+2. Dokumentazzjoni teknika
---+2.1. Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha …
---+2.2. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun …
|
2. Dokumentazzjoni teknika
2. Dokumentazzjoni teknika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
2.1. Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha …
|
|
2.1.
|
Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv mar-rekwiżiti rilevanti u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskji.
|
|
|
2.2. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun …
|
|
2.2.
|
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu maħsub tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
deskrizzjoni ġenerali tad-deterġent jew l-aġent tensjoattiv;
|
|
(b)
|
fejn applikabbli, ir-rapporti tat-testijiet li juru l-konformità mal-Annessi I u II u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju msemmi fil-punt 7 tal-Anness II;
|
|
(c)
|
fejn applikabbli, lista tal-metodi ta' ttestjar użati biex tintwera l-konformità ma' dan ir-Regolament;
|
|
(d)
|
ir-riżultati tal-kalkoli magħmula, inkluż biex tintwera l-konformità mal-valuri limitu stabbiliti fl-Annessi II u III, fejn applikabbli, u l-eżamijiet imwettqa;
|
|
(e)
|
skeda ta' data dwar l-ingredjenti li jkun fiha:
|
(i)
|
l-isem jew l-isem kummerċjali tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv, l-identifikatur uniku tal-formula, l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trade mark irreġistrata tal-manifattur u l-użu maħsub tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv;
|
|
(ii)
|
il-lista tas-sustanzi kollha miżjuda intenzjonalment; għall-finijiet ta' tali lista, fwieħa, żejt essenzjali jew aġent koloranti għandhom jitqiesu bħala komponent uniku, u l-preservattivi u l-fwejjaħ allerġeniċi għandhom jiġu elenkati wkoll jekk iridu jiġu ttikkettati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew (UE) Nru 528/2012 jew mal-Parti A, il-punti 1 (h)(iii) u (iv), tal-Anness V ta' dan ir-Regolament.
Is-sustanzi kollha għandhom jiġu identifikati f'konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Madankollu, jista' jintuża isem tan-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi, isem tal-indiċi tal-kulur jew isem kimiku internazzjonali ieħor, sakemm l-isem kimiku jkun magħruf sew u jiddefinixxi l-identità tas-sustanza mingħajr ambigwità. Għandu jiġu pprovdut ukoll l-isem kimiku tas-sustanzi li għalihom ikun tħalla jintuża isem kimiku alternattiv f'konformità mal-Artikolu 24 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, l-identifikaturi tal-komponenti ġeneriċi “fwejjaħ” jew “aġenti koloranti” jistgħu jintużaw għall-ingredjenti użati esklużivament biex iżidu fwieħa jew kulur, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
—
|
l-ingredjenti mhumiex klassifikati għal xi periklu għas-saħħa;
|
|
—
|
il-konċentrazzjoni tal-ingredjenti identifikati b'identifikatur ġeneriku tal-komponent partikolari ma taqbiżx, b'kollox, il-5 % tas-somma tal-fwejjaħ u l-25 % tat-total tal-aġenti koloranti.
|
Is-sustanzi kollha għandhom jiġu elenkati fl-ordni ta' tnaqqis fl-abbundanza skont il-piż, u l-lista tiġi suddiviża fil-meded ta' perċentwali tal-piż li ġejjin, sakemm il-manifattur ma jagħżilx li jipprovdi l-konċentrazzjoni eżatta:
|
|
(iii)
|
fejn applikabbli, lista tal-mikroorganiżmi kollha miżjuda intenzjonalment li tipprovdi l-klassifikazzjoni tassonomika tagħhom (il-ġeneru, l-ispeċi u l-isem jew il-kodiċi tar-razza), in-numru tal-adeżjoni tad-depożizzjoni ta' kull razza mikrobjali f'IDA, u l-għadd tal-kolonji standard tal-mikroorganiżmi fid-deterġent, espress f'CFUs għal kull millilitru jew gramma tal-prodott;
|
|
(iv)
|
il-pH, jekk disponibbli, tat-taħlita, jew meta l-prodott ikun solidu, il-pH ta' likwidu jew soluzzjoni milwiema f'konċentrazzjoni partikolari; il-konċentrazzjoni tat-taħlita tat-test fl-ilma għandha tiġi indikata; jekk il-pH ma tkunx disponibbli, għandhom jingħataw ir-raġunijiet;
|
|
(v)
|
kampjun tat-tikketta tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv f'konformità mal-Artikolu 17.
|
|
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|