+Artikolu 13 Integrità tal-impjegati
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
|
Artikolu 13 Integrità tal-impjegati
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1
|
1. Kwalunkwe impjegat, jew persuna f’pożizzjoni komparabbli, inkluż l-aġenti u d-distributuri, li jieħdu sehem direttament fil-konformità tal-entità marbuta b’obbligu ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113 u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur, għandu jgħaddi minn valutazzjoni proporzjonata mar-riskji assoċjati mal-kompiti mwettqa u li l-kontenut tagħha huwa approvat mill-uffiċjal għall-konformità ta’:
|
(a)
|
il-ħiliet, l-għarfien u l-għarfien esperti individwali sabiex iwettqu il-funzjonijiet tagħhom b’mod effettiv;
|
|
(b)
|
reputazzjoni tajba, onestà u integrità.
|
Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titwettaq qabel il-bidu tal-attivitajiet mill-impjegat jew mill-persuna f’pożizzjoni komparabbli, inklużil-aġenti u d-distributuri, u għandha tiġi ripetuta regolarment. L-intensità tal-valutazzjonijiet sussegwenti għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kompiti fdati lill-persuna u r-riskji assoċjati mal-funzjoni li jwettqu.
|
|
Artikolu 13 2
|
2. L-impjegati, jew il-persuni f’pożizzjonijiet komparabbli, inklużi l-aġenti u d-distributuri, fdati b’kompiti relatati mal-konformità tal-entità marbuta b’obbligu ma’ dan ir-Regolament ir-Regolament (UE) 2023/1113, u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur, għandhom jinformaw lill-uffiċjal għall-konformità dwar kwalunkwe relazzjoni privata jew professjonali mill-qrib stabbilita mal-klijenti tal-entità marbuta b’obbligu jew mal-klijenti prospettivi u għandhom jinżammu milli jwettqu kwalunkwe kompitu relatat mal-konformità tal-entità marbuta b’obbligu fir-rigward ta’ dawk il-klijenti.
|
|
Artikolu 13 3
|
3. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess li jistgħu jaffettwaw it-twettiq tal-kompiti relatati mal-konformità tal-entità marbuta b’obbligu ma’ dan ir-Regolament, Regolament (UE) 2023/1113, u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur.
|
|
Artikolu 13 4
|
4. Dan l-Artikolu m’għandux japplika meta l-entità marbuta b’obbligu tkun persuna fiżika jew ġuridika li l-attivitajiet tagħha jitwettqu minn persuna fiżika waħda biss.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|