dik id-Direttiva għal dawk il-karburanti, li tidentifika l-perkors tal-produzzjoni tal-karburant,

—

Għall-karburanti għajr il-karburanti fossili u l-bijokarburanti, il-fattur tal-emissjoni tal-gassijiet serra WtT [gCO2eq/MJ] u ċ-ċertifikat relatat li jidentifika l-perkors tal-produzzjoni tal-karburant.

2. Meta hemm taħlit tal-prodott, għandha tingħata l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament …

2.

Meta hemm taħlit tal-prodott, għandha tingħata l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament għal kull prodott.

Nota ta’ Kunsinna tal-Elettriku (EDN)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-EDNs rilevanti għall-elettriku kkonsenjat lill-bastiment għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

1. il-fornitur: l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email, ir-rappreżentant;

1.

il-fornitur: l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email, ir-rappreżentant;

2. il-bastiment riċeventi: in-numru tal-IMO (MMSI), l-isem tal-bastiment, it-tip tal-bastiment …

2.

il-bastiment riċeventi: in-numru tal-IMO (MMSI), l-isem tal-bastiment, it-tip tal-bastiment, il-bandiera, ir-rappreżentant tal-bastiment;

3. il-port: l-isem, il-post (LOCODE), it-terminal/l-irmiġġ;

3.

il-port: l-isem, il-post (LOCODE), it-terminal/l-irmiġġ;

4. il-punt ta’ konnessjoni tal-provvista tal-elettriku mix-xatt: dettalji tal-punt ta’ konnessjoni;

4.

il-punt ta’ konnessjoni tal-provvista tal-elettriku mix-xatt: dettalji tal-punt ta’ konnessjoni;

5. il-ħin tal-provvista tal-elettriku mix-xatt: id-data/il-ħin tal-bidu/tal-finalizzazzjoni;

5.

il-ħin tal-provvista tal-elettriku mix-xatt: id-data/il-ħin tal-bidu/tal-finalizzazzjoni;

6. l-enerġija fornuta: il-frazzjoni tal-elettriku allokata lill-punt tal-provvista (jekk …

6.

l-enerġija fornuta: il-frazzjoni tal-elettriku allokata lill-punt tal-provvista (jekk applikabbli) [kW], konsum tal-elettriku (kWh) għall-perjodu ta’ fatturar, informazzjoni dwar l-ogħla potenza (jekk disponibbli);

7. il-metraġġ.

7.

il-metraġġ.

Metodu għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra TtW

L-emissjonijiet TtW huma ddeterminati abbażi tal-metodoloġija li tinsab f’dan l-Anness kif previst fl-Ekwazzjoni (1) u fl-Ekwazzjoni (2)

Il-valuri prestabbiliti tal-fatturi (CO2eq,TtW,j) tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra TtW jinsabu fl-Anness II.

F’konformità mal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 8 u wara l-valutazzjoni mill-verifikatur, kumpanija tista’ tuża metodi oħra, bħall-kejl dirett ta’ CO2eq, jew l-ittestjar fil-laboratorju, jekk dawn itejbu l-akkuratezza ġenerali tal-kalkolu, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(5).

Metodu għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet TtW aċċidentali u dawk mhux ikkalkulati

Emissjonijiet aċċidentali u dawk mhux ikkalkulati huma emissjonijiet ikkawżati mill-ammont ta’ karburant li ma jilħaqx il-kompartiment tal-kombustjoni tal-unità tal-kombustjoni jew li ma jiġix ikkunsmat mill-unità tal-konsum tal-karburant minħabba li jkun mhux maħruq, ivventjat jew imnixxi mis-sistema. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-emissjonijiet aċċidentali u dawk mhux ikkalkulati huma meqjusa bħala perċentwal tal-massa tal-karburant użat mill-unità tal-konsum tal-karburant. Il-valuri prestabbiliti jinsabu fl-Anness II.

Metodi għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ premju marbuta mal-propulsjoni assistita mir-riħ

Meta l-propulsjoni assistita mir-riħ tiġi installata abbord, jista’ jiġi applikat fattur ta’ premju, iddeterminat kif ġej:

Fattur ta’ premju għall-propulsjoni assistita mir-riħ - WIND (fwind)

Formula

0,99

0,05

0,97

0,1

0,95

≥ 0,15

Fejn:

—

PWind hija l-enerġija effettiva disponibbli tas-sistemi ta’ propulsjoni assistiti mir-riħ u tikkorrispondi għal feff * Peff kif ikkalkulata skont il-gwida tal-2021 dwar it-trattament ta’ teknoloġiji innovattivi tal-effiċjenza fl-enerġija għall-kalkolu u l-verifika tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tad-disinn (EEDI) u l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti eżistenti (EEXI) miksuba (MEPC.1/Circ.896);

—

PProp hija l-potenza tal-propulsjoni tal-bastiment u tikkorrispondi għal PME kif definit fil-linji gwida tal-2018 dwar il-metodu tal-kalkolu tal-EEDI miksub għal bastimenti ġodda (ir-riżoluzzjoni tal-IMO MEPC.364(79)) u l-linji gwida tal-2021 dwar il-metodu tal-kalkolu EEXI miksub (ir-riżoluzzjoni tal-IMO MEPC.333(76)). Fejn ikunu installati muturi tax-xaft, PProp = PME + PPTI(i),shaft.

L-indiċi tal-intensità tal-gassijiet serra tal-bastiment imbagħad jiġi kkalkulat billi r-riżultat tal-Ekwazzjoni (1) jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ premju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.