+Artikolu 18 Esternalizzazzjoni
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
---+Artikolu 18 5
---+Artikolu 18 6
---+Artikolu 18 7
---+Artikolu 18 8
|
Artikolu 18 Esternalizzazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1
|
1. L-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jesternalizzaw kompiti li jirriżultaw mir-Regolament lil fornituri ta’ servizzi. L-entità marbuta b’obbligu għandha tinnotifika lis-superviżur bl-esternalizzazzjoni qabel ma l-fornitur tas-servizzi jibda jwettaq il-kompiti esternalizzati.
|
|
Artikolu 18 2
|
2. Meta jwettaq kompiti skont dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi għandhom jitqiesu bħala parti mill-entità marbuta b’obbligu, inkluż meta jkunu meħtieġa jikkonsultaw ir-reġistri ċentrali msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 (“reġistri ċentrali”) għall-finijiet tat-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’isem l-entità marbuta b’obbligu.
L-entità marbuta b’obbligu għandha tibqa’ kompletament responsabbli għal kwalunkwe azzjoni, kemm jekk att ta’ kummissjoni kif ukoll jekk ta’ ommissjoni, marbuta mal-kompiti esternalizzati li jitwettqu minn fornituri tas-servizzi.
Għal kull kompitu esternalizzat, l-entità marbuta b’obbligu għandha tkun tista’ turi lis-superviżur li tifhem ir-raġunament wara l-attivitajiet imwettqa mill-fornitur tas-servizzi u l-approċċ segwit fl-implimentazzjoni tagħhom, u li tali attivitajiet itaffu r-riskji speċifiċi li għalihom tkun esposta l-entità marbuta b’obbligu.
|
|
Artikolu 18 3
|
3. Il-kompiti esternalizzati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jitwettqu b’tali mod li jfixklu materjalment il-kwalità tal-politiki u l-proċeduri tal-entità marbuta b’obbligu sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2023/1113, u tal-kontrolli fis-seħħ biex jiġu ttestjati dawk il-politiki u l-proċeduri. Il-kompiti li ġejjin ma għandhom jiġu esternalizzati taħt l-ebda ċirkostanza:
|
(a)
|
il-proposta u l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju tal-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 10(2);
|
|
(b)
|
l-approvazzjoni tal-politiki interni, il-proċeduri u l-kontrolli tal-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 9;
|
|
(c)
|
deċiżjoni dwar il-profil tar-riskju li għandu jiġi attribwit lill-klijent;
|
|
(d)
|
id-deċiżjoni li tidħol f’relazzjoni tan-negozju jew twettaq tranżazzjoni okkażjonali ma’ klijent;
|
|
(e)
|
ir-rapportar lill-FIU ta’ attivitajiet suspettużi skont l-Artikolu 69 jew rapporti bbażati fuq livell limitu skont l-Artikolu 74 u 80, ħlief meta tali attivitajiet jiġu esternalizzati lil entità oħra marbuta b’obbligu li tappartjeni għall-istess grupp u stabbilita fl-istess Stat Membru;
|
|
(f)
|
l-approvazzjoni ta’ kriterji għad-detezzjoni ta’ tranżazzjonijiet u ta’ attivitajiet suspettużi jew mhux tas-soltu.
|
|
|
Artikolu 18 4
|
4. Qabel ma entità marbuta b’obbligu testernalizza kompitu skont il-paragrafu 1, hija għandha taċċerta ruħha li l-fornitur tas-servizzi jkun ikkwalifikat biżżejjed biex iwettaq il-kompiti li għandhom jiġu esternalizzati.
Meta entità marbuta b’obbligu testernalizza kompitu skont il-paragrafu 1, hija għandha tiżgura li l-fornitur tas-servizzi, kif ukoll kwalunkwe fornitur tas-servizzi sussegwenti f’każ ta’ subesternalizzazzjoni, japplikaw il-miżuri u l-proċeduri adottati mill-entità marbuta b’obbligu. Il-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ tali kompiti għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bil-miktub bejn l-entità marbuta b’obbligu u l-fornitur tas-servizzi. L-entità marbuta b’obbligu għandha twettaq kontrolli regolari sabiex taċċerta l-implimentazzjoni effettiva ta’ tali politiki u proċeduri tal-fornitur tas-servizzi. Il-frekwenza ta’ tali kontrolli għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tan-natura kritika tal-kompiti esternalizzati.
|
|
Artikolu 18 5
|
5. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li l-esternalizzazzjoni ma ssirx b’tali mod li xxekkel materjalment il-kapaċità tal-awtoritajiet superviżorji li jimmonitorjaw u jirritraċċaw il-konformità tal-entità marbuta b’obbligu ma’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2023/1113.
|
|
Artikolu 18 6
|
6. B’deroga mill-paragrafu 1, l-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx jesternalizzaw kompiti li jirriżultaw mir-rekwiżiti skont dan ir-Regolament lil fornituri ta’ servizzi residenti jew stabbiliti f’pajjiżi terzi identifikati skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu III, sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a)
|
l-entità marbuta b’obbligu testernalizza kompiti biss lil fornitur tas-servizzi li huwa parti mill-istess grupp;
|
|
(b)
|
il-grupp japplika politiki u proċeduri dwar l-AML/CFT, miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti u regoli dwar iż-żamma ta’ rekords li jkunu kompletament konformi ma’ dan ir-Regolament, jew ma’ regoli ekwivalenti f’pajjiżi terzi;
|
|
(c)
|
l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmijin fil-punt (b) ta’dan il-paragrafu tkun issorveljata fil-livell tal-grupp mill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva (UE) 2024/1640.
|
|
|
Artikolu 18 7
|
7. B’deroga mill-paragrafu 3, fejn impriża ta’ investiment kollettiv m’għandhiex personalità ġuridika, jew ikollha biss bord tad-diretturi u tkun iddelegat l-ipproċessar ta’ sottoskrizzjonijiet u l-ġbir ta’ fondi kif definit fl-Artikolu 4, punt (25) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 minn investituri lil entità oħra, tista’ jesternalizza l-kompitu msemmi fil-paragrafu 3, punti (c), (d) u (e) lil wieħed mill-fornituri tas-servizzi tagħha.
L-esternalizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ sseħħ biss wara li l-impriża ta’ investiment kollettiv tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li jesternalizza l-kompitu lis-superviżur skont il-paragrafu 1, u s-superviżur ikun approva tali esternalizzazzjoni b’kont meħud:
|
(a)
|
ir-riżorsi, l-esperjenza u l-għarfien tal-fornitur tas-servizz fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(b)
|
l-għarfien tal-fornitur tas-servizz tat-tip ta’ attivitajiet jew tranżazzjonijiet imwettqa mill-impriża ta’ investiment kollettiv.
|
|
|
Artikolu 18 8
|
8. Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-entitajiet marbutin b’obbligu dwar:
|
(a)
|
l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni, inkluż kwalunkwe relazzjoni sussegwenti ta’ esternalizzazzjoni, f’konformità ma, dan l-Artikolu, il-governanza u l-proċeduri tagħhom għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-funzjonijiet mill-fornitur tas-servizzi, u b’mod partikolari dawk il-funzjonijiet li għandhom jitqiesu bħala kritiċi;
|
|
(b)
|
ir-rwoli u r-responsabbiltà tal-entità marbuta b’obbligu u l-fornitur tas-servizzi fi ħdan ftehim ta’ esternalizzazzjoni;
|
|
(c)
|
approċċi superviżorji għall-esternalizzazzjoni kif ukoll l-aspettattivi superviżorji rigward l-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet kritiċi.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|